Illum previous editions

ILLUM 19 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1237071

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' APRIL 2020 • illum 'Ħadd ma għandu jibqa' bil-ġuħ ... ħadd ma għandu jittallab'; 500 persuna qed jirċievu ikla bnina kuljum wara l-bieb ta' darhom Inizjattiva ta' Alfred Mizzi and Sons b'kollaborazzjoni ma' Caritas Malta qed tassigura li persuni vulnerabbli u oħrajn fil-bżonn ikollhom ikla bnina kuljum fi żmien il-pandemija YENDRICK CIOFFI Il-Fondazzjoni Alfred Mizzi ilha ħafna tgħin lil min hu fil-bżonn billi tipprovdi ikel imsajjar permezz tal-kċina f 'Dar Papa Franġisku u provisti oħra lill- Food Bank Lifeline iżda fi żmien il-pandemija tal-COVID-19 estendiet is-servizz tagħha u waqqfet l-inizjattiva 'Solidarity Meals' bil-għan li tipprovdi ikla bnina kuljum lil dawk il-familji u individwi li qed ibatu minħabba l-kriżi tal-coronavirus. Għal ħafna, li kuljum isibu platt sħun fuq il-medja, anke f 'dawn iż- żminijiet, hija n-norma iżda għal oħrajn din hija eċċezzjoni. Fil- fatt, il-gazzetta ILLUM tkellmet maċ-Chairperson ta' Solidarity Meals, Julian Sammut, li spjega kif fi żmien għaxart ijiem, minn 250 persuna, din l-inizjattiva diġà qed tipprovdi ikla lil 500 persuna. Din l-inizjattiva qed isir bl- għajnuna ta' Alf. Mizzi & Sons Marketing Ltd u anke Vecchia Napoli, li fi żmien meta r-ristoranti jinsabu magħluqa, bidlet wieħed mir-ristoranti tagħha fi kċina kbira fejn qed ikunu ppreparati dawn l-ikliet. Għalhekk, il-koki mhux qegħdin idejhom fuq żaqqhom iżda jinsabu impenjati biex jippreparaw 500 ikla kuljum. "L-effetti negattivi tal-COVID 19 għad iridu jinħassu, u huma dawk li huma vulnerabbli li se jħossuhom; il-foqra, l-anzjani, u dawk qegħda li se jħossuhom li ma jistgħu jagħmlu xejn waqt li ħajjithom f 'daqqa waħda tinbidel għall-agħar," saħaq Sammut mal- gazzetta ILLUM. Fi kliemu, filwaqt li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jaħdmu biex jiġġieldu l-virus, il-ġlieda tagħhom hija biex jiġġieldu l-ġuħ u d-dwejjaq, in-nuqqas ta' dinjità u t-tbatija li din ġġib magħha. "Ħadd ma għandu jibqa' bil- ġuħ, ħadd ma għandu jittallab," insista Sammut waqt li saħaq kif ħafna nies sabu ruħhom f 'sitwazzjonijiet li qatt qabel ma sabu ruħhom fihom jew bassru li se jsibu ma' wiċċhom. Spjega kif iltaqgħu ma' familji li spiċċaw ma jafux fejn se jaqbdu jagħtu rashom, fosthom għax diversi huma dawk li spiċċaw bla xogħol. Diversi parroċċi jipprovdu postijiet li nbidlu f 'hubs għal din l-inizjattivà Mistoqsi kif qed taħdem din l-inizjattivà, Julian Sammut spjega kif l-għan ewlieni tagħhom huwa li jipprovdu ikel nutrittiv li jżomm lil dawn il-persuni f 'saħħithom. Fi kliemu: "persuni jridu jkunu b'saħħithom mhux jimtlew biss." Il-menu ta' dawn l-ikliet jinbidel kull ġimgħa biex ikun żgurat li jkun varjat u bbilanċjat u jkun jinkludi ikel, ħobż u anke frott. "Fl-Għid inkludejna wkoll anke biċċa ċikkulata ma' kull ikla," kompla Sammut. Meta jkun lest, l-ikel qed ikun ippakkjat f 'kontenituri, b'tabbelli mmarkati bl-ingredjenti u anke jieħdu ħsieb f 'każ li jkun hemm min ibati bl-allerġiji. Mill-kċina, l-ikel qed jittieħed f 'erba' hubs li jinsabu fl-Iklin, f 'Ħal Balzan, f 'Wied il-Għajn u f 'Bormla. Kienu l-parroċċi ta' dawn il-lokalitajiet li pprovdew proprjetajiet tagħhom biex jinbidlu f 'dawn iċ-ċentri. Meta l-ikel jasal f 'dawn il- hubs, voluntiera ta' Caritas Malta jieħdu ħsieb li jieħdu l-ikliet u jqassmuhom wara l-bibien ta' diversi persuni, anke għax ħafna, inkluż anzjani, qed isegwu l-pariri u l-istruzzjonijiet u mhux joħorġu mid-dar tagħhom. Id-domanda se tkompli tikber ... nistgħu nipprovdu ikla lil 1,000 persuna Mistoqsi dwar id-domanda, Julian Sammut saħaq mal-gazzetta ILLUM li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed jistennew li d-domanda tkompli tikber. Fi kliemu, jinsabu ppreparati u lesti biex jibdew jippreparaw anke sa 1,000 ikla kuljum. Iżda għandhom biżżejjed provvista? Kemm jistgħu jdumu jipprovdu ikel b'xejn? "Nistgħu nkomplu għaddejjin għal xahrejn jew tlieta, wara jista' jkollna bżonn l-għajnuna wkoll, għalkemm m'għandniex dubju li nsibuha u nilqgħu kull tip ta' għajnuna li tingħata speċjalment fi frott u ħaxix frisk," temm jgħid u jappella. Sammut mal-gazzetta ILLUM. Intant, dawk il-persuni li jixtiequ jikkuntatjaw lil din l-inizjattiva jistgħu jagħmlu dawn fuq jdebattista@vecchianapoli. com.mt jew permezz ta' e Alfred Mizzi Foundation info@ thealfredmizzifoundation.com Il-koki jipprepaw l-ikliet biex jitqassmu lil dawk vulnerabbli u fil-bżonn Il-vann li permezz tiegħu l-ikliet qed jitwasslu fl-erba' hubs L-ikliet ippreparati fil-basktijiet lesti biex jitqassmu fid-djar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2020