Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 26 TA' APRIL2020 - jifilħu għal aktar? 'Jekk nieħdu l-miżuri u jkollna gwida ma narax għalfejn m'għandniex niftħu' - Sid ta' ħanut ta' Sbuħija Iva tbati hux. Jiena tal-inqas m'għandix kirja u l-ħanut huwa tiegħi, allura mhux qed taħqarni daqshekk is-sitwazzjoni. Imma ilna sitt ġimgħat magħluqin, iebsa hux! Iebsa ħafna biex nibqgħu nfendu kieku s-sitwazzjoni tibqa' hekk għal tliet xhur. U dwar it-tieni mistoqsija, naħseb li qegħdin fil-qrib biex nerġgħu niħu. Naħseb li jekk nieħdu miżuri tajbin, bħal klijent wieħed biss fil-ħanut m'għandniex għalfejn nibqgħu magħluqin. Ikun hemm gwida, kemm għalina kif ukoll gwida għall-klijent u jekk jiġri dan ma narax għalfejn ma niħux, wara kollox huwa fl-interess ta' kulħadd, anke tagħna, li nieħdu ħsieb is-saħħa. Aħna familji wkoll għandna d-dar." 'Tara l-ħanut vojt dieqa taqbdek' "Bħalissa s-sitwazzjoni ma tantx hija faċli - għal kull min jinsab magħluq, speċjalment għal min bħali għadu qed iħallas il-kera. Iebsa ħafna, tkun taf li trid tħallas il-kera u xejn mhu dieħel. Dan apparti li kontijet xorta jridu jitħallsu. Tara l-ħanut vojt jaqbdek dieqa kbira u nimmisja x-xogħol, speċjalment lill-klijenti. Timmissja dak iċ-ċajt jew xi diskussjoni li kien ikollna. J'Alla ma ndumux ma nerġgħu nibdew, ħalli nerġgħu nibdew ir-rutina ta' kuljum. U rigward it-tieni mistoqsija, iva naqbel li jibdew jinfetħu xi ħwienet, pero ovvjament wieħed irid jieħu l-prekawzjonijiet kollha, iżomm id- distanza soċjali u jaħsel idejh b'mod frekwenti. Fil-qasam tax-xogħol tagħna wieħed jeħtieġ jieħu ħsieb iktar għax aħna n-Nail Technicians kull ma jkun jkun hemm bejna u l-klijent huwa 50 ċm- allura wieħed ikun irid jieħu ħafna aktar prekawzjoni." Amanda Micallef Marita Falzon Ara wkoll paġna 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020