Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 • illum Is-Servizz Parlamentari jistieden applikazzjonijiet għall-kariga ta' TECHNICAL SUPPORT OFFICERS (ICT/AV) fil-Kamra tad-Deputati kemm fuq bażi part-time u full-time (Sejħa HR 1/20 - Permess ta' Jobsplus 519/2017). Dettalji dwar il-kundizzjonijiet, dmirijiet, rekwiżiti ta' eliġibilità, għażla u sottomissjoni ta' applikazzjonijiet jinsabu fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li tista' titniżżel mis-sit tal-Parlament www.parlament.mt/vacancies jew tinġabar mit-Taqsima Finanzi u Amministrazzjoni, Kamra tad-Deputati, Misraħ il-Ħelsien, Valletta VLT 1111. Applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumentati relattivi jintlaqgħu mill-Iskrivan tal-Kamra mhux aktar tard minn nofsinhar (12.00pm) CET, tal-Ġimgħa, 23 ta' April 2021, jew jintbagħtu b'mod elettroniku fuq clerkofthehouse@parlament.mt. Ser jinżammu numru ta' proċessi ta' għażla sad-data tal-għeluq ta' din is-sejħa. L-ewwel proċess ta' għażla ser jikkonsidra applikazzjonijiet sottomessi sa mhux aktar tard minn nofsinhar (12.00pm) CET, tal-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2020. Employment Agency DRS CONSULTING MALTA LTD Start up business in Malta Contact details : Office: 11, Wied Halb Balzan (Balzan Valey) Balzan BZN 1408 Malta officedrsconsultingmalta@gmail.com mobile: 99950837 Tal-ħwienet fis-sitt ġimgħa bla xogħol - Eluf ta' ħwienet issa għaddew minn sitt ġimgħat magħluqin. L-ILLUM titkellem ma' sidien ta' negozji żgħar li għalqu l-bibien tagħhom. Jifilħu għal ġimgħat oħra magħluqin? Jaħsbu li l-Gvern għandu jirrilassa xi ftit il-miżuri biex jieħdu ftit tan-nifs? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Issa dħalna fis-seba' ġimgħa minn meta faqqgħet il-coronavirus u sitt ġimgħat minn meta ġew ordnati jgħalqu eluf ta' stabbilimenti kummerċjali madwar il- pajjiż, biex eluf kbar ta' ħaddiema u self employed spiċċaw id-dar, bla impjieg. Il-gazzetta ILLUM tkellemet ma' Julian Micallef, Marita Falzon, Mike Peplow u Amanda Micallef - erba' sidien ta' ħwienet differenti. Julian Micallef huwa sid ta' ħwienet tal- ħwejjeġ u aċċessorji, Peplow huwa sid ta' salon tax-xagħar, Falzon hija sid ta' ħanut tad-dwiefer u Amanda Micallef hija sid ta' ħanut tas-sbuħija (beautician). Lil dawn il-gazzetta staqsiethom żewġ mistoqsijiet. L-ewwelnett issa li għaddew ġimgħat u ħafna kirjiet għad iridu jitħallsu xorta filwaqt li xorta jista' jkun hemm pagi x'jitħallsu, kemm hi ħażina s-sitwazzjoni tan-negozju tiegħek ? Tiflaħ għal tliet xhur oħra kif qegħdin bħalissa? U t-tieninett din il-gazzetta staqsiet lil Falzon, Peplow u lil Julian u Amanda Micallef jekk jaħsbu li bin-numri kif inhuma u s-sitwazzjoni kif inhi, wasalx iż-żmien li jkunu miuhin ċerta ħwienet, imma taħt regoli stretta tal-iddistanzjar soċjali. 'Nippreferi naħdem u l-għajnuna jeħodha min ma jistax jaħdem' - Sid ta' Salon tax- Xagħar "Il-Covid 19 ġiet fuqna bla ma stennejna. Għalina l-hairdressers ġiet fl-agħar żmien għax ir-rebbiegħa huwa l-aħjar staġun għalina minħabba li fix-xahar ta' Marzu jibdew it-tiġijiet u okkażjonijiet oħra. Huwa anke zmien meta l-klijenti jkunu rpiljaw sew mill-ispejjeż tal-Milied. Naturalment kullħadd ikollu l-ispejjeż tiegħu - min ħafna u min it - jien fortunatament naħdem waħdi allura m'għandix spejjeż ta' pagi, pero' spejjeż oħra xorta jridu jitħallsu, bħal per eżempju l-kera tal-ħanut. Naturalment ħafna drabi l-kera trid titħallas għax bħal ma jien għandi l-ispejjeż tiegħi s-sid ukoll għandu l-commitments tiegħu. Li huwa żgur hu li din hija is-sitt gimgħa li ilna magħluqin u ma nafx kif wieħed jista jkampa ħafna aktar fit-tul, għax int barra l-ispejjeż tal-ħanut għandek ukoll l-ispejjeż tad-dar. Trid tgħix u huwa aktar difficli speċjalment jekk ikollok familja. Jekk int tkun ikkomettejt ruħek għal ċertu spejjeż, dawn trid tara kif tagħmel u twaqqaom u tipposponi kollox għal meta terġa tibda taħdem. Imma jekk ma jirnexxilekx ikollok tara kif tagħmel u tħallas dawk l-ispejjeż. Il-Gvern tana għajnuna, imma irridu nimu wkoll li l-Gvern għandu ħafna aktar ħaddiema u individwi fil-bżonn lil min jgħin, hu jipprova kemm jista jkun jolqot lil kulħadd fejn hu possibli. Jien nippreferi naħdem u l-għajnuna jagħtiha lil ħaddiehor. Jekk klijenta tiegħi tkun tilfet l-impjieg u l-Gvern jagħtiha l-għajnuna hemm ċans li din il-klijenta tibqa' tiġi tizboh xagħarha, sakemm issib xogħol." 'In-nuqqas ta' azzjoni fuq il-kirjiet se jkollu konsegwenzi kbar ' - Sid ta' ħanut tal- Ħwejjeġ/Aċċessorji "Issa l-ħwienet ilhom magħluqin, in- negozju tiegħi kelli bilfors naqilbu online biex tal-inqas mhux jispiċċa totalment. Madankollu, minħabba li settur tagħna huwa dak tal-ħwejjeġ, xorta waħda n-negozju qiegħed kważi fix-xejn. L-iskema li għamel il-gvern dwar il-pagi kienet ta' għajnuna u għenet sabiex jittaffa dak il-piż. Iżda n-nuqqas ta' azzjoni dwar il-kirjiet xorta qed iħalli l-effetti tiegħu u fit-tul dan se jkollu konsegwenzi kbar fuq in-negozju tiegħi. L-aktar parti inkwetanti madankollu hija n-nuqqas ta' ċertezza li għandna dwar kif se jerġa' jkun ix-xogħol wara li ċertu restrizzjonijiet jiġu mneħħija. Inħoss li l-effett ta' dan il-virus se jkun fit-tul u anke wara li niħu, se jkun hawn ħafna li l-impjieg tagħhom ikun għadu mhux sigur u b'pagi problematiċi, kif ukoll bla turiżmu. Dan kollu se jkollu effett negattiv ferm ikbar u rridu naħsbu għal dak iż-żmien minn qabel. In-numri ta' każi ġodda li qed ikollna huma sinjal tajjeb ferm. Għalkemm ix- xewqa tiegħi hi li niħu kemm jista' jkun malajr, nemmen li xorta għadu it kmieni. Iżda jekk tittieħed din id-deċiżjoni, u jerġgħu jinfetħu taħt strict social distancing rules, irridu naraw, kif tkellimt qabel, kemm ikun kbir l-effett li dan il-virus ħalla. Nemmen li ħwienet bħal tagħna ħa jkollhom effett negattiv kbir anke wara l-uħ tagħhom minħabba li jekk ma jkunx hemm ċertu avvenimenti, wieħed jista' jżomm lura minn ċertu xiri li mhuwiex priorità." Mike Peplow Julian Micallef

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020