Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 analiżi il-ħaddiema fl-ekonomija 'informali' daqs qatt qabel il-kapitali Kolumbjana. Fil-Perù, aktar minn għoxrin elf bejjiegħ u ħaddiema fl-ekonomija informali ġew arrestati għax m'obdewx l-ordnijiet. Għall- eluf Peruvjani li nġabru mit-triq, id- distanza soċjali mitluba mill-Istat hija prużunzjoni falza għax l-awtoritajiet ma kkumpensawx ix-xogħol mitluf u l-faqar li segwa. Għal ħafna prekarji, is-serq sar għażla morali. Il-pandemija urietna kemm il-politika tas-saħħa u l-politika soċjo-ekonomika huma marbutin flimkien, u kemm hu mportanti li nwensu lin-nies li naqflu ġewwa. Il-marda virali tefgħat dawl fuq kemm jiġu affetwati ħażin, b'mod immedjat, il-ħaddiema prekarji. Ir- reġistru tax-xogħol, il-fus tal-politika tal- kumpens, ma jagħtix stampa kompleta tat-tbatija li jġib miegħu l-'lockdown'. Dan ir-reġistru ma jaqbadx il-ħafna ħaddiema li fi żmien li x-xemx kienet tiddi għalaqna għajnejna għall-abbuż u l-isfruttament tagħhom. Mhux fl-interess tal-ebda pajjiż u ekonomija sostenibbli li tant ħaddiema jibqgħu jaħdmu fl-ekonomija informali, 'l bogħod mix-xogħol leġittimu, ix-xibka soċjali u servizzi tas-saħħa. Aktar ma tkun kbira din il-popolazzjoni aktar issir diffiċli li wieħed jikkontrolla l-mard u aktar diffiċli moralment li wieħed jagħti l-ordnijiet waqt pandemija. Malta hija milquta sew minn dan il- flaġell. Dan hu mument biex flimkien naraw kif aktar nies joħorġu mill-infomalità u jidħlu fl-ekonomija formali. L-ikel u l-kirjiet issussidjati jistgħu jkunu nċentiv. L-għaqdiet ta' min iħaddem u l-unjins, flimkien mal-Istat, għandhom jiżguraw li l-karità li qegħdin inqassmu llum lil dawn in-nies issir ġustizzja soċjali fil- futur immedjat. Carmel Borg huwa Professur fl-Università ta' Malta u kontributur ta' artikli u analiżi fuq il-gazzetta ILLUM F'dan iż-żmien ikrah, ħafna ħaddiema 'barranin' prekarji qegħdin iġorru wkoll is-salib tar-razziżmu li jkompli jħajtanhom f'dinja ta' deprivazzjoni materjali u esklużjoni soċjali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020