Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 fil-laħam il-ħaj. Mietet oħti' tintuża. "Li tintuża l-plasma hija prattika komuni," spjega Portelli. 'F'din il-marda trid toħroġ b'ideat ġodda' Iżda waqqau u fakkartu li proposta bħal din irid isir l-istudju fuqha. Ma jfissirx li għax qalha Frank Portelli tista' ssir. Iżda wieġeb minnufih li l-akbar sejbiet fix-xjenza saru b'kumbinazzjoni, b'sempliċiment osservazzjoni. "We have nothing to loose," insista Portelli. "Irridu nagħmlu affarijiet ġodda li ħadd ma għamilhom qabel biex nimxu 'l quddiem." Huwa spjega kif din il-proposta tiegħu bagħtha għall-approvazzjoni tar-Royal Society of Medicine. Insista li ħadd ma għandu jeħodha bi kbira għax Maltin jagħmlu skoperta waqt li fakkar li kien Sir Temi Zammit li sab is-sors tad-deni rqiq. "Aħna għandna moħħ bħal ħaddieħor. X'se jagħmlu? Se jwaqqawni għaċ-ċajt? Jiena ħriġt b'idea. Żgur li ma għandna xejn x'nitilfu," saħaq it-tabib. Proposta oħra tat-tabib Portelli huwa li meta persuna bil-COVID-19 tibda tħoss l-iċken sintomi ta' qtugħ ta' nifs, tiddaħħal minnufih fil-hyberbaric chamber, metodu li beda jintuża barra minn Malta. "F'din il-marda trid toħroġ b'ideat ġodda," insista t-tabib. "L-ideat ta' kulħadd importanti. Tiżinhom. Aħna nirbħu rridu u mhux naraw ta' min hi l-idea. Jekk idea ta' xi ħadd hija aħjar minn tiegħi, aħjar." 'Jiena mġarrab ... il-virus qatilha' Kien hawn li t-tabib insista li hu mġarrab. "Jiena din il-marda laqtitni fil-laħam il-ħaj. Jiena mietet oħti. Mhux xi ħadd li naf. Xi ħadd li jiena trabbejt magħha. Mhux kienet se tmut xorta. Dan il-virus qatilha. Jiena ma ngħidx mietu tliet persuni. Jiena ngħid mietet, omm, nanna, oħt. Hemm familji warajhom. Tgħidlix kienet ġo sodda. Kellu bżonn għad għandi ommi fis-sodda," saħaq mal- ILLUM Portelli. "Ħa ngħidlek kemm hi sabiħa l-ħajja. Anzjana ta' 93 qed taħdem il-maskri għall-carers." Semmejna l-maskri. Jaħseb li għandu jkun obbligatorju li persuna tilbes il- maskra? Wieġeb minnufih li jekk persuna se toħroġ barra u taf li se tiltaqa' man- nies għandha tilbes il-maskra. Fakkar li hemm persuni li huma carriers tal-virus iżda sintomi ma għandhomx u għalhekk, bil-maskra, aktar milli wieħed jippreveni li jaqbdu l-virus, ikun qed inaqqas ir- riskju li jxerrdu u jgħaddih lil ħaddieħor. "Il-virus irridu nipprovaw nagħlqulu l-bibien minn kullimkien. Noqogħdu 'l bogħod min-nies, nilbsu l-maksra u naħslu jdejna," saħaq Portelli. "Trid tagħmel minn kollox ... jiena nżid li apparti li taħsel idejk, taħsel ukoll wiċċek. Wiċċna l-ħin kollu mmissuh. Din irridu nibdewha mill-iskola." X'sar mill-offerta tal-isptar St. Philip's? Fl-aħħar nett, l-ILLUM staqsiet ukoll lit-tabib portelli dwar l-offerta tiegħu lill-Gvern biex l-isptar St. Philip's jintuża għall-pazjenti bil-COVID-19. Portelli lest joffri sa 300 sodda. "Jiena offrejt l-isptar tiegħi mhux lill-Gvern Malti. Jien offrejtu lill-poplu Malti, lil-Laburisti, lin-Nazzjonalista, lill-barranin, lil kulħadd. Jiena ma stajtx narana darna mal-ħajr, saħansitra se nixtru pre-fabricated hospital u ma noffri xejn," saħaq Portelli. Spjega kif ovvjament, skont għalxiex ikun se jintuża, kien ikun hemm bżonn xi xogħlijiet strutturali u anke x-xiri ta' apparat. "Jiena għidt ix-xogħlijiet jagħmilhom il- Gvern, bħal meta krejt dar u attrezzajtha kif trid inti u t-tagħmir kollu jibqa' tal- Gvern," spjega t-tabib Portelli. "Aħna ma naqilgħux ċenteżmu ... għidt li l-kera tkun ikkalkulata biss fuq ehim li kien diġà sar. Fi żmien Gonzi kien hemm deċiżjoni tal- kabinett u għalhekk l-Oppożizzjoni ma tistax ma taqbilx." 'Lill-Covid se nirbħulu imma lill-politika le...' Kien hawn li t-tabib Portelli insista li hu għamel biss kundizzjoni waħda. "Basta ma hemmx politika. Il-politika qed tirrovina kollox f 'dan il-pajjiż. Ninsabu fi Gwerra. Fi żmien il-Gwerra ħadd ma qagħad jgħid li dak ta' Boffa u dak ma' Strickland." Iddeskriva bħala "ġennata" d-deċiżjoni li jinxtara pre-fabricated hospital meta hu qed joffri l-isptar St. Philip's, mibni fuq medda kbira ta' art, fuq tliet toroq u bil-ġnien b'kollox u dan apparti li jinsab viċin Mater Dei. "Kieku jridu jistgħu jagħmlu l-iżolazzjoni tal-pazjenti kollha hemm," insista Portelli. "Ma tistax tagħmilhom ġo pre-fabricated hospital għax dan ma għandux art miegħu." Temm b'appell wieħed. Tenna li dan mhux żmien il-politika. "Xi darba lil dan il-COVID se nirbħulu ... imma lill-politika mhux se nirbħulha jekk ma nifhmux il-ħsara li qed tagħmel." Xi darba lil dan il- COVID se nirbħulu ... imma lill- politika mhux se nirbħulha jekk ma nifhmux il-ħsara li qed tagħmel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020