Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 • illum L-Awtorità tal-Konsumatur investigat diversi ilmenti dwar il-prezzijiet tal-maskri u l-hand sanitisers L-ILLUM tistaqsi lill-MCCAA: min jista' jbigħ il-maskri u s-sanitisers? X'marki għandhom ikollhom dawn il- prodotti? Il-hand sanitizers jistgħu jinbiegħu fi fliexken iżgħar? YENDRICK CIOFFI L-Awtorità ta' Malta għall- Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ikkonfermat mal-gazzetta ILLUM li rċeviet numru ta' lmenti dwar il- prezzijiet ta' hand sanitisers u anke tal-maskri, b'mod partikolari dawk li qed jinbiegħu onlajn. Fi tweġiba lil din il-gazzetta, l-Awtorità kkonfermat dak li sabet il-gazzetta ILLUM f 'eżerċizzju li wettqet fost diversi spiżeriji bħal-lum ħmistax, fejn irriżultaw diskrepanzi kbar fil-prezzijiet tal-maskri u anke tal-ingwanti. Il-prezzijiet kienu jvarjaw minn €1.25 kull maskra għal €4.95. L-Awtorità insistiet li "minn spezzjonijiet li saru minn uffiċjali f 'dawn l-aħħar xhur, irriżulta li żdied in-numru ta' dawn il- prodotti li jinsabu fis-suq u hemm varjetà fil-prezzijiet. Insistiet li bħalma ġara f 'pajjiżi oħra, iż-żieda fil-prezz ta' ċerti prodotti żdiedu minħabba ż-żieda fid-domanda. Importanti li l-maksri u s-sanitisers ikollhom il-marka CE L-ILLUM staqsiet ukoll lill- Awtorità jekk il-maskri, l-ingwanti u anke l-hand sanitisers jistgħux jinbiegħu barra mill-ispiżeriji. Spjegat li dawn jistgħu jinbiegħu minn kwalunkwe stabbiliment, inkluż onlajn, sakemm ikollhom fuqhom il-marka CE. Is-sanitisers għandhom ikunu rreġistrati mal-MCCAA Fejn jidħlu hand sanitisers, kien hemm minn ġibed l-attenzjoni ta' din il-gazzetta li xi stabbilimenti bdew jimlew fliexken żgħar u jbiegħu lilhom. Anke jekk dan mhuwiex illegali, l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall- Affarijiet tal-Konsumatur spjegat li kwalunkwe sanitiser irid ikun irreġġistrat magħha, jiġifieri mhux kull hand sanitiser jista' jinbiegħ. Hand sanitiser ma jistax jinbiegħ lanqas jekk ma jkollux imniżżel fuqu tikketta bl- informazzjoni kollha. It-tikketta trid tinkludi deskrizzjoni/ isem tal-prodott, pittogrammi, dikjarazzjonijiet ta' xi periklu jew prekawzjoni, istruzzjonijiet għall-użu, l-identità u l-konċentrazzjoni ta' sustanza attiva, in-numru tal-lott u d-dettalji tal-manifattur (isem tal-kumpanija, indirizz u kuntatt) Anke jekk l- Awtorità tagħmel spezzjonijiet regolari sabiex tiġi assigurata l-konformità ta' dawn il-prodotti kemm fuq is-suq lokali kif ukoll onlajn, appellat biex min jinnota nuqqas fis-suq jista' jirrapporta fuq www.mccaa.org. mt. Il-hand sanitisers u anke l-maskri jrid ikollhom fuqhom il-marka CE Infrastructure Malta tħawwel 11,800 siġra sa mill-2019 Infrastructure Malta ħawlet 3,123 siġra f '40 post f 'Malta matul l-ewwel kwart tal-2020. Minn meta nediet il-programm nazzjonali ta' tħawwil ta' siġar fis- sajf tal-2019, l-aġenzija s'issa żiedet aktar minn 11,800 siġra indiġena f '80 post differenti fil-ġnub tat- toroq u f 'siti oħrajn urbani u rurali f 'Malta. Infrastructure Malta qed timmira li fix-xhur li ġejjin testendi din l-inizjattiva għal diversi nħawi oħrajn biex taqbeż it-total ta' 8,719 siġra li ħawlet is-sena l-oħra. Fl- 2019, Infrastructure Malta ħawlet aktar siġar f 'Malta minn kull organizzazzjoni governattiva, volontarja jew privata oħra. Permezz ta' dan l-impenn ambjentali, l-aġenzija kkuntrattat ukoll is-servizzi meħtieġa biex tibqa' ssaqqi u tieħu ħsieb dawn is-siġar għal diversi snin, sakemm jaqbdu sew fl-ambjent ġdid tagħhom. Madwar is-siġar li tħawlu din is-sena, l-arboristi u esperti oħra relatati li tqabbad Infrastructure Malta ħawlu wkoll mal-1,800 arbuxelli ta' speċi differenti, li wħud minnhom jistgħu anke jiġu kkurati biex jikbru f 'siġar. Ħafna mit-tħawwil tas-siġar ġodda matul l-aħħar tliet xhur sar f 'żoni li huma msebbħin bis- siġar u l-pjanti tul toroq eżistenti jew f 'toroq ġodda li qed jinbnew permezz tal-proġetti ta' l-aġenzija. Fi Frar u Marzu, Infrastructure Malta żiedet 84 siġra tul Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, fir-rotta bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa, wara li bniethom mill-ġdid. Żiedet ukoll 196 u 120 siġra oħra fil-ġnub tat- triq fit-Telgħa T'Alla u Ommu, fin-Naxxar u fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, fost oħrajn. Aktar siġar tħawlu f 'siti li ġew proposti mill- pubbliku wara li wieġbu għall- appell li sar mill-aġenzija aktar kmieni din is-sena biex jagħmlu suġġerimenti simili. Infrastructure Malta qed taħdem ukoll ma' diversi kunsilli lokali u organizzazzjonijiet volontarji biex tidentifika postijiet ġodda għat- tħawwil tas-siġar. F'Santa Luċija, din is-sena l-aġenzija ħawlet aktar minn 1,000 siġra fi 11-il triq. Permezz ta' kollaborazzjonijiet simili, l-aġenzija żiedet ukoll mal- 145 siġra f 'Ħ'Attard u f 'Ħal Balzan. Infrastructure Malta qed tħawwel ukoll 580 siġra oħra f 'dawn iż-żewġ lokalitajiet u f 'Birkirkara, matul ir- rotta ta' toroq arterjali li qed ittejjeb bħalissa permezz tas-Central Link Project. L-arboristi ta' Infrastructure Malta qegħdin jagħżlu s-siġar għal kull sit minn varjetà ta' 30 speċi ta' siġar indiġeni, fosthom il-bruka, żebbuġ, ċipress, ġummar, deru, ballut, żnuber, riħan, tal-Għargħar (is-siġra nazzjonali) u ħarrub. L-Inġinier Fredrick Azzopardi, Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta, irringrazzja lill-ħaddiema tal-aġenzija u lill- kuntratturi għall-impenn kontinwu tagħhom biex itejbu l-ambjent tat-toroq Maltin u spazji pubbliċi oħrajn. "M'aħniex nagħmlu tajjeb biss għal dawk is-siġar li jkun hemm bżonn jiġu mħawlin x'imkien ieħor jew jitneħħew minħabba proġetti ġodda billi nħawlu l-ammont minimu li jesiġu l-awtoritajiet ambjentali. Imma qegħdin inżidu dawn l-ammonti b'mijjiet aktar ta' siġar, biex dawn l-inħawi nħaddruhom aktar milli kienu qabel, u l-infrastruttura tagħna tkun ħafna aktar sostenibbli. B'dan l-impenn, u permezz tat-titjib fil-kwalità tal-ajra b'investimenti oħrajn bħalma huma l-Marsa Junction Project u l-Grand Harbour Clean Air Project, qegħdin nistabbilixxu ruħna bħala l-entità governattiva li qed twettaq l-aktar pjan ta' benefiċċju u effettiv għal ambjent aħjar f 'Malta," qal l-Inġinier Azzopardi. Individwi u organizzazzjonijiet li jkunu jridu jissuġġerixxu spazji pubbliċi biex jiġu kkunsidrati mill-arboristi ta' Infrastructure Malta ħalli jitħawlu fihom siġar ġodda huma mħeġġin jagħmlu s-suġġeriment tagħhom permezz ta' imejl fuq sigar.im@ infrastructuremalta.com.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020