Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 Erba' għażliet quddiem il-Gvern - jimponi, jarmi fil-baħar, jixtri jew kollox kif inhu ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Gvern għandu quddiemu erba' għażliet hekk kif il-proġetti tat-toroq, minn għada t-Tnejn, se jkunu kollha kemm huma weqfin u dan wara li l-kuntratturi qed jilmentaw li m'għadx fadal post fejn jarmu l-iskart tal- kostruzzjoni. Sa issa jidher li l-Gvern għadu ma ddeċidiex liema kors ta' azzjoni se jieħu minkejja li minn għada il-proġetti kollha tat-toroq jieqfu, għalkemm jidher illi l-aktar għażla preferuta se taqa' fuq ix-xiri ta' barrieri mill-Gvern. Sorsi differenti li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew li l-Gvern għad irid jiddiskuti u jiddeċiedi liema mill-' għażliet se jieħu. L-għażliet quddiem il-Gvern: Jonora l-Prezz tas-suq L-aktar għażliet ċari li għandu l-Gvern huma, l-ewwel - li jħalli s-sidien tal-barrieri jiddeterminaw il-prezz skont l-esiġenzi tad- domanda u allura s-suq, bil- prezzijiet bħalissa jkunu ta' €15 għal kull tunnellata ta' skart. "Dawn il-prezzijiet kienu madwar €5 kull tunnellata u s-sena l-oħra ġie deċiż illi jintlaħaq ehim biex il-prezz ikun ta' €8 kull tunnellata." Dan is-sors qal li dan l-arranġament baqa' ma daħalx fil- prattika u llum il-prezzijet telgħu għal €15, bil-konsegwenza li dan il- prezz qed jimpatta bil-kbir fuq id- dħul tal-kuntratturi li jkunu rebħu tenders b'ammont partikolari ta' flus. Sors differenti qal iżda li fil- fatt numru ta' kuntratturi diġa' għandhom il-barrieri tagħhom u għal xi raġuni iridu jibqgħu jużawhom għax-xogħol privat tagħhom, mhux għax-xogħol tal- Gvern ukoll. Jimponi prezz, skont il-liġi Il-Gvern quddiemu għandu wkoll l-għażla li skont liġi li kienet ddaħħlet fi żmien Gvern Laburista mmexxi minn Dom Mintoff, jimponi l-prezz, f 'dan il-każ fuq tal-barrieri. Sorsi qrib il-Gvern li tkellmu mal-ILLUM sostnew illi din għażla li l-Gvern ma tantx jixtieq jieħu għaliex jekk il-prezz tas- suq huwa €15, ma jarax għalfejn għandu jindaħal fil-prezzijiet. Nitfgħu fil-baħar Iktar indeċiżjoni iżda teżisti fuq it-tielet għażla u allura dik li l-iskart tal-kostruzzjoni jintefa' fil-baħar. Fil-verità din hija possibbli f 'ċerti żoni fil-baħar u ġieli ġrat f 'każi ta' proġetti privati lokali. Sa issa din hija l-irħas għażla, għalkemm il- prezz ambjentali tagħha jaf ikun l-ogħla. Din il-proposta jaf issib l-appoġġ pero wkoll l-aktar oppożizzjoni fil- Gvern u anke lilhinn, speċjalment fid-dawl tal-fatt li f 'Malta għad hawn barrieri li mhumiex jintużaw. Il-Gvern jixtri l-barrieri hu għall- iskart tal-kostruzzjoni ġġenerat minnu Ir-raba' u l-aħħar għażla li għandu l-Gvern, hekk kif minn għada tiżdied sew il-pressjoni fuqu, hija li permezz ta' Infrastructure Malta jixtri barriera jew barrieri hu, biex fihom jitfa' l-iskart tal- kostruzzjoni li jiġġenera minn proġetti tiegħu stess. Din l-għażla, minkejja li hija l-aktar waħda li tiswa' flus, jaf tkun l-aktar waħda li ssib appoġġ fil-Gvern u tkun meqjusa bħala l-aktar waħda li ssib kompromess. Din il-kwistjoni ilha tqum bil-kuntratturi diversi drabi jipprotestaw dwar in-nuqqas ta' spazju fejn jistgħu jarmu l-iskart tal-kostruzzjoni kif ukoll prezzijiet dejjem jogħlew hekk kif kompliet dejjem tiżdied id-domanda. Iżda laħqet il-qofol din il-ġimgħa meta Infrastructure Malta ħabbret li l-proġetti kollha tat-toroq se jieqfu b'effett minn għada. Tant hi problema li saħansitra ħareġ permess biex skart tal- kostruzzjoni jintefa' fiż-żona industrijali ta' Ħal Far (ara ritratt). Skart ta' kostruzzjoni mitfugħ fiż- żona industrijali ta' Ħal Far

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020