Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 analiżi IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 • illum Robert Abela bla honeymoon ... 100 ... il-pandemija Covid-19 li ġabet l-ekonomija dinjija għarkopptejha ma setgħetx kienet sfond aktar diffiċli u ta' sfida għall-ewwel 100 jum tal-PM Robert Abela. L-ILLUM tistaqsi ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa għaddew 100 jum minn meta Robert Abela sar Prim Ministru, 100 jum li żgur illi ħadd - lanqas Abela nnifsu - ma stenna li se jkunu daqstant ta' sfida. Il-pajjiż, propju f 'dan il-100 jum, għaddej minn perjodu ekonomiku ħażin ħafna u bla preċedent fl-istorja ekonomika moderna, minħabba t-tixrid tal-Covid-19. Pajjiżna qatt ma kellu eluf ta' ħwienet magħluqin, ħaddiema d-dar fuq il-benefiċċju tal-qgħad u turiżmu kompletament wieqaf. Din hija probabilment l-akbar sfida li se jkun iffaċċja Abela, mhux biss f 'dawn il-100 jum imma fil- leġiżlatura kollha. Bl-immigrazzjoni, il-kostruzzjoni, l-ekonomija u l-pandemija, x'inhu l-ġudizzju ta' numru ta' preżentaturi u opinjonisti dwar l-ewwel 100 jum ta' Abela? L-ILLUM titkellem ma' Mark Camilleri, Manuel Micallef, Alison Zerafa Civelli, Fr Joe Borg u Andrew Azzopardi. "Probabbli dawn kienu l-aktar 'l-ewwel mitt jum' diffiċli li qatt kellu Prim Ministru. Huwa laħaq ġie ffaċċjat bil-kriżi politika, iżda mbagħad tfaċċat il-kriżi tal- pandemija. Abela għamel sew li ħeles lill-pajjż minn ċerti individwi; tajjeb li ntlaħaq ehim mal-Oppożizzjoni dwar il-Prim Imħallef, u sew li jipprova jpoġġi fil-prattika r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja. Żbalja meta qed jirriuta li jsalva immigranti li jkunu fiż-żona ta' Malta. It-tobba u l-careworkers Maltin qalu pubblikament li l-coronvirus mhux raġuni valida biex ma jagħmilx dan. Il-pakketti ekonomici li qed jagħti l-Gvern bħalissa qed jgħinu ħafna biex jittaffa l-impatt massiv li ġabet il- pandemija. Abela għandu juri aktar impenn biex jiddefendi l-media mit-theddida ta' azzjonijiet SLAPP u importanti li l-irwol tas-soċjeta ċivili jkun dejjem rikonoxxut aktar. Is-suċċess jew le tal-Prim Ministru Abela se jkun jiddependi mhux mill-ewwel mitt jum iżda min kif imexxi l-ekonomija mid- daqqa kbira li se tieħu mill-pandemija. Insomma mhux is-suċċess jew le tal- Prim Ministru jiddependi minn dan, iżda l-futur tal-pajjiż". "Jgħidu li l-poplu jeleġġi l-gvern li jixraqlu. Jien ngħid ukoll li l-poplu jagħżel lill-Prim Ministru li jkollu bżonn. Robert Abela mhux eċċezzjoni. Dan huwa l-Prim Ministru li Malta għandha bżonn illum u fis-snin li ġejjin. L-ewwel 100 jum tiegħu fuq is-siġġu ta' Kastilja diġa wrew kemm dan huwa minnu. Minn meta nħatar, il-Prim Ministru Abela ma kellux iċ-ċans li jdewwaqna fil-prattika aspetti tal-viżjoni tiegħu kif ipproġettaha matul il-kampanja tiegħu ghall-ħatra ta' Mexxej Laburista. Ma setax jagħmel dan għax hekk iddettaw iċ-ċirkostanzi straordinarji fid-dinja u fil-pajjiż. Iżda l-Prim Ministru dewwaqna l-ħiliet kbar li għandu biex imexxi lil pajjiżna. Mhux xi haġa komuni li lbieraħ tkun backbencher fil-Parlament u llum ssib ruħek fuq l-iktar siġġu jaħraq li għandu l-pajjiż – dak ta' Prim Ministru. F'Robert Abela din kienet xi ħaġa kważi naturali. Daqslikieku kien "seasoned politician" b'kapaċitajiet kbar ta' tmexxija. L-ewwel ma għamel saħaq fuq il-bżonn tal- għaqda. Għalhekk għaqqad lill-Partit warajh u assigura li jkollu kabinett magħqud u b'saħħtu. Dan il-messaġġ ta' għaqda estendih fuq bażi nazzjonali u fi żmien relattivament qasir irnexxielu jwassal dan il-messaġġ tant li kull sondaġġ li sar dejjem wera li l-Prim Ministru għandu l-fiduċja qawwija tal-maġġoranza tal- poplu. Minn kmieni beda jieħu deċiżjonijiet li juru li fejn tidħol serjetà, integrità u governanza m'għandux kompromessi. Għamel dan fuq livell ta' partit, fl-għażla tal-kabinett, kif ittratta kwistjonijiet bħal tal-kostruzzjoni, tal-Magħtab, tal-immigrazzjoni u fuq kollox l-pandemija tal-Covid-19. Diġa' wera' li huwa kapaċi jieħu deċiżjonijiet iebsin, anke jekk mhux popolari, imma fl-aqwa interess tal- poplu u l-pajjiż. Għalkemm il-paraguni huma odjużi, ma kienx faċli li jimla' l-post battal tal-predeċessur tiegħu. Iżda Robert Abela wiegħed kontinwità biex ikompli jibni fuq it-tajjeb li sab u fl-istess waqt diġa' beda jieħu passi fuq setturi li kellhom bżonn spinta bħalma huma l-qasam tal-ġustizzja, tal-ħatriet pubbliċi, tal-pulizija, governanza u ambjent. Fi tliet xhur diġa' irnexxielu jħalli t-timbru tiegħu. Huwa purament Leader politiku oriġinali. La huwa kopja u lanqas lunga mano ta' xi ħadd. Huwa l-Prim Ministru li jixraq lil pajjiżna u li l-poplu Malti għandu bżonn!" 'Robert huwa mexxej oriġinali mhu kopja jew lunga mano ta' ħadd' - Manuel Micallef "Is-suċċess ta' Abela se jiddependi minn kif imexxi l-ekonomija mid-daqqa kbira li se tieħu mill-pandemija" - Fr Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020