Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 analiżi illum • IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 jum ta' sfidi kbar "Jien xtaqt Mexxej li għandu viżjoni globali u huwa ta' statura intelletwali għax kont naf li ġejja kriżi ekonomika kbira, għalkemm ma kontx naf li din ser tiġi aċċellerata b'pandemija. Is-sinjali li kien ġej it-taqlib kien jidher ċar daqs il-kristall minn April tas-sena l-oħra. Ma naħsibx li Robert Abela qed jiem il-kumplessitajiet ta' minn xiex għaddejjin minnu bħalissa, politikament u ekonomikament. Biex inkun ġust imma, naħseb li l-maġġoranza tal-mexxejja Ewropej inkluż il-Bankijiet Ċentrali m'għandhomx l-iċken idea ta' x'inhuma jagħmlu, wkoll. Jiddispjaċini nitkellem hekk, imma sinċerament ma tantx għadni ottimist għall-pajjiżi Ewropej għaż-żmien qarib." Il-Prim Ministru l-ġdid daħal għal din il-biċċa xogħol b' ruħu u b'ġismu meta kien diġa' jaf li għandu ħafna trufijiet u problemi x' jindirizza, kemm fuq livell ta' partit kif ukoll ta' pajjiż. Li tidħol fiż-żarbun ta' Joseph Muscat ma kienx faċli l-anqas. Il-klima politika li wiret kellha problemi kbar - speċjalment mil-lat ta' governanza - apparti l-inkjesti u l-kawżi marbutin mal-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia. Jidher li dan kollu ġie kemmxejn pospost minħabba li sab quddiemu żewġ problemi massivi oħra, jiġifieri dik tal-immigrazzjoni u dik tal- pandemija Covid-19. L-analiżi tiegħi hija li Robert Abela irnexxilu jagħmel deċiżjonijet importanti, per eżempju, fl-għażla tal-Kabinett u fil- ħatriet ta' numru ta' ufficjali pubbliċi. Sinjal pożittiv ieħor kien meta wara l-mewt ta' Miriam Pace ġew imressqa nies il-Qorti - f 'ħin rekord - meta f 'każijiet oħrajn li fihom waqgħu d-djar donnu 'ħadd ma kellu tort' u kollox baqa' għaddej kif kien. Irrid ngħid li ħa ukoll decizjonijiet illi jidhru kemm xejn drakonjani dwar l-immigrazzjoni, l-Air Malta u dwar il-kaċċa fi żmien il-Covid-19. Jidher madankollu li l-poplu aċċettah, minn dak li qed jindikawlna s-sondaġġi. Dawk li kienu jaħsbu li m'hemmx ħajja wara Joseph Muscat qalbhom imtliet b'Robert Abela anke għax hu differenti ħafna fl-istil imma għandu ħafna ingredjenti li jwaħħduh mal-viżjoni poilitika ta' qablu. L-istil tiegħu ta' kif jitkellem, jipprova jagħmel konverżazzjoni man-nies meta jkun fuq il-podium tidher qed tinżel tajjeb man-nies. Kif qed tinżel tajjeb ukoll l-abilita' tiegħu li jissimplifika argumenti u kwistjonijiet kumplessi. Naturalment fix-xhur li ġejjin ha jerġa' jsib ma' wiċċu kwistjonijiet kumplessi li tħallew fuq l-ixkaffa termporanjament, bħal-legalizzazzjoni tal-kannabis għall-użu rikreattiv, il-proposti tal- Kummissjoni Venezja u s-suġġerimenti għar-rifromi, prinċipalment ir-riforma Kostituzzjonali, ir-riforma fil-Korp tal- Pulizija u l-arranġament permanenti dwar l-immigrazzjoni rregolari, fost oħrajn. "100 jum biss għaddew minn meta Robert Abela ħa t-tmexxija ta' pajjizna?" - Din kienet ir-reazzjoni tiegħi hekk kif iċċelebrajna l-100 jum ta' Robert Abela bħala l-Prim Ministru tal-pajjiż. Iffaċċja ħafna sfidi bla preċedent fi zmien qasir. Kellu jieħu ħafna deċiżjonjiiet importanti li nemmen illi kabbruh bħala politiku u ġabuh wiċċ imb wiċċ ma' realtajiet ġodda. Mhux kull Prim Ministru jiffaċċja daqstant sfidi u sitwazzjonijiet diffiċli f '100 jum biss! Minkejja dan, Robert Abela qed juri li Malta hija mmexxija minn Prim Ministru ieħor ta' livell għoli u li jagħmel unur lil Malta. It-tmexxija ta' Robert Abela flimkien mal-Kabinett tiegħu diġa' serviet ta' eżempju għall-pajjizi ferm akbar minna. Baqa' viċin in-nies u tan-nies. Hekk wiegħed u hekk qed jagħmel. Robert huwa l-Prim Ministru tal-poplu kollu. Qed jurina li l-pajjiż kellu bżonnu f 'dawn iż-żminijiet partikolari u straordinarji. Huwa l-Prim Ministru tal-kontinwità – it-tajjeb jgħidlu tajjeb u jkompli jtejbu, Il-ħażin jammettih u jaħdem sabiex jirranġaħ. Jogħġobni wkoll l-istil tal-komunikattiv tiegħu; ċar fi kliemu, jitkellem bil-lingwa tal-poplu, dirett u skjett. Id-deċiżjonijet jeħodhom bl-aktar mod għaqli. Għandu valuri u principji sodi. Kuraġġuż u jittrażmetti serħan tal-moħħ u trankwillità. 'Ma nemminx li Robert fehem ...' - Mark Camilleri 'Baqa' viċin in-nies u tan-nies. Hekk wiegħed u hekk qed jagħmel' - Alison Zerafa Civelli "Ħa deċiżjonijiet importanti u oħrajn goffi" - Andrew Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020