Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 oroskopju illum • IL-ĦADD 26TA' APRIL 2020 Il-kristalli Dħalna f 'żodjaku ta' Taurus u dan joffrilna dak il-benifiċju li nwettqu "CLEANSING'' madwarna. Dan il-benifiċju ta' "Cleansing'' issir biss minn dak li toffrilna n-natura u dawn huma ''Il- Kristalli''. Il-Kristalli huma benefiċċju naturali li sfortuntament Malta għadna it lura dwar dan il- benfiċiju naturali li huwa ferm ta' għajnuna għalina. Il-Kristalli barra li kapaċi jassorbu dik l-enerġija negattiva ta' madwarna u jagħtuna lura dik l-enerġija pożittiva li tant hi importanti u meħtieġa. Pero' il-Kristalli kapaċi joffru ħafna aktar benefiċji oħrajn. Pero' peress li dan iż-żodjaku huwa marbut aktar mal- ''Cleansings'' għalhekk imfassal dwar dan. Cleansings bil-Kristalli joffru kemm lilna bħala persuni u kemm lid-djar tagħna, postijiet ta' xogħol u oħrajn, iċ-ċans li niżirgħu dik l-enerġija tant nadifa. Enerġija pożittiva flok dik l-enerġija negattiva li tkun qed tikkawża diversi sitwazzjonijet madwarna li xi kull tant nitlfu il-kontroll tagħhom. Meta nġibu Kristalla kemm għal użu tagħna personali u kemm għal-madwar tagħna, din ser tagħtik garanzija li l-ħajja tiegħek sejra tinħass ferm aħjar minn dak li kienet u dan żgur int tinduna b'dan it-tibdil tant pożittiv. Hemm ħafna x'tikteb, hemm ħafna x'tispjega, hemm ħafna gwida ta' kif għandek tagħraf ''Cleansing tajjeb'' b'dan il-benfiċju naturali b'dawn il-Kristalli. Iżda l-ispazju huwa limitat biex inwassal dan kollu. Għalhekk jekk int interessat/a sabiex ikollok aktar informazzjoni, nistiednek tiktibli fl-indrizz postali, PaulJon Aquilina PO Box 27 Paola, sabiex jien inkun nista' nibgħatlek dak it-tagħrif kollu li int tixtieq. Namaste. L-Oroskopju taħt iż-Żodjaku ta' Taurus Mill-Ħadd 26 ta' April, sas-Sibt 2 ta' Mejju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodjaku ta' Aquarius ser ikun ifisser li huwa dak il-mument opportun li tagħraf dan il-perjodu sabiex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f 'dak li int tixtieq. Dan jista' jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa int għandek madwarek tagħmilha possibli li tirċievi dak kollu li minn issa jista' jagħmlek aħjar. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma dawn: 26, 27, 29 u 1. Aquarius huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodjaku ta' Pisces ser ikun mument ta' riflessjoni aktar fl-imħabba li int għandek minħabba li taf terġa tidħol fil-passat tiegħek u dan ovvjament jaf joħloq xi problemi kemm lilek u il-madwar, għalhekk għaraf li l-passat huwa passat sabiex b'hekk biss int tkun tista' timxi il- quddiem. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma dawn: 27, 29 ,1 u 2. Pisces huma magħrufin għas-sensittivita tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodjaku ta' Aries ser ikun mument inċert f 'dak li int trid twettaq. Dan ser joħloq it ta' tensjoni imma int trid tagħraf issaraf l-abbilta' magħrufa tiegħek biex b'hekk inti tkompli miexi b-determinazzjioni u tħares il-quddiem f 'dak li riesaq lejk. Emmen iżjed fik innifsek sabiex tkabbar aktar l-istabilta' tiegħek. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Dati ideali għal din il- ġimgha huma dawn: 26, 28, 30 u . Aries huma magħrufin għat tfassil dettaljat tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodjaku ta' Taurus ser ikun ifisser mument li int trid tagħraf aktar dwar il- bilanċ fil-ħajja ta' madwarek. Għalkemm int ser tkun mitluf ħafna dwar il-proġetti tiegħek xorta waħda għandek tagħraf il- bilanċ fil-madwar kollu tiegħek speċjalment fir-relazzjioni li int għandek. Żomm il- bilanċ sabiex tevita konsegwenzi. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma dawn: 26 , 27 , 28 u 2. Taurus huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodjaku ta' Gemini ser ikun ifisser mument li tagħraf timxi aktar b'pass mgħaġġel fejn jekk is-soltu int kont iddum sabiex tieħu xi pożizzjoni jew deċiżjoni. Issa dan ser tibda twettqu b'aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu direzzjoni ġdida. Għalhekk għaraf żomm dan il-pass. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma dawn: 27 , 29 , 30 u 1. Gemini huma magħrufin li jimxu mal- mument. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodjaku ta' Cancer ser ikun ifisser mument li jqawwilek iżjed l-abilta' tiegħek sabiex b'hekk inti tagħraf aktar il- kontroll tal-ħajja kemm tiegħek personali u anke tal-madwar tiegħek. Dan huwa perjodu li jista' jkun li int terġa tirbaħ dak li int tli jew ħadulek mill-karattru. Ghalhekk kun imħejji aktar. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Dati ideali għal din il-ġimgha huma dawn: 26 , 27, 30 u 2 Cancer huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodjaku ta' Virgo ser ikun ifisser mument li ser jagħmlek it aktar agressiv fl-ambizzjonijiet kemm tiegħek personali u kemm ta' madwarek. Dan jaf ikun ta' sfida għalik u dan ser isarraf sabiex inti turi aktar l-abilta' tiegħek f 'dak li inti trid tesprimi u twassal. Għaraf sew din il-fażi. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma dawn: 27 , 28 , 30 u 2. Virgo huma magħrufin għall-motivatazzjoni tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodjaku ta' Libra ser ikun ifisser mument ta' aktar paċenzja. Issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi b' aktar maturita' u għaqal f 'dak li ġej kemm fil-ħidma tiegħek u ferm aktar fir-relazzjoni li inti għandek. Agħraf ikkombina l-esperjenza miksuba sabiex finalment tirbaħ dak li verament tixtieq. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma dawn: 26 , 27 , 29 u 1. Libra huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Iż-żodjaku ta' Sagittarius ser ikun iffiser mument ta' it aktar ta' tensjioni madwarek aktar mis- soltu. Issa minħabba dan int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm aktar lilek u ferm aktar is- sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek. Sfortunatament ġej żmien it delikat, pero' finalment int ser tkun rebbieħ. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma dawn: 27 , 29 , 30 u 1. Sagittarius huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodjaku ta' Scorpio ser ikun ifisser mument ta' aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li int taf dan kollu suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek u kemm il-madwar tiegħek sabiex dak li ġej madwarek tiffaċjaħ b'aktar kalma u trankwilta' u b'hekk timmatura lilek innifsek. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma dawn: 28 , 29 , 1 u 2. Scorpio huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Iż-żodjaku ta' Capricorn ser ikun ifisser li trid timxi b'aktar għaqal sabiex fil-ħajja ta' madwarek iżomm lilek iffukat it aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma' tikkomettix ċertu żballji li forsi jistgħu jkunu ta' xi konsegwenzi, imma tkattar dak li ġej u ovvjament tisaħħaħ iżjed. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma dawn: 26 , 27 , 28 u 30 Capricorn huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodjaku ta' Leo ser ikun ifisser mument ta' aktar kontroll tiegħek innifsek, fejn jekk int is-soltu kont tkun ikkontrollat minn ċertu aspetti tal-ħajja, dan issa sejjer jinbidel kompletament. B'hekk ser tagħraf tieħu kontroll aktar tal-madwar kollu tiegħek. Agħraf din l-isfida li hemm riesqa lejk. L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Dati ideali għal din il-ġimgha huma dawn: 26 , 28 , 29 u 30. Leo huma magħrufin għad-direzzjioni tagħhom. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020