Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 opinjoni Morales: Il-ħabib awtoritarju ta' Franġisku H aġa kurjuza – Morales l-eks President tal-Bolivja, kien ħabib tal-Papa Franġisku, avolja kien tirann. Min kien Morales? Kien wieħed minn dawk il-mexxejja populisti li jsemmu l-ħin kollu l-poplu imma ma tantx jibqgħu ħelwin miegħu meta dan jaqbad triq differenti minn tagħħom. Morales minn żmien bikri wera tendenzi ta' ħruxija ma' min kien jopponih u kien joħnoq l-oppożizzjoni lejħ. Ħa f 'idejħ il-kontroll tal- qrati u kien jinqeda b'min kien responsabbli fil-qasam elettorali kif jaqbel lilu. Sa biddel il-kostituzzjoni li kellha limiti sa kemm jista' jdum president, iżda wara li kien elett darbtejn, xtaq jibqa' jigi elett. Iżda r-referendum tal-2016 ċaħħdu milli jagħmel bidla fil-kostituzzjoni biex jsir president għat tielet darba, imma l-Qorti Kostituzzjonali mejjel rasu u ħalliħ jerġa' joħroġ kandidat. Elezzjoni suspettuża L-elezzjoni li saret f 'Ottubru 2019 kienet imtappna u suspettuża. Meta beda l-għadd tar-riżultat kien hemm ħinijiet fejn ma tħabbrux riżultati minn ċerti naħiet tal- pajjiż, u meta dawn ir-rapporti waslu kollha kienu jirrapurtaw li Morales kien fuqnett fost il-kandidati. Kien hemm anke min irraporta li hadu sehem 100% tal-votanti u li Morales kien fuqnett fil-voti. L-aħbar kienet li Morales kien rebaħ b'maġġoranza ta' it voti. Protesti kbar Il-poplu ħareġ jipprotesta fit-toroq bil-kbir. Għall-ewwel Morales ma tax każ imma wara stieden osservaturi mill-Organizażżjoni ta' l-Istati Amerikani biex imorru jinvestigaw. Ir-riżultat kien li dawn tant sabu irregularitajiet li l-elezzjoni ma baqgħetx kredibbli u allura l-protesti żdiedu. Il-militar biss setgħu jikkalmaw id- diżordni fil-pajjiż imma l-armata ma aċċettatx li tispara kontra ċ-ċittadini biex tħares lill-president u allura 'issuġġeriet' lil Morales li wasal iż-żmien li jitlaq. U Morales irriżenja u ħarab lejn il-Messiku. Ħabib tal-Papa Tiskanta kif Morales kien igawdi l-ħbiberija tal-Papa, hu l-ewwel Papa Sud- Amerikan u Morales l-ewwel president tar-rażża Indios fl-Amerika Latina. F'sitt snin iltaqa' mal-Papa sitt darbiet. Fl-aħħar laqgħa, meta l-Papa żar il-Bolivja, il-Papa għamel diskors sħun fuq l-ekonomija li għoġob ferm lil Morales. U fl-2016 l-Akkademja Pontifiċja tax- Xjenzi Soċjali għamlet konferenza biex tfakkar il-25 anniversarju ta' l-enċiklika Ċentesimus Annus. Morales kien wieħed mill -kelliema flimkien mal-president xellugi ta' Ekwador, Rafel Correa kif ukoll Bernie Sanders, kandidat Demokratiku fl-Amerika. Ir- riżultat kien ton awtoritarju. Biex igħaxxaqha dakinhar Morales ippreżenta Kurċifiss blasfemm f 'għamla ta' martell u minġel, għemil li qatt ma kienet spjegata t-tifsira tiegħu. Kien Morales li ha sehem fil-kult tal-alla femminili tal-Indios Pachamamas u x-xbiha tagħħa sabet ruha fil-ġonna tal-Vatikan u qajmet kontraversja sħiħa. L-Isqfijiet Bolivjani Imma l-Isqfijiet Bolivjani hadu pożizzjoni ċara u iebsa kontra Morales u l-korruzzjoni tiegħu. Il-president il-ġdid tal-Bolivja Juanine Anez, ħadet xejra kuntrarja. Ħadet il- ġurament presidenzjali żżomm f 'idejha kopja enormi ta' l-Evanġelji u ħabbret li "l-Bibbja reġgħet fostna fl-uffiċċju presidenzjali". Ħafna jittamaw li dan il- president ġdid tal-Bolivja tingħata merħba mill-qalb meta żżur il-Vatikan! Ħafna qed jistennew bil-ħerqa x'se tkun ir-reazzjoni tal-Papa Frangisku wara li l-ħabib awtoritarju tiegħu ħarab mill-pajjiż fost diżordni tal-kotra kbira taċ-ċittadini Bolivjani. IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 • illum Dun Anġ Seychell Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020