Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 editorjal L-ewwel 100 jum! I l-paraguni jgħidu li huma odjużi, imma fil-politika l-paraguni huma inevitabbli u jsiru prattikament il-ħin kollu - Ministru, jitqabbel ma' ta' qablu, Gvern ma' dawk ta' qablu, saħansitra - anke jekk mhux dejjem pubblikament - inqabblu President tar-Reppubblika jew Arċisqof ma' dawk ta' qablu. U allura hija kważi naturali li meta qed nevalwaw l-ewwel 100 jum ta' Robert Abela bħala Prim Ministru jeħtieġ naraw minn fejn telaq u allura nipparagunawh mal-predeċessur immedjat tiegħu: Joseph Muscat. Nibdew b'dawk is-setturi fejn Abela kien iktar b'saħħtu. L-ewwelnett, it-tneħħija ta' nies u Ministi li kienu niżżlu isem il-Gvern, il-Partit Laburista u isem pajjiżna fil-ħama, kienet l-ewwel u l-aktar pass għaqli u kuraġġuż li ħa Abela. Jekk xejn, dan huwa ċertifikat ta' kemm dawk li kienu jgħidu li biex inkunu effiċjenti m'hemmx bżonn inkunu korrotti u niħu l-kontijiet minn wara dahar in-nies fil-Panama u m'hemmx bżonn nagħtu sptarijiet lil xi ħadd ma nafuhx, kellhom raġun. Kif kellhom raġun ukoll dawk li tħassbu kif Chief of Staff kien sar alla, fuq kulħadd u ma jista' għalih ħadd u allajbierek Kastilja ġabha burdell, deħlin u ħerġin nies li ngħataw xogħol fantażma u negozjanti multi miljunarji - it-tnejn b'xi mod konnessi mal-assasinju ta' ġurnalista. Il-uħ ta' kumpaniji fil-Panama, li jekk ma tridx kienu allegatament marbutin ma' kumpanija oħra sigrieta ta' Yorgen Fenech- u allegatament marbutin ma' commissions - kienet pastażata mill-kbar, u flimkien mal-qtil ta' ġurnalista - din kienet tebgħa sewda fuq il-Gvern u fuq il-pajjiż. Tebgħa li l-Partit Laburista ma kellux bżonn jittebba biha! Robert Abela, sa fl-aħħar, jidher li beda jagħlaq bis-serjetà dan il-kapitlu u ta' dan ħaqqu prosit. Ikkumparat mal-predeċessur tiegħu, Abela jidher ħafna aktar ħerqan li jagħmel bidliet u titjib fil-governanza u favur aktar trasparenza u hawnhekk - b'seba' riformi żvelati minn din il-gazzetta - jidher li Edward Zammit Lewis qed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna. L-istess fl-ambjent - sa din il-ġimgħa stess il-Ministru Aaron Farrugia ħabbar ir-riforma tal-pompi tal-petrol bi tnaqqis fid-daqs tal-pompi u linji ħomor fejn jidħol ODZ. Dan juri illi hemm enerġija żgħażugħa li sa issa tidher li qed tipprometti u tmexxi 'l quddiem. Ilberaħ ingħatat il-prosit kif ukoll l-approvazzjoni għall-miżuri ekonomiċi fid-dawl tal-Covid-19 - definittivament xi ħaġa pożittiva għal Abela u anke l-Ministru Silvio Schembri. L-istess fil-qasam tal-Intern, immexxi min Byron Camilleri, jidher li hemm ċaqlieq fid-direzzjoni t-tajba. Naturalment hemm Ministeri oħrajn fejn it-test veru għadu ġej: primarjament dak tat-Turiżmu immexxi minn Julia Farrugia Portelli li ta' min ifakkar kienet pjuttost iebsa meta ma ddejqitx twaqqaf kuntratt ta' Konrad Mizzi. Ma' dan jiżdiedu ħafna oħrajn li f 'dawn il-100 jum eċċellaw: Primarjament il- Ministru Chris Fearne. Naturalment l-akbar test li se jiddistingwi lil Abela se jkun dak ekonomiku hekk kif fl-ewwel 100 jum tiegħu faqqgħet pandemija li ġabet l-ekonomiji kollha għarkopptejhom. Naturalment Muscat kien oratur eċċellenti, kont tkun taf li se jirbaħ dibattitu qabel jitla' fuq il-podju. Muscat jibqa' avversajru formidabbli f 'kull ma jirrigwarda fl-oratrija - l-emozzjoni u anke d-diplomazija mal-aktar nies li kkritikawh. Abela għad fadallu ħafna x'jaqdef biex jiġi fil-punt illi bħal Muscat jittrażmetti l-messaġġ tiegħu b'daqstant konvinzjoni u emozzjoni. Abela pero', żgur illi ma resaqx qrib l-attitudni li kien jieħu Muscat lejn l-immigrazzjoni. Għalkemm kien ta l-impressjoni ta' xi forma ta' pushback meta kien fl-Oppożizzjoni, fil-Gvern Muscat kien ibbrilla fid-diskorsi li kien jagħmel u l-kritika ħarxa tiegħu, bla apoloġiji u tidwir kontra dawk kollha li jobżqu l-ħdura razzjali u favur il-ħajja ta' immigrant. Kien kważi fl-element tiegħu meta jagħmel dan u tant kien jargumenta tajjeb li kważi, kważi kien joħroġ lill-Oppożizzjoni ta' xenofoba. Dan il-moral high ground Robert Abela tilfu. Mhux għax razzist jew għax għalih il-ħajja umana mhix importanti - allaħares huwa hekk. Imma għaliex quddiem mewġa moqżieża ta' ħdura u razziżmu tikber u tinxtered, minflok qamilha u ġġildilha bis-saħħa - ta' soċjalist - kif kien jagħmel Muscat, żamm il-bogħod u beża' mill-ħafna, anke attivisti tal-PL, li bdew jgħajjruh u jikkritikawh. Seta' kieku ried ma għamel xejn differenti milli għamel u għalkemm forsi xorta ma kienx ikun biżżejjed, imma kieku iġġieled bl-ażżarini kontra l-ħdura, tal-inqas kien jidher li minkejja kollox qed jieħu n-naħa taż-żgħir u tas-sewwa, kif kien jagħmel Muscat. L-ewwel 100 jum kienu sfida enormi għal Abela u nittamaw li madwaru hemm nies li fejn jiżbalja juruh u jgħidulu li żbalja u fejn għamel tajjeb ngħidu li għamel tajjeb. Jekk iżomm moħħ miuħ għall-kritika u jibqa' determinat li jbiddel fejn kien ħażin u jibni fuq it-tajjeb jaf ikun l-aqwa ħaġa li ġrat lill-Partit Laburista u lil Malta f 'nofs il-kriżi li nqalgħet fit-tmiem tal-2019. illum • 26 TA' APRIL 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020