Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 • illum 100 jum ta' ħidma OWEN BONNICI HUWA L-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL Owen Bonnici D in il-ġimgħa qed nimmarkaw bħala Gvern, il-100 jum minn mindu nħtarna fid-diversi rwoli Ministerjali. Fuq bażi personali, qed nimmarka wkoll l-ewwel mitt jum tiegħi bħala Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni u x-Xogħol. Mitt jum ta' ħidma. Mitt jum sinifikanti u li jġiegħluni nirrifletti it. Inħares lura b'sodisfazzjon, imma aktar minn hekk, u aktar importanti, inħares 'l quddiem b'determinazzjoni li l-ħidma li bdejna flimkien tissokta fl-aħjar interess tal- istudenti, uliedna, l-ġenituri jew kustodji tagħhom, l-edukaturi u l-professjonisti fil- qasam, il-ħaddiema kollha ta' dam il-pajjiż. Pajjiż żgħir, imma li għandu għal qalbu lil kull membru tal-komunità tagħna, ibda miċ-ċkejken sal-anzjan. Mitt darba kuljum niakar li dak kollu li qed nagħmlu flimkien isir għaliex intom tajtuna l-fiduċja biex inwettquħ. Fiduċja msejsa fuq l-esperjenza tagħkom li aħna dak li nwiegħdu, nwettquħ. U dan huwa dak li qed nagħmlu. Kif għamilna fl-ewwel mitt jum, u kif se nkomplu nagħmlu fil- mijiet ta' jiem li għandna quddiemna. Mitt darba kuljum inżomm f 'rasi li mument wieħed ta' kuraġġ isarraf f 'mitt jum ta' riżultati. Konvint u naf li kull jum li naħdmu flimkien jista' jagħmel differenza għall- aħjar lil ħafna u ħafna nies. Mitt jum ta' ħidma flimkien. Għalaqna flimkien dawn l-ewwel mitt jum ta' ħidma fis-setturi tal-edukazzjoni u x-xogħol. F'dawn l-ewwel mitt jum, mexxejna 'l quddiem ħidma li ma tispiċċax fl-ewwel mitt ġimgħa, jew fl-ewwel elf jum, jew fil- ħajja ta' din l-amministrazzjoni. Huma biss il-bidu. Il-pedament ta' dak li qed inħarsu lejħ għall-futur. F'dawn l-ewwel mitt jum, iffokajna biex mill-preżent, insawru d-dinja tal-futur. Mil-lum nantiċipaw u nwelldu dak li se ngħixu fih għada. Mitt jum li matulhom ingħaqadna flimkien għall-ġid tagħna, ta' uliedna, tal-ħaddiema tagħna, tal- ġenerazzjonijiet li għadhom ġejjin. Għax pediment sod huwa s-sisien ta' binja b'saħħitha. Fil-qofol ta' din il-ħidma, hemm it- tfal, l-istudenti, uliedna u ulied uliedna. Irridu li fl-iskejjel tagħna jsibu t-tieni dar tagħhom, li fiha jitgħallmu dak li jagħmilhom il-bennejja tal-ġejjieni, bil- ħiliet li hemm bżonn fid-dinja tal-futur, li uħud minna għadhom lanqas biss ħolmu biha. Irridu li kulħadd ikun parti minn din l-esperjenza sabiħa u ħadd ma jisfa fil- ġenb minħabba raġunijiet li, wara kollox, ikunu ġew fuqhom u mhux ġabuhom. Irridu li ankè l-adulti jkomplu jitgħallmu u jiħu orizzonti ġodda. Qatt ma huwa tard, għal xejn. Qatt ma huwa tard li tagħmel l-ewwel pass, meta taf li bil-passi li se tagħmel, b'mitt jum wara l-ieħor, tkun qed tarrikkixxi lilek in-nifsek, imma wkoll lil dawk ta' madwarek. U f 'dawn il-mitt jum, kif perswaz li se naraw 'l quddiem, dan seta' jsir biss bis- saħħa tal-edukaturi tagħna li spalla ma' spalla magħhom konna fl-ewwel mitt jum u se nkomplu nkunu qrib tagħhom fil- ġimgħat u x-xhur li għandna quddiemna. B'rieda tajba, b'diskussjoni, b'widnejn li lesti jisimgħu, nkomplu mexjin. Staqsu lill-400 LSEs fi grad II u jgħidulek bl- inġustizzja li sewwejnielhom fi żmien qasir. Fl-ewwel mitt jum rajna sfidi bla preċedent, u tajna risposti u soluzzjonijiet bla preċedent. Minnufih rajna li l-edukazzjoni titkompla onlajn biex uliedna ma jitilfux żmien prezzjuż li mhux se jerġa' jiġi lura. Ġibna lil kulħadd flimkien biex naraw li, kemm jista' jkun, nitilfu mill-inqas mill-mitt xahar ta' edukazzjoni formali li uliedna jgħixu f 'ħajjithom. Ħsibna f 'tagħlim onlajn b'xejn għal kulħadd, miċ-ċkejknin, sal-adulti, mill- għalliema sal-ġenituri. Ħdimna biex dawk l-iktar vulnerabbli jingħataw l-assistenza li ħaqqhom u li għandhom bżonn. Għamilna dan qabel pajjiżi oħra ikbar minna. Għax fejn hemm ir-rieda u d-determinazzjoni, tasal. Fejn hemm għaqda bejn dawk kollha li jridu l-ġid tat-tfal tagħna, li jridu jħarsu lil uliedna, ma hemmx xkiel biex tasal għall- għan tiegħek. Dawwarna l-isfida f 'opportunità u nidejna għexieren ta' proġetti ta' manutenzjoni fl-iskejjel. Qed naraw lill- ħaddiema tagħna għadejjin b'xogħol ta' tisbieħ, manutensjoni u rranġar li qed iġib titjib fl-ambjent skolastiku tal-istudenti tagħna. U dan qed jagħmluh b'għożża u mill-qalb. Fl-istess waqt komplejna bil-bini ta' skejjel ġodda b'investiment qawwi ta' €40 miljun. Investiment li se jservi biex student jkollhom ambjent mill-aqwa fejn qed jgħaddu l-aktar snin importanti ta' ħajjithom. U dan qed nagħmluh bl-aħjar mod possibbli. Bl-użu tal-aktar mezzi moderni għad-dispożizzjoni tagħna. Billi nibnu l-ġdid u wkoll nimmodernizzaw l-ispazji eżistenti. Fejn jidħlu l-eżamijiet tajna ċertezza u pproponejna triq 'il quddiem mingħajr dewmien żejjed. Mal-ewwel intfajna madwar mejda u flimkien ma' dawk kollha involuti fassalna Pjan Nazzjonali li jkopri l-etajiet kollha sa' mill-ewwel snin sal- edukazzjoni terzjarja, bl-eżamijiet tas-SEC u MATSEC b'kollox. U hawn, pajjiżna, wieħed mill-iżgħar pajjiżi fl-Ewropa, kien wieħed minn tal-ewwel meta għamel dan. Fil-qasam tax-xogħol intervjenejna biex insostnu l-impiegi. Għamilna dan mhux biss fejn jidħlu l-ħaddiema li jaħdmu fl- edukazzjoni Governattiva jew tal-Knisja, imma anke dawk għal 'il fuq minn 2,100 ruħ li jaħdmu fis-settur tal-edukazzjoni privat, mis-snin bikrin sa etajiet ikbar. Dan kollu sar fl-ewwel mitt ġurnata biss. B'impenn se nkomplu nżidu l-enerġija. U aktar opportunitajiet. Il-mibki poeta Rużar Briffa, li kien għalliem fl-iskejjel elementari u l-ewwel għalliem bil-matrikola fid-Dipartiment, fil-poezija tiegħu bl-istess isem tal-ewwel vers, jikteb hekk: "Minn kull ma ħlomt f 'żgħożiti, Infittex kollox baħħ …" Għalhekk il-ħidma tagħna. Għalhekk se nkomplu niħu l-bibien tal- opportunitajiet. Biex ta' warajna jfittxu u jsibu l-opportunitajiet u mhux il-baħħ. Għax nafu li r-rieda tagħna hija biss dik li nkomplu nirnexxu. Għax nafu li l-imħabba tagħna lejn dan pajjiżna, hija kbira daqs l-immensità. Tajna l-mija fil-mija. Fl-ewwel mija. U dan huwa biss il-bidu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020