Illum previous editions

ILLUM 26 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1240941

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' APRIL 2020 'Bħalma qed isiru kontrolli biex stabbilimenti ma jiftħux għandu jkun hemm kontrolli fuq iż-żieda tal-prezzijiet' Il-President tal- Forum Malti kontra l-Faqar jappella mal-gazzetta ILLUM biex f'dan iż-żmien "kulħadd jiġbed ħabel wieħed" u jkun aktar sensibbli YENDRICK CIOFFI Il-Forum Malti kontra l-Faqar (APF) qed jappella, permezz tal-gazzetta ILLUM, biex l-awtoritajiet kkonċernati jżiedu l-kontrolli fuq ħwienet li jbiegħu prodotti essenzjali biex ikun assigurat li ma jkunx hemm minn jabbuża u f 'dawn iċ-ċirkostanzi jżid il-prezzijiet, anke għax l-aktar li se jbatu se jkunu dawk il-persuni vulnerabbli u bi dħul baxx. Il-gazzetta ILLUM tkellmet maċ- Chairperson tal-APF Noel Xerri li spjega diversi sitwazzjoni u realtajiet li jolqtu u li qed jolqtu diversi persuni u li xi drabi wieħed lanqas biss jikkunsidra, anke għax forsi jkun hawn min jaħseb li f 'Malta ma jeżistux. Madanakollu, Xerri saħaq li l-NGOs kollha fi ħdan il-Forum, ta' kuljum jiltaqgħu ma' diversi realtajiet, inkluż persuni li ma għandhomx saqaf fuq rashom. Fi kliemu, dawk fil-faqar se jiżdiedu u mhux jonqsu fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin u għalhekk l-appell tal-Forum mhuwiex indirizzat biss lill-awtoritajiet, iżda anke lill- poplu kollu, biex kulħadd ikun aktar sensibbli. L-ILLUM bdiet titkellmet ma' Xerri dwar iż-żieda fil-prezzijiet ta' prodotti essenzjali, bl-appell tal-Forum ikun ċar: biex is-sidien ta' dawn in-negozji ma jipprofettawx ruħhom. "Dan huwa żmien li fih kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed," insista Xerri. "Bħalma qed ikun hemm kontrolli fuq stabbilimenti biex ikun assigurat li dawn qed jobdu u mhux jiħu, għandu jkun hemm kontrolli fuq il- prezzijiet." Insista li prezzijiet ogħla wieħed se jsibhom l-aktar fi ħwienet żgħar u għalhekk x'aktarx li l-persuni vulnerabbli, bħall- anzjani u anke persuni b'diżabilità li ma jistgħux jaqbdu karozza u jmorru jixtru minn supermarket, se jkunu l-aktar li jbatu. Xerri fakkar ukoll li bħalissa ħafna huma dawk li d-dħul tagħhom huwa inqas min- normal minħabba s-sitwazzjoni li ġabet magħha l-imxija tal-COVID-19. Kompla jispjega li meta l-organizzazzjonijiet, anke qabel ġiet il-pandemija, kienu qed jiddibattu d-dħul minimu, jħarsu mhux biss lejn il-fatt li d-dħul minimu huwa baxx imma anke lejn iż-żieda fil-prezzijiet. Jekk hawn għadd ta' persuni li jifilħu jħallsu, dawn se jgħollu l-prezz. "Jekk għandek ħobża u jiena flok 10 ċentenżmu nista' nbiegħha 15-il ċentenżmu, se nagħmel hekk għax hemm min jiflaħ jixtriha, iżda lanqas ma jfisser li kulħadd jiflaħ iħallas 15-il ċentenżmu," insista Xerri. "Għalhekk irridu nħarsu lejn l-ispending money u f 'ċirkostanzi bħal dawn, apparti edukazzjoni, għandu jkun hemm diversi kontrolli." 'Bżonn ta' aktar koordinament fid- distribuzzjoni tal-ikel' Tkellimna dwar sfidi oħra li l-AFP qed tinsisti dwarhom f 'dan iż-żmien delikat waqt li appellat għall-miżuri proattivi biex dawn jiġu indirizzati. Fost oħrajn, Xerri tkellem dwar il-koordinazzjoni fir-rigward tad- distribuzzjoni tal-ikel fost dawk li ma jistgħux ikollhom platt sħun kuljum. Nhar il-Ħadd li għadda l-ILLUM spjegat li l-Fondazzjoni Alfred Mizzi qed titma' mal-500 persuna kuljum, f 'kampanja kkoordinata mal-Caritas. "Hemm koordinazzjoni, iżda jista' jsir aktar kkoordinament bejn dawk l-għaqdiet li qed jipprovdu l-ikel biex ikun assigurat li jintlaħqu kemm jista' jkun persuni." 'Għad hemm ir-riskju li persuni jispiċċaw bla saqaf ' Tkellimna wkoll dwar ir-realtà ta' persuni bla saqaf fuq rashom, realtà li hawn min lanqas jemmen li teżisti f 'Malta, iżda d-diversi residenti u xelters ta' emerġenza li jipprovdu kenn lil dawn il-persuni huma xhieda fihom infushom li hija realtà fostna. "Hemm min qed jispiċċa bla xogħol. Is-sitwazzjoni hija iebsa," insista Xerri. Fi kliemu, minkejja d-diversi miżuri tajbin u sussidji tal-Gvern u anke minkejja li diversi sidien naqsu l-prezz tal-kera, xorta waħda għad hemm ir-riskju li persuni jispiċċaw bla saqaf. Kif spjegat anke f 'paġna 6 ta' din il- gazzetta, fil-każ ta' Dar Papa Franġisku, anke għax uħud mir-residenti f 'dawn id- djar huma vulnerabbli, diversi residenzi mhux qed idaħħlu residenti ġodda. "Għad ma għandnix proċess fejn in-nies jistgħu jidħlu b'mod sigur," spjega Xerri. Fil-fatt, l-AFP qed jappella li jkun hemm faċilitajiet ta' swabbing u anke iżolazzjoni biex jippreparaw persuni li jkollhom bżonn jidħlu f 'dawn id-djar jew inkella fi programmi ta' rijabilitazzjoni. L-NGOs jiddependu mid-donazzjonijiet... Ta' min wieħed ifakkar ukoll li ħafna mill- organizzazzjonijiet li jaħdmu fost dawn ir- realtajiet jiddependu mid-donazzjonijiet tan-nies. Kif wieħed jista' jimmaġina, kwalunkwe kampanja ta' ġbir ta' fondi bħalissa tinsab wieqfa. "Ħafna mis-servizzi li noffru huma b'xejn, iżda jekk għandek il-ħaddiema minn fejn se tħallashom? Ma nafux kemm din is-sitwazzjoni se ddum magħna," saħaq Xerri waqt li spjega li bħalissa l-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju qed janalizza din is-sitwazzjoni wkoll. "Kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed' Xerri tenna l-appell biex f 'dan iż-żmien "kulħadd jiġbed ħabel wieħed," mhux biss il-Gvern jew l-NGOs iżda kulħadd. Appella fost oħrajn lil dawn l-organizzazzjonijiet li għandhom binjiet li bħalissa mhux jintużaw biex jagħmluhom disponibbli, inkluż għal min ma għandux saqaf fuq rasu. Fl-aħħarnett, l-AFP qed tippoponi wkoll li jitwaqqaf Istitut ta' Riċerka biex jimmoniterja l-faqar f 'Malta u jagħti rakkomondazzjonijet biex il-pajjiż jilqa' għall-impatt malajr kemm jista' jkun. Noel Xerri X'inhu l-anti poverty forum? L-Anti-Povert Forum hija pjattoforma magħmulha minn minn 13-il NGO li jaħdmu fil-qasam tal-faqar u anke tal-esklużjoni soċjali. APF Malta hija affiljata mal-European Anti-Povert Network. L-organizzazzjonijiet huma: Fondazzjoni OASI; Caritas Malta; l-Istitur Paulo Freiri Institute; il-Fondazzjoni Richmond; l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Pensjonanti; il-Fondazzjoni RISE; DISCERN; Alleanza Kontra l-Faqar; Fondazzjoni Jeanne Antide; SOS Malta; il-Millennium Chapel; Fondazzjoni Sebħ; u Dar Merħba Bik – Sorijiet tal-Bon Pastur.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 April 2020