Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243335

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 ambjent IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 • illum Il-gallarija tradizzjonali tagħna Il-pandemija COVID-19 qed tgħallimna kif napprezzaw dawk l-aspetti li ma nagħtux każ fil-ħajja mgħaġġla li qegħdin ngħixu. Il-gallarija magħluqa tal-injam, li tradizzjonalment tinstab f 'diversi toroq tal-irħula u l-ibliet tagħna, hija waħda minn dawn l-aspetti. B'ħafna minna nippruvaw nibqgħu ġewwa biex nipproteġu lilna nfusna kontra t-tixrid ta' dan il-virus, il-gallarija tradizzjonali saret il-'kamra' ta' kenn ġewwa djarna. Magħrufa bħala 'il-gallarija', din l-istruttura sempliċi tagħtik sens qawwi li tkun qiegħed barra waqt li fil-fatt tkun għadek ġewwa. Dan il-mezz illum qed iservi l-iskop ta' kuljum tiegħu għal darb'oħra. Le, mhux biex indendlu l-ħwejjeġ biex jinxfu. Il- gallarija qed isservi bħala mezz kif il- ġirien jitkellmu u jikkomunikaw filwaqt li jżommu distanza bejniethom, iżżomm lill-anzjani tagħna f 'kuntatt mal-maħbubin tagħhom li jgħaddu jgħidu kelma ta' malajr waqt li jżommu d-distanza. Min qatt kien jimmaġina li l-gallariji ikoniċi tagħna ser jerġgħu jkollhom skop tant utli għal darb'oħra? Il-gallarija tradizzjonali oriġinat mill- Eġittu fejn kienet tintuża biex tagħti aċċess għall-veduti esterni filwaqt li tiżgura l-privatezza u s-sigurtà. Inizjalment, gallariji ġew inkorporati fil-palazzi rjali biex il-kbarat jesebixxu ruħhom għall-pubbliku. Eventwalment, ġew inkorporati f 'residenzi privati ta' klassi għolja. Il-kultura Għarbija u t-twemmin Musulman huma maħsuba li ġabu l-ħtieġa għal gallariji magħluqa. Madankollu, il-klima Mediterranja tathom iktar utilità. L-ewwel gallarija magħluqa tal-injam f 'Malta kienet dik mibnija fil-Palazz tal- Gran Mastru fil-Belt Valletta. Din tmur lura għas-Seklu 17. Aktar tard, dawn saru aktar aċċessibbli u komuni fl-arkitettura Maltija. Permezz tal-varjetà ta' kuluri, materjal, nisġa u motivi dekorattivi, huma jagħtu aspett viżiv għani lit-toroq ta' Malta. Dawn il-biċċiet żgħar tal-arkitettura influwenzaw ħafna l-kultura lokali, estendew l-użu tagħhom għall-festi tradizzjonali tar-raħal u ġew inkorporati fil-letteratura. Jeżistu diversi tipi ta' gallariji tal-injam magħluqa Maltin, dawk mibnija fis- seklu 17 sad-disinji tas-seklu 20. Dawn ivarjaw minn dawk żgħar u sempliċi għal gallariji aktar elaborati, partikolari jew bi stili kkombinati. Il-panew huwa l-aktar parti dekorattiva ta' kull gallarija u jindika l-perjodu li nbniet fih. Is-sengħa hija element importanti ħafna, inkluż it-twaħħil tradizzjonali, kavilji, proporzjonijiet u d-disinn. Il-materjali tradizzjonali użati huma ġeneralment injam tal-aħmar (red deal) u Iroko, li huwa aktar reżistenti għall- elementi. Matul is-snin li għaddew, l-Awtorità tal- Ippjanar kienet qed tħeġġeġ li kwalunkwe bidliet fil-gallariji għandhom ikunu identiċi għall-oriġinali u li kull disinn għandu jkun f 'armonija mal-propjetà u l-pajsaġġ tat-triq tagħha biex tissalvagwardja dan l-element tal-arkitettura Maltija. L-Awtorità introduċiet skemi varji sabiex tikkonserva dan l-element tradizzjonali fiż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana u l-proprjetajiet skedati. Dan, biex jagħti spinta għar-riġenerazzjoni taż-żoni urbana, filwaqt li tkun salvagwardjata wkoll is- sengħa tradizzjonali. Dan l-element komuni fl-arkitettura tradizzjonali Maltija ġibed l-attenzjoni ta' bosta, kemm matul l-istorja u kif ukoll illum. Il-gallariji jikkontribwixxu għall- identità Maltija u issa huma parti integrali tal-pajsaġġ tradizzjonali. Dawn il-gallariji tradizzjonali huma wkoll ta' valur illum il-ġurnata. Minbarra l-valur storiku u kulturali tagħhom, għandhom post importanti fil-hajja ta' kuljum tas-soċjetà u jikkontribwixxu għall- potenzjal turistiku u edukattiv tal-pajjiż. Il- valur estetiku huwa kkombinat ma' użi iktar prattiċi u ta' kuljum, bħalma huma d-dawl naturali tant meħtieġ fid-djar tagħna, kif ukoll iservu ta' kontroll tal-klima għall- bini. Il-gallariji għad għandhom ħafna valur x'joffru u huma inkorporati ħafna fil-ħajja Maltija ta' kuljum, hekk kif għal darb'oħra qed niskopru aktar minn qatt qabel f 'dan iż-żmien tant sensittiv. Għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi tal-Awtorità tista' żżur www.pa.org.mt. Kenn importanti għal dawk minna li qed iqattgħu ħafna ġranet id-dar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020