Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243335
18 letteratura IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb De Canonicis Scripturis – Alla-larga! "Kull min isib it-tifsira maħġuba ta' dawn il-loġja le ma jduq il-mewt". Hekk jiaħ il-Vanġelu ta' Tumas – test Njostiku, jew inkella hekk-imsejjaħ apokrifu, li nstab fil- belt ta' Nag Hammadi fl-Eġittu lejn tmiem fl-1945. It-test jikkonsisti f 'mija u wieħed u għerbin qawl ta' Ġesù miktubin bil-Koptiku u attribwiti lil ċertu Tumas it-Tewmi. Dan il- vanġelu kien ħalla fuqi impatt qawwi ħafna, l-iżjed għax fiż-żmien li ġie f 'idi kont bdejt inwettaq bosta riċerki fuq ir-reliġjonijiet tal-Orjent, b'mod partikulari, almenu dika l-ħabta, fuq l-Upanisadi u l-Vedas, is-sutri Ħindusiti u l-kummentarji dwarhom, fosthom dawk tal-filosofi Indjani Adi Shankara u Swami Vivekananda. Il-faxxinu tiegħi lejn dan il-vanġelu ssokta jisseddaq bil-bosta parelleli li stajt nidentifika bejn it-tifsiriet ta' dawn il-loġja u l-letteratura mistika Vedika – seħer illi maż-żmien laħaq il-milja tiegħu fir-riċerki tiegħi fil-reliġjon komparattiva b'mod ġenerali u fil-Filosofija Perenni b'mod partikulari. B'riħet dan seħħli nsib ix-xorti nżur imkejjen imbgħeda li qatt ma kont ħlomt li fihom għad nimraħ – storja twila ħafna li jixraq tingħad darb'oħra, band'oħra. Iżda għall-fini ta' dan l-artiklu biżżejjed ngħid illi snin ilu dina l-mogħdija ħajritni nittanta nibda nrodd, bil-it it il- it – sintendi bl-għajnuna ta' diversi lingwi- pont u kummentarji akkademiċi – dan il- Ħames Vanġelu fl-ilsien Malti. U dan bi skop purament personali iżjed milli b'xi għan ta' pubblikazzjoni immedjata. Ix-xhieda ta' Tumas it-Tewmi Kien għalhekk li għall-ewwel ilqajt b'sens ta' ferħ – forsi xi it ukoll b'ċerta ħasda – l-aħbar illi l-Patri Franġiskan Konventwal Edmund Teuma dan l-aħħar ippubblika l-ktieb Il-Ħajja Moħbija ta' Ġesù: ġabra ta' traduzzjonjiet għall-Malti ta' għadd ta' testi apokrafi tat-Testment il-Ġdid. Ilqajt dan ix-xogħol b'ferħ għax b'xorti ħażina, għall- inqas safejn naf jien, f 'pajjiżna donnu it li xejn hemm interess letterarju u akkademiku serju fit-testi apokrafi; b'ħasda għaliex f 'dar- rigward ikolli nistqarr, forsi b'ċertu sens ta' frugħija, illi fil-fond nett ma xtaqtx illi xi ħadd ieħor jilħaq iġib qabli fl-ilsien Malti x-xhieda ta' Tumas it-Tewmi – nammetti. Minn banda dil-ħasda mal-ewwel daqqa t'għajn battiet qatigħ għax minkejja li f 'din il-ġabra Teuma qaleb test attribwit lil ċertu Tumas, dan il-preżunt awtur fis- sew mhuwiex il-preżunt Tumas l-Appostlu iżda ċertu Tumas l-Iżraelit, magħruf ukoll bħala l-Psewdo-Tumas, voldieri l-awtur tal-Vanġelu tat-Tfulija. Niġu f 'dan, bosta skulari tul is-snin xeħtu ċerti dubji dwar jekk dan Tumas it-Tewmi huwiex tassew Tumas l-Appostlu – voldieri dak illi fil- Vanġelu kanoniku ta' San Ġwann tpinġa, għandu mnejn biss sforz piki xiżmiċi u xejn iżjed, bħala sansafidi xettiku rigward il- qawmien ta' Kristu mill-mewt. Għall-fini ta' dan l-argument jibqa' l-fatt, madankollu, li stejqirt daqsxejn xħin intbaħt illi din il-ġabra ta' traduzzjonijiet ta' testi apokrafi fil-fatt ma tinkludix Il-Ħames Vanġelu. De Canonicis Scripturis Madankollu tassew tassew ngħid li xħin aħt dan il-ktieb imbagħad mill-banda l-oħra nqatajt mod ieħor. Ibda biex fis-sew din il-ġabra ta' Teuma ma tinkludi ebda test ta' oriġini Njostika – fatt illi minnu nnifsu fil- fehma tiegħi forsi diġà jwaqqa' kemxejn il- valur tal-kontenut testwali ta' din l-inizjattiva tant meħtieġa. F'dan ix-xogħol it-traduttur iressaq –b'Malti l-ġmiel tiegħu – quddiemna ġabra ta' Vanġeli tat-Tfulija u oħra ta' Vanġeli tal-Passjoni: tal-ewwel fost oħrajn tinkludi l-imsemmi Vanġelu tal-Psewdo- Tumas, Il-Vanġelu tal-Psewdo-Mattew, Il- Protovanġelu ta' Ġakbu, Il-Vanġelu Għarbi tat-Tfulija, Il-Vanġelu Armen tat-Tfulija u l-Kodiċi Arundel 404 mentri tat-tieni tiġbor fiha l-Vanġelu ta' Gamaljel, Il-Vanġelu ta' Nikodemu u l-Vanġelu ta' Pietru kif ukoll l-Istqarrija ta' Ġużeppi ta' Arimatija. M'iniex qiegħed ngħid illi dawn it-test m'għandhom ebda valur storiku jew li huma biss "tiżjin" – xejn affattu. Ġudizzji pjuttost strambi bħal dawn inħallihom f 'idejn dawk illi jaħsbu li xi Ewżebju ta' Cesarea – u jekk niġu f 'dan Dun Charles Buttigieg li kiteb id-daħla għal dina l-ġabra – huma bilfors l-uniċi nies ta' min joqgħod fuqhom. Ejja ngħidu biss – u naħseb Patri Edmund Teuma żgur jiimni – li qabelxejn din abbli hi kwistjoni ta' kif ser ninterpretaw dika ċ-ċerta stqarrija Kristoloġika vaga li kienet saret fl-inħawi ta' Ċesarija ta' Filippi. Biex ma nsemmux ukoll il-kobba mħabbla – la ġejna għall-bużillis