Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243335

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 opinjoni It-tfajla idejali K ont ħsibt li kien ser ikun sajf normali. Ħsibt li kollox ser ikun l-istess. Imma ma kienx. Anzi, kollox inbidel. Minn dakinhar. Dakinhar li ġiet tgħix faċċata tagħna. Hi. Taylor. It-tfajla idejali. It-tfajla idejali tiegħi. Biex inkun għedt kollox u noħroġ ta' sinċier, qatt qabel ma kont għadni tfajt għajnejja fuq l-ebda tfajla. Kont naħseb li ma kontx naf inħobb. Kont naħseb li ħadd ma jista' jisraqli qalbi. Imma malli rajtha, ħassejt saqajja jogħtru, qalbi tippompja b'mod iżjed mgħaġġel f 'sidri u l-bżieq nieżel inkonxjentement minn ma' xuejja. Rajtha tistenna l-karozza tal-linja maġenbi ħalli tiġi l-kulleġġ hi wkoll. U kien propju dak il-ħin li kien fettilli nkellimha. Jiena u hi sirna ħbieb. Għalkemm konna ġejjin minn livell ta' familji b'differenza, fejn hi kienet tidher ta' ċertu livell ħafna ogħla minn tiegħi, kont napprezza kull sekonda li kienet tgħaddi miegħi. Kont immur għandha u konna nagħmlu ħin twil nitkellmu. Jiena u Taylor. It-tfajla idejali. Pero, għalkemm xtaqt nuriha kemm-il darba li l-interess tiegħi kien imur oltre minn ħbieb, kont ninduna li lili ma riditnix. Kienet tiffansja dawk il-ġuvintur sbieħ u attraenti, li kellhom karozzi sbieħ jew li kien ikollhom ħafna flus fl-idejn x'jonfqu. Jiena ma kont xejn minn dawn. Anzi, jiena kont ġuvni ordinarju ħafna, il-kontra ta' dawk li kienet toqgħod titkellem miegħi fuqhom hi. Billi kienet għadha ġdida f 'dan il-post u kienu għadhom kemm ġew minn barra, Taylor ma kellhiex ħbieb ħlief lili. Kienet toqgħod tiaħ qalbha miegħi u tgħidli kif xħin kienet tkun l-iskola, sħabha tal-klassi ma tantx kienu jagħtu kasha. Ma tantx kienu jkellmuha, u kienet tħossha xi it maqtugħa għaliha nnifisha. Imma kelli lili. Jien kont nismagħha. Kont nagħtiha l-pariri wkoll. Għax hi kienet...............It-tfajla idejali. Imbagħad, darba minnhom, ġiet tiġri għandi, tibki kemm tiflaħ. Kellha wiċċha ruxxan, nifisha maqtugħ u dehret turbata mhux it. "X'ġara Taylor?" staqsejtha jien, hekk kif daħħaltha f 'dari u tellajtha fil-kamra tiegħi ħalli tkun tista' titkellem sew. "Ġiet Mari tgħidli li jiena qgħadt ngħid li ħriġt mal-għarus tagħha! Ma' dak Albert!" bdiet tgħidli, narah tirtogħod. "Jien għedtilha li mhux veru, imma mhix temminni!" "U x'ġara? Għalfejn qaltlek hekk?" staqsejtha jien, nidher inkwetat ferm. "Ma nafx! Jien lanqas biss jogħġobni Albert! Qatt ma kellimtu!" bdiet tibki. "Għax kont ser insir ħabiba tagħha! Għax konna ser noħorġu it flimkien fi tmiem il-ġimgħa!" "Iżżikk!" komplejt magħha. Xtaqt indawwar idi magħha imma m'azzardajtx. Ma ridthiex tieħu mpressjoni li ridtha aktar minn ħbieb. Le, kont naf li ma kellhiex moħħi dak il-ħin. Għal xi żmien, baqgħet tiġi tiaħ qalbha miegħi. Sħabha kienu qegħdin jagħmlulha ħajjitha nfern. Imbagħad ma ġietx tarani iżjed. Bdiet toħroġ tard billejl waħedha. Tixrob. Tpejjep. Tieħu xi sustanzi narkotiċi wkoll. Saħansitra, kont smajt li kienet spiċċat ġiet arrestata xi darbtejn. Kont mort nipprova nkellimha d-dar tagħha, imma ta' kull darba, ommha kienet tgħidli li ma kinitx tkun hemm. "Dik ma tridx tarak," kont nispiċċa nitkellem waħdi, hekk kif kont inkun sejjer lura lejn dari. Ħajjitha kienet qelbet għall-agħar. Meta kont niltaqa' b'kumbinazzjoni m'ommha fit-triq, kemmkemm ma kinitx tinfaqa' tibki. Sħabha tal-iskola kienu umbrawha kollha. Xi ħadd kien daħal fil- ġardina li kellhom imdawwra ma' darhom u tefagħlhom iż-żebgħa kullimkien u ħażżeż xi kliem vulgari fuqha wkoll. Kienet saħansitra qaltli li kien mar xi ħadd, qatlilhom il-qattusa u tefagħhielhom fil-kaxxa tal-ittri! Taylor ma baqgħetx tmur skola. Qatgħet il-kumpanija u spiċċat kienet qiegħda tagħmel ġranet sħaħ imsakkra f 'kamrtiha, maqtugħa mis-soċjeta. Kienet toħroġ biss minn kamritha biex tagħmel xogħolha fil-kamra tal-banju jew biex tnaqqar xi ħaġa żgħira. Lanqas biss kienet għadha tiekol. "Ikolli ngħid, binti qabditha xi dipressjoni........." kienet qaltli ommha l-aħħar darba li kont rajtha fit-triq. "Jekk tista'............ jekk tista', ejja kellimha it. Minnek tisma'! Lilek kollox kienet tgħidlek!" "Imma jien ilni żmien twil ma nkellimha!" kont weġibtha. "Almenu, ipprova!" kienet karbitli. Malli wasalt għandhom, kont qed inħoss saqajja jirtogħdu. Kont ser nerġa' naraha. Kont ilni żmien twil ma nkellimha. Lilha. Lil Taylor. It-tfajla idejali. Imma tgħid kienet ser tkellimni? Ommha tatni platt soppa biex intellagħhulha miegħi f 'kamritha. "Taylor?" sejjaħtilha minn wara l-bieb. Smajt ħoss ta' tħarbix. Smajt il-passi. Iżda ma kellmitnix lura. "Taylor?" erġajt sejjaħtilha. "Ejja kellimni. Taf li jimpurtani minnek. Jien. Jimpurtani." "Sam........." smajt leħinha baxx wara l-bieb. "Aħjar tmur id-dar." "Ġejt inkellmek. Iaħ il-bieb. Ommok bagħtitlek is-soppa," għedtilha bilmod. U fetħitli l-bieb. Għal mument, ħarist lejha. Kienet saret għadma u ġilda. Wiċċha kien abjad. U taħt għajnejha iswed. Newwiltilha s-soppa u mingħajr ma ħarset lejn il-platt, poġġietu fuq l-iskrivanija. "Iaħ qalbek miegħi, Taylor." "Jien sirt persuna ħażina. Minn meta kienu tawni l-ġenb l-iskola.........." leħinha kważi nħanaq għal kollox. "Bdejt triq ħażina. Nixrob. Nieħu d-droga. Kont ippruvajt nisraq minn xi ħwienet........ ommi ma tiimnix. Il-ħin kollu tiġġieled miegħi. Tgħajjarni. Tweġġagħni b'ilsienha. U m'għandi lil ħadd fejn min immur!" infaqgħet tibki. Ersaqt lejha bilmod. Qbadtha bejn dirgħajja u ntelqet miegħi. Ħalliet wiċċha jinżel għal fuq sidri u nfaqgħet tibki. "Imn'alla ġejt int," qaltli b'leħen imbikkem. "Int biss tiimni meta nkun qiegħda ħażin..........dnub ma bqajtx tiġi ħdejja." "Jien dejjem bqajt hawn għalik." "Jien ippruvajt nagħmel ħafna affarijiet ħżiena............" kienet qiegħda tgħidli. "Lili ħadd ma jħobbni! Ħadd!" Kont qed inħossni sew. Kont qed inħoss qalbi tħabbat b'mod qawwi f 'sidri. Kont għadni rridha. Kont għadni nħobbha. Avolja kienet inbidlet. Avolja ħajjitha kienet saret ferm differenti minn meta kont iltqajt magħha l-ewwel darba. "Jien inħobbok Taylor," għedtilha. Ħassejtha tinħasad. Ħassejtha tistira ruħha u tħares f 'għajnejja. Wiċċha abjad. Għajnejha sbieħ ileqqu bid-dmugħ. "Lili?" staqsietni, bilkemm temmen. "Lilek." "Imma jiena..........int ġuvni bħalek?" kienet qiegħda tgħidli. "Anzi, tant kemm inħobbok, illum ġejt biex ngħidlek xi ħaġa." "U xi trid tgħidli?" staqsietni b'ħalqha mibrum, tiflini u taħseb jekk kinitx qiegħda tisma' sew jew toħlom. "Ġejt insaqsik jekk tridx tkun it-tfajla tiegħi." Silenzju. Baqgħet hemm tħares lejja għal xi it ħin. Iċċassata. Bilkemm tiflaħ titkellem. Bilkemm tiflaħ tiċċaqlaq. "Imma inti tridni bis-serjeta?" staqsietni, wara it. "U żgur! Irridek tkun il-mara tiegħi. Niżżewwġu," għedtilha jien. Infaqgħet tibki u tgħidx kemm qabdet tgħannaq fija! Kont għedtilha! Fl-aħħar! Fl-aħħar kont għedtilha dak li kien ilni ħafna biex ngħidilha! Li hi. Hi kienet it-tfajla idejali tiegħi. U li kienet ser tibqa' it-tfajla idejali tiegħi. Perfetta. Perfetta għalija. Kienet it-tfajla idejali tiegħi meta jien kont diġa nħobbha u hi ma kinitx tagħti kasi. Kienet it-tfajla idejali tiegħi meta kienet qiegħda tagħmilha ma' kumpanija ħażina. Kienet it-tfajla idejali tiegħi meta kien ikolli noqgħod nissaportiha tgħidli l-problemi tagħha. Anke meta kont mort għedt lil Mari li hi kienet tiffansja lil Albert! Anke meta kien ikolli noqgħod immur fil-klassi tagħha ngħid kontriha ħalli ħadd ma jkellimha! Anke meta kelli nidħol fil-ġardina tagħhom u noqgħod nitfa' ż-żebgħa u nagħmel kliem vulgari mad-dar tagħhom! Kienet it-tfajla idejali għalija anke meta qtiltilha l-qattusa u poġġejthielha fil-kaxxa tal-ittri! U anke issa kienet għadha it-tfajla idejali għalija meta kienet saret sakranazza u kienet xellfet idejha mal-ġustizzja. Qegħdin taraw, Taylor għalija hija t-tfajla idejali. U hekk ser tibqa'. IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 • illum Sharon Calleja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020