Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243335

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 • illum POSTIJIET TA' AVUKAT U AVUKAT APPRENDIST FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjoni għal grad ta' Avukat u ta' Avukat Apprendist biex iwettqu dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit , soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat u fil-kaz ta' applikanti għall-grad ta' Avukat irid ikollhom, mill-inqas, sena esperjenza fil-prattika tal-professjoni wara li jkunu ingħataw il-warrant. L-Applikazzjonijiet li għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat għandhom jintbagħtu lill: Amministrazzjoni Jobplus Vacancy No 357953/4, Permit Nos. 52/2019 and 53/2019 Uffiċċju ta'l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Admiralty House, Triq Nofsinhar, Valletta Sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha 29 ta'Mejju 2020 fis-1300 hrs. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Diversi persuni li tkellmu ma' din il-gazzetta u li jaħdmu fid-Dar Ċentrali jinsabu irrabjati għall- fatt li filwaqt li l-partit jinsab fis- sitwazzjoni finanzjarja li jinsab fiha qed jaqta' l-pagi, intbagħtu n-nies id-dar mingħajr xogħol, twaqqfu mix-xogħol xi nies u talab lil xi preżentaturi biex jaċċettaw li jippreżentaw bla ħlas - Delia impjega Chief of Staff fl-aħħar tas-sena l-oħra li qed jitħallas madwar €40,000 fis-sena. Aktar minn hekk dan iċ-Chief of Staff huwa kompletament ġdid fl- istrutturi tal-partit, qatt ma okkupa kariga fil-partit u l-ħatra tiegħu nżammet f 'segretezza assoluta, kuntrarju għal kull ħatra oħra li dwarha tkun infurmata l-midja. F'reazzjoni l-PN ma ċaħad xejn minn dak li taf il-gazzetta - la l-paga u lanqas il-fatt li dan iċ-Chief of Staff Justin Anastasi - kien impjegat mingħajr sejħa jew mingħajr ma kienet infurmata l-midja. Kelliem għall-PN qal iżda li Anastasi ġie ingaġġat fuq l-istess termini ta' persuni li qabel okkupaw l-istess kariga ma' Kapijiet preċedenti. Xi ħaġa miċħuda minn dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta li qalu illi kapijiet preċedenti Segretarji kellhom, mhux bħal Delia - Segretarji u Chief of Staff. F'reazjoni l-PN qal li "fil- perjodu tal-Covid ma ngħata ebda preferenza fuq ħaddiema oħra tal- partit." Iżda jidher li din l-ispjegazzjoni qajla qed tikkonvinċi lil uħud li ilhom ibatu minn konsegwenzi ferm qabel il-covid-19 minħabba d-dejn li għandu l-partit. Fil-fatt din il-gazzetta kienet żvelat kif il- PN kellu mat-€12-il miljun x'jagħti lill-Gvern biss: f 'bolol, VAT u kontijiet tad-Dawl u l-Ilma. Id-dejn tat-tliet entitajiet li tagħhom il-PN huwa s-sid itellgħu b'kollox dejn ta' mandwar €32 miljun. "Sewwa mela aħna b'pagi miżeri ġieli ma tħallsux -qabel - u issa qtugħ ta' 10% minħabba l-pandemija u allajbierek jiddaħħlu nies qatt ma rajnihom hanwhekk, qatt ma deheru fil-partit u jitħallsu l-pagi bħal dawn" qal wieħed mis- sorsi li tkellmu mal-ILLUM. Sors ieħor qal illi ma jistax jiem kif il-partit ħoloq minn issa, fl- oppożizzjoni kariga bħal ta' Keith Schembri. "Chief of Staff, li jibqa' xi it jew wisq jiddeċiedi minn wara u li f 'dan il-każ mhux biss kellu sehem fir-reshuffle tax-Shadow Cabinet imma anke min imur fuq programm jew le." Deputat Nazzjonalista sostna li sema' biss dwar din il-kariga u l-paga li għandu Anastasi iżda qatt ma' ltaqa' miegħu ħlief xi darba jew tnejn. "Jien qatt ma rajtu, lanqas kont naf li se jinħatar Chief of Staff. Darba kont dieħel u kellimtu fuq it- temp għal żewġ sekondi, mill-bqija qatt ma rajtu b'għajnejja." Il-PN qal li Justin Anastasi ġie impjegat fl-Uffiċċju tal-Kap tal- Partit Adrian Delia u l-impjegati tal- media ma' jaqgħux taħtu. Iżda ma weġibx il-mistoqsijiet dwar x'inhu eżatt l-irwol tiegħu u kif intgħażel. Ilbieraħ waqt intervista Delia ammetta illi l-midja hija l-akbar problema f 'termini ta' djun u sostenibbilità. Kien preżentatur ta' Net FM - Martin Sapiano - li f 'filmat fil-bidu tal-pandemija fuq Facebook qal illi l-istazzjon qalulu illi ma jistgħux iħallsuh għalissa. 'Qatt ma rajnih fil-partit u tah paga ta' eluf u hawn min tkeċċa mix-xogħol jew tnaqqsitlu l-paga' Il-PN jimpjega lil Chief of Staff u ma jagħmilx din il-ħatra pubblika. Ħaddiema fid-Dar Ċentrali rrabjati li filwaqt li qed jitħallas l-eluf huma jew tkeċċew jew intalbu jibqgħu d-dar jew tnaqisitilhom il-paga b'10%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020