Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243335

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 • illum Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Hospice Malta dwar il-ħidma ma taqta' xejn tagħhom biex iżommu kuntatt mal-pazjenti u l-qraba tagħhom f'dan iż-żmien diffiċli tal-pandemija YENDRICK CIOFFI Hospice Malta qed tagħmel minn kollox biex fejn ikun possibbli, pazjenti morda bil-kanċer, jibqgħu fid-djar mal-qraba tagħhom u mhux jispiċċaw waħedhom fl-isptar, hekk kif biex ikunu protetti l-pazjenti, iż-żjajar kollha f 'Mater Dei ġew sospiżi. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal- Manager tas-Servizzi tal-Kura, Anna Frendo, li spjegat il-ħidma li baqgħet għaddejja fi ħdan il-Hospice bil-għan li l-pazjenti u l-qraba tagħhom jibqgħu jirċievu l-għajnuna kollha possibbli. Ma' Frendo tkellimna fuq ir-realtà diffiċli li qed ikollhom jiffaċċjaw diversi familji meta l-qraba tagħhom ikollhom jiddaħħlu fl-Isptar Mater Dei għall-kura. "Ħafna persuni jixtiequ li jżommu lill- qraba tagħhom kemm jista' jkun id-dar u qed jirnexxilna," spjegat Frendo. "Hija realtà kerha ħafna. Fejn nistgħu qed ngħinuhom biex iżommu l-pazjenti d-dar għax din tbeżżagħhom ħafna." Jibqa' l-fatt li qed ikun hemm sitwazzjonijiet fejn ma tkunx tista' tagħmel mod ieħor, iżda anke hawn Hospice Malta qed iżżomm kuntatt mat- tobba u l-infermiera tal-isptar biex ikunu jistgħu jżommu lill-qraba aġġornati kontinwament. "Importanti wkoll l-appoġġ emozzjonali u psikoloġiku. Huwa żmien diffiċli ħafna għalihom. Diffiċli għall-qraba li jixtiequ jagħmlu xi ħaġa u ma jistgħux." Propju għalhekk li Hospice Malta qed tipprovdi pariri kontinwi, mill- professjonisti kollha tagħha, inkluż tobba, fiżjoterapisti u anke ħaddiema soċjali, biex il-pazjenti jibqgħu d-dar mal-qraba. Semmiet każ partikolari ta'raġel li xtaq iżżomm lil qariba d-dar biex tkun mal- familja. "Ħin minnhom din il-persuna ppanikjat għax rat affarijiet li forsi għalina huma normali u għaliha le. Ċempel u tajnih il-pariri. Rajna li kien qed jagħmel dak kollu li għidnilu u l-isptar ma kienu se jagħmlu xejn differenti. Serraħ rasu, żamm lill-pazjenta d-dar u fil-fatt mietet fid-dar stess imdawra mill-familja," spjegat Mamo. Il-Hospice tibqa' toffri s-servizzi kollha tagħha Fil-fatt, ma' Mamo tkellimna dwar kif, minkejja li din is-sitwazzjoni ħadd ma kien qed jistenniha, il-Hospice bidlet malajr l-operat tagħha biex baqgħet toffri s-servizzi kollha "Poġġejna l-ewwel u qabel kollox is-saħħa tal-professjonisti u anke tal- pazjenti u l-qraba," spjegat Mamo. "Anke jekk qed naħdmu mid-dar, il-pazjenti kollha qed jibqgħu jirċievu l-pariri kollha mill-infermiera, it-tobba, il-ħaddiema soċjali, il-fiżjoterapisti, il-complimentary therapist u anke ċ-chaplain." Il-psikologu qed juża wkoll Skype biex jibqa' f 'kuntatt mal-pazjenti. "Bażikament bqajna għaddejin. Flok immorru d-dar, qed nagħmlu telefonati u xi ħaġa pożittiva li ħarġet minnha huwa li qed nilħqu aktar lin-nies." Iċ-ċentru ta' matul il-jum kien l-ewwel servizz li għalaq, iżda l-infermiera li tieħu ħsiebu qed iċċempel ta' spiss lil dawk li jattendu dan iċ-ċentru biex tkellimhom u tismagħhom u qed isirulhom filmati biex anke mid-djar, il-pazjenti jkunu jistgħu jagħmlu dak kollu li s-soltu jsir fiċ-ċentru. L-istess qed jagħmel il-fiżjoterapista biex il-pazjenti jibqgħu jagħmlu l-eżerċizzi. Apparti filmati, b'imejl jew bil-posta, il-pazjenti u l-qraba qed jirċievu l-pariri. Hospice jipprovdu wkoll tagħmir għall-pazjenti li jkunu rikoverati fid-djar tagħhom biex kemm jista' jkun jgħixu ħajja komda. Dan is-servizz bħalissa huwa kważi wieqaf għal kollox u bħalissa għaddejja ħidma bil-għan li dan is-servizz jibda jerġa' jiftaħ ftit ftit. "Qed inħejju proċedura biex meta nwasslu dan it-tagħmir ikunu protetti l-persuni vulnerabbli," spjegat Mamo, anke għax dan is-servizz jista' jgħin lill- familji biex iżommu l-qraba tagħhom id- dar. 'Quddiesa minn saċerdot qed tgħin ħafna lil min ikun tilef qarib' Semmiet ukoll is-servizz taċ- Chaplaincy li fi kliemha qed jagħmel ħafna differenza, anke għax diversi qraba qed isibuha diffiċli li ma jistgħux jorganizzaw funeral għall-għeżież tagħhom. Fil-fatt, meta jmut pazjent, għal min irid, is-saċerdot qed jagħmel kuntatt mal-qraba biex jinfurmahom bil- quddiesa li se jkun qed jiċċelebra għal dawk il-pazjenti li jkunu tilfu ħajjithom. "Xi ħaġa żgħira li iżda qed tagħmel ħafna differenza," saħqet Frendo. Apparti minn hekk, anke jekk il- Hospice ikun miftuħ bejn it-8:00pm u l-4:30pm, qed joffru servizz wara l-ħin sal-10:30pm fejn infermiera tkun tista' toffri l-pariri kuljum, inkluż fil-ħdud u l-festi. Għal dan is-servizz wieħed jista' jċempel fuq 78228822. Ixtri rigal għal Jum l-omm u tkun qed tgħin lil Hospice Hospice tiddependi mid-donazzjonijiet u anke mill-attivitajiet li torganizza. Anke jekk l-ispejjeż żdiedu, id-dħul naqas. Dwar dan l-ILLUM tkellmet ma' Shirley Micallef. Micallef spjegat kif l-attivitajiet marbuta mal-lotterija annwali, fejn tintrebaħ karozza, din is-sena kellhom jiġu sospiżi u minflok bagħtu 118,000 pakkett ta' biljetti bil-posta. "Qed nipprovaw inbiegħu l-biljetti mod ieħor," saħqet Micallef waqt li appellat li għad għandhom ħafna biljetti mhux mibjugħa. Bħalissa, qed jorganizzaw attività għal Jum l-Omm fejn persuna tista' tixtri rigali onlajn minn fuq is-sit tal-Hospice Malta u dawn jitwasslu fid-djar. Ir-rigali u l-prezziijet ivarjaw, minn pjanti, għal pupi ddekkorati u anke pitturi. "Għandna ktieb għall-bejgħ li huwa għall-qalbi. Kitbitu l-kunjata tiegħi u meta kienet qed tiktbu miet binha, ir- raġel tiegħi, waqt li kien qed jitħarreġ għal-LifeCycle challange," saħqet Micallef. Fi kliemha huwa rigal ideali għax huwa ktieb miktub minn omm u ddedikat lil binha li miet waqt li kien qed jagħmel xi ħaġa għall-karità. Kellhom ukoll residenti li jgħixu fl- istess toroq li f 'dawn il-jiem organizzaw attivitajiet bejniethom u ġabru flus u anke persuni li qed isajru l-ħelu, ibiegħuhom u jagħtu d-dħul tagħhom lil Hospice. Min jixtieq jgħin jista' jċempel fuq 79009616 jew jibgħat email fuq: shirley.micallef@hospicemalta.org 'Tajnihom pariri biex setgħu iżommuha d-dar u ma tmutx waħedha fl-isptar' Anna Frendo minn Hospice Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020