Illum previous editions

ILLUM 3 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1243338

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

02 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Royal Pharmacy, Valletta Cosmed Pharmacy, Ħamrun Fatima Pharmacy, Santa Venera St. Jude Pharmacy, Birkirkara Brown's Pharmacy, Pietà Medical Plaza Chemists, San Gwann Harley Pharmacy, Sliema Balzan Pharmacy, Balzan Reeds Pharmacy, Naxxar Brown's Village Pharmacy, Mellieħa Fleming Pharmacy, Paola Milia's Pharmacy, Birgu Polymer Pharmacy, Żabbar Gerada's Pharmacy, Żejtun Salus Pharmacy, Żurrieq Tal-Grazzja Pharmacy, Żebbuġ Ideal Pharmacy, Rabat Taċ-Ċawla Pharmacy, Victoria, Gozo Xagħra Pharmacy, Xagħra, Gozo MIA Airport Pharmacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ Temp Xemxi Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 4 li jsir Punent forza 4 għal 5 Baħar Moderat li jsir ħafif għal moderat Imbatt Baxx mill-Majjistral L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ Temp Xemxi Viżibilità Tajba lokalment moderata fil-ħalbiet tax-xita Riħ Punent Majjistru forza 3 għal 4 li jsir Majjistral forza 4 Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid Triq Wied il-Għajn u Triq Ħaż-Żabbar biex tintroduċi korsija ġdida għall-mixi u r-roti mifruda mit-triq bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn. Dan il-proġett ta' madwar €2 miljun f 'żewġ fażijiet se jibda bil-bini mill-ġdid tal-karreġġjati taż-żewġ toroq, li se jibqgħu b'żewġ korsiji imma se jkunu disinjati mill-ġdid f 'inqas spazju, u b'allinjament aktar sigur. Dan id-disinn se jiaħ l-ispazju meħtieġ għat-tieni fażi tal-proġett, u li tinkludi l-passaġġ għall-mixi u r-roti, waqfiet aktar siguri għall-karozzi tal-linja u 2,000 metru kwadru ta' żoni ġodda msebbħin b'siġar u pjanti. Iż-żewġ toroq eżistenti, magħrufin bħala l-Bypass l-antika ta' Wied il-Għajn, bħalissa m'għandhomx faċilitajiet adekwati għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi, bit-trasport pubbliku jew bir-rota. Matul it-tieni fażi tal-proġett, Infrastructure Malta se tibni l-korsija ġdida għall-mixi u r-roti, li se tkun mifruda mill- korsiji għall-karozzi permezz ta' kurduni tal-konkos u żoni bis-siġar u pjanti oħrajn. Is-siġar kbar li hemm fuq ġenb ta' Triq Wied il-Għajn se jiinżammu u jiġu inkorporati f 'din l-istrippa ġdida bil-ħamrija. Ħafna minn din l-infrastruttura se tinbena fl-ispazju tat-toroq eżistenti, ħlief għal partijiet żgħar mill- korsija ġdida għar-roti li se jkollhom jinbnew fuq art agrikola li hemm biswithom. Il-korsija għall-mixi u r-roti f 'żewġ direzzjonijiet miksija bl-asfalt se testendi għal aktar minn kilometru tul iż-żewġ toroq biex toħloq konnessjoni aktar sigura u effiċjenti għall-ivvjaġġar b'mezzi alternattivi bejn iż-żewġ lokalitajiet. Din se tkun ir-raba' korsija għall-mixi u r-roti tat-tip tagħha f 'Malta. L-ewwel waħda nbniet tul Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun, fl-2019. Korsija oħra għall- mixi u r-roti maqtugħa għaliha mit-triq infetħet aktar kmieni din is-sena fi Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi. Bħalissa, Infrastructure Malta qed tibni korsija simili ta' erba' kilometri li tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ'Attard u Ta' Qali, bħala parti mis-Central Link Project. Il-proġett jinkludi wkoll tisħiħ tas-sistemi għad- distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin taħt iż-żewġ toroq, spralli ġodda għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita u sistemi biex idawlu l-karreġġjati tal- karozzi u l-korsija għall-mixi u r-roti. Fejn meħtieġ, se jinbnew ukoll ħitan ġodda mal-ġnub tat-triq. L-ewwel fażi tal-proġett hija skedata li tibda fil- ġimgħat li ġejjin. It-tieni fażi tkun lesta f 'Jannar 2021. L-Inġ. Fredrick Azzopardi, Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta, spjega li permezz ta' dan il-proġett, l-ispazju żejjed tal-karreġġjati wisgħin ta' triq antika ser jiġu użati biex jinħolqu faċilitajiet ġodda għal mezzi tal-ivvjaġġar aktar sostenibbli. "Fejn ikun possibbli, qed naħdmu biex nisfruttaw l-ispazji disponibbli fit-toroq tagħna ħalli nżidu aktar infrastruttura sigura għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi, b'tal-linja jew bir-rota. Aktar ma nibnu minn dawn il-konnessjonijiet, aktar inħeġġu lill- komunitajiet tagħna jikkunsidraw il-mixi, ir-roti u t-trasport pubbliku bħala altarnattiva b'inqas danni ambjentali, u b'inqas spejjeż, għall-użu tal-karozzi privati," spjega l-Inġ. Azzopardi. Korsija ġdida għall-mixi u r-roti bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 May 2020