Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 Iħebbu għal pulizija waqt li kienu qegħdin ġo bar f'San Ġiljan li fetaħ illegalment Sitt Spanjoli qed jinżammu taħt arrest wara li l-bieraħ bil-lejl aggredew lill-Pulizija wara li nstabu fi grupp ta' iktar minn erba' persuni quddiem stabbiliment tax-xorb bi ksur tal- Avviżi Legali ppubblikati riċentament. B'rabta ma' dan il-każ, se tinħareġ ukoll taħrika kontra l-istabbiliment wara li nqabad ukoll jikser Avviż Legali. Kienu għall-ħabta tal-10:00 p.m, x'ħin il- Pulizija fl-Għassa ta' San Ġiljan kienu nfurma- ti li stabbiliment tax-xorb li jinsab fix-Xatt ta' Spinola, kien miftuħ u hemm numru ta' persuni miġburin quddiemu u anke fuq ġewwa. Minnufih il-Pulizija marru fuq il-post fe- jn hemmhekk sabu numru ta' persuni bi ksur tal-Avviżi Legali u bdew jiġu mitkellma u nfur- mati li qegħdin jiksru l-liġi li tgħid li ma jist- għux ikunu fi grupp ta' aktar minn erba' persuni. Waqt li l-Pulizija kienu qegħdin jieħdu ddettalji ta' dawk preżenti, tliet irġiel u tliet nisa, kollha Spanjoli, aggredew għall-Pulizija. Żewġt irġiel ta' 35 sena u 24 sena kienu ar- restat wara li ħebbew għal żewġ kuntistabbli tal- Pulizija, waqt li kien arrestat raġel ieħor ta' 29 sena li ma kkoperax ukoll mal-Pulizija. Mara ta' 36 sena kienet arrestata wara li mbuttat u kiss- ret in-nuċċali ta' Surġent tal-Pulizija, kif ukoll għamlet ħsara fuq apparat tar-radju tal-Pulizija u ħsara fuq il-vettura tal- Pulizija. Kienu arrestati wkoll mara ta' 21 sena li bdiet issabbat mal-vet- tura tal-Pulizija u mara ta' 23 sena li wkoll ma bdietx tikkopera mal-Pulizija u anke bdiet tim- botta lill-istess Pulizija. Fuq il-post intalbet l-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, bl-persuni kollha arrestati ttieħdu l-Għassa ta' San Ġiljan. Waqt li kienu fl-Għassa u wara fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija l-Floriana, uħud minnhom komplew ikunu agressivi fil-konfront tal-Pulizija. Il-per- suni arrestati mistennija jitressqu l-Qorti aktar 'il quddiem. Intant, il-Pulizija tkellmu wkoll mas-sidien tal-istabbiliment fejn ġew infurmati li se tinħareġ taħrika fil-konfront tal-istabbiliment hekk kif ma kellux permess biex jopera. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett ta' San Ġil- jan. Sitt Spanjoli se jispiċċaw quddiem il-Qorti u bar imħarrek talli fetaħ Ġuvni ta' 19-il sena u residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, qiegħed isofri minn ġrieħi serji, wara li kellu inċident bir-rota. Ilbieraħ, għall-ħabta tat- 8:00 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza minħabba li persuna kellu inċident bir- rota fi Triq il-Qbajjar. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li l-ġuvni, għal xi raġuni, tilef il-kontroll tar- rota li kien qiegħed isuq bil- konsegwenza li kellu impatt ma' ħajt. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-ġuvni l-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjoni tal- Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. Ġuvni ta' 19- il sena jispiċċa ħażin wara jitlef il- kontroll tar-rota

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020