Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

20 letteratura IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb L-Eżistenzajaliżmu Virtwali Ftit tas-snin ilu għalliema tal- filosofija kient ilmentat miegħi li l-istidji dwar id-dinja virtwali saru prominenti ħafna f 'ċerti universitajiet fl-Ewropa. Kienet qasmet miegħi t-tħassib tagħha li dawn is-suġġetti m'għandhomx jingħataw wisq importanza, l-iżjed fil- fakultajiet tal-filosofija fejn suppost isir tagħlim dwar materji iżjed "serji". "Donnu sar suġġett leġittimu dan, din il-ħaġa ma tkiddekx?", staqsietni. Kienu rimarki li laqtuni qatigħ. Minn banda għax dejjem kont tal- fehma li l-filosofija u l-psikoloġija m'għandhom qatt joqogħdu lura milli jistħarrġu l-fenomeni dominanti li jikkaratterizzaw l-epoka tagħhom. Għaldaqstant parti minni qajla setgħet tifhem għala din l-għalliema – minkejja l-intellett tagħha – kienet qiegħda turi oppożizzjoni bħali din. Mill-banda l-oħra, parti minni – dika l-ħabta iżgħar – setgħet tifhem it-tħassib tagħha rigward il-fatt li d-dimensjoni tad-dinja virtwali saret tokkupa spazu tant u tant kbir fil- eżistenza tagħna. Dak iż-żmien ġo fija kienu diġà bdew jinbtu bosta riżervi dwar dan il-fenomenu. Maż-żmien dawn ir-riżervi komplew jikbru, tant li ormaj saru mhux biss tħassib ta' natura purament filosofika iżjed żviluppaw fi ħsus li ngħid għalija ngħoddhom b'serji ħafna. Fi ftit kliem, mal-mogħidija tas-snin dan it-tħassib flimkien mal-esperjenza tiegħi ta' kulma hu irreali welled fija stat li minn żmien għal żmien baqa' jaħkimni: is-sikkaġni bi kważi kulma huwa virtwali. Dixxiplina akkademika emerġenti Madankollu ltqajt b'ferħa l-aħbar illi żewġ għalliema Maltin fl-Istitut tal-Logħob Virtwali tal-Università ta' Malta – Prof Stefano Gualeni u Dr Daniel Vella – ippubblikaw ktieb mal-pubblikatur Palgrave Pivot – ippubblikaw flimkien ġabra ta' studji ferm metħtieġa u tassew interessanti dwar ir-rapport bejn l-eżistenzjaliżmu u d-dinja virtwali. Din il-ġabra ta' essejs filosofiċi – Virtual Existentialism (Meaning and Subjectivity in Virtual Worlds) – tiġbor fiha t-tkomplija tal-ktieb Virtual Worlds as Philosophical Tools ta' Dr. Gualeni u l-aħħar żviluppi fuq it-teżi tad-Dottorat ta' Dr. Vella rigward is-suġġettività u d-dinja tal-logħob virtwali. Is-sodisfazzjon tiegħi b'din l-aħbar ġej l-iżjed mill-fatt li minkejja l-attitudni attwali tiegħi li din id-dimensjoni, minn dejjem kont tal-fehma li l-eżistenzjaliżmu għandna tkun għodd filosofika ewlenija fl-istħarriġ ta' fenomi bħal dawn li għandhom potenzjal biex jittrasformaw b'mod radikali l-modi kif ninteraġixxu magħna nfusna, mal- oħrajn u mad-dinja. Daqstant ieħor nemmen illi d-dimensjoni virtwali għandha tiġi mistħarrġa bis-sħiħ ukoll mill- psikoloġija, tant li f 'dawn l-aħħar xhur bosta mir-riċerki tiegħi ħadu din l-iżvolta b'enfażi fuq il-midja soċjali. Il-mistoqsija ewlenija li jpoġġi Prof Gualeni fil-ktieb tiegħu – imnebbħa mill-postfenomenoliġija u mir- riflessjonijiet seminali ta' Martin Heidegger dwar it-teknoloġija – hija jekk id-dinjiet li mhumiex attwali jistgħux jiftħu possibbiltajiet ġodda għall-fil-filosofija. It-twemmin tiegħi f 'dar-rigward huwa affermattiv ħafna u għaldaqshekk il-ħidma ta' dawn l-istudji emerġenti ma tkiddnix – xejn affattu. Pjuttost huma, ngħid għalija, l-efffetti eżistenzjali u psikoloġiċi ta' tad-dinja virtwali – kemm fuqi nnifsi u kemm fuq l-oħrajn – li xi minn daqqiet għandhom ħabta jkidduni. Niġi għal dan iżjed tard. Xogħol akkademiku validu Qabelxejn nifraħ lil Prof Gualeni u Dr Vella ta' dan ix-xogħol akkademiku validu li wettqu. Kien ta' gost kbir għalija li naqra diskussjonijiet validi ħafna dwar dan il-fenomenu b'referenzi kontinwi għal diversi eżistenzjalisti, fosthom Eugen Fink, Helmuth Plessner Martin Heidegger, Jean-Paul Sartre u Hubert Dreyfus – ħassieba li maż- żmien ifluwenzaw bil-kbir il-mod kif naħseb dwar il-valur tad-dinja virtwali b'mod ġenerali. Il-kittieb tad-daħla, Olli Tapio Leino mill-iSchool of Creative Media ta' Hong Kong, jiftaħ il-ktieb billi jilmenta dwar il-falliment ta' ħassieba bħal Dreyfus li jifhmu s-siwi eżistenzjali tad-dinjiet virtwali. Għad illi f 'dar-rigward g'bosta aspetti l-pożizzjoni tiegħi hija pjuttost kuntrarja, xorta waħda ħadt gost nara li studju bħal dan irrefera għax-xogħol ta' dan l-iskular Amerikan ta' Heidegger illi b'xorti ħażina ħalliena m'ilux.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020