Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 letteratura illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jiddiskuti l-ġabra ta' studji filosofiċi Virtual Existentialism (Meaning and Subjectivity in Virtual Worlds) ta' Prof Stefano Gualeni u Dr Daniel Vella. Jibda billi jagħraf bis-sħiħ il-ħtieġa u s-siwi ta' din id-dixxiplina akkademika emerġenti, b'mod speċjali fil-filosofija u fil-psikoloġija. Iqis din il-ġabra bħala punt ta' tluq validu ħafna biex tinfetaħ diskussjoni dwar l-eżistenzjaliżmu virtwali f'pajjiżna. L-analiżi tiegħu madankollu tkompli billi tesprimi xettiċiżmu dwar jekk id-dinjiet virtwali tabilħaqq joffrux kontinwità awtentika mad-dinja attwali u dwar jekk l-essri-fid-dinja-virtwali għandux xi vantaġġi eżistenzjali kbar fuq l-essri- fid-dinja-attwali. Saliba jemmen ili fl-aħħar mill-aħħar fil-biċċa l-kbira m'għandux, tant li jisħaq illi dina x-xorta ta' konnessjoni f'bosta persuni għandha l-potenzjali li tikkawża sens ta' skonnessjoni ontoloġika. Il-pożizzjoni Prof Gualeni u Dr Vella, min-naħa l-oħra, tvarja ħafna u tagħti stampa pjuttost inbilanċjata dwar bosta kwistjonijiet eżistenzjali pertinenti. Matul il-ktieb fost ideat oħrajn jevalwav l-argument li l-logħob virtwali minnfhom infushom huma essenzjalment strutturi eżistenzjali li saħansitra jeħtieġu wkoll il-kura. B'mod simili jissuġġerixxi li minflok ngħoddu lil dawn l-istrutturi eżistenzjali b'alternattivi għad-dinja attwali forsi jenħtieġ inqisuhom bħala dominji eżistenzjali ġodda li jixxebilku mal-essri tagħna fid-dinja attwali u saħansitra jiddependu minnhom. Ngħid għalija minkejja li ma nħossx li għandi niċħda il-valur filosofiku ta' din il-pożizzjoni, xorta waħda nibqa' nħoss ċerti riżervi. L-argumenti ta' Prof Gualeni u Dr Vella huma luċidi, riċerkati u elaborati. Biss, kull meta niltaqa' ma' difiżi skjetti u konvinċneti ta' din ix-xorta – minkejja li nagħraf il-validità tagħhom – xorta waħda nibqa' b'dika t-togħma morra. Nistqarr li l-kompetenza tiegħi f 'dan il-qasam – sewwasew fir-rapport bejn l-eżistenzjaliżmu u d-dinja virtwali – m'huwiex komplut u rigoruż daqs ta' dawn iż-żewġ ħassieba. Għaldaqstant għandu mnejn f 'dan l-istadju l-argumenti tiegħi m'humiex konvinċenti għall-aħħar, forsi wkoll xi minn daqqiet kemxejn superfiċjali. Madankollu naqra kemm naqra teoriji konviċenti dwar l-impatt eżistenzjali pożittivi tad-dinjiet virtwali f 'sens wiesa', il-ħsibijiet tiegħi iżjed donnhom jibqgħu leali lejn kif minkejja kollox inħossuna fis-dinja xħin nidħlu f 'dad- dimensjonijiet. Konnessjoni jew skonnessjoni? Argument bħal dan jenħtieġ ferm iżjed spazju. Jista' jkun li l-fehmiet tiegħi huma influwenzati żżejjed mit-tħassib tiegħi rigward l-effetti eżistenzali (u psikoloġiċi) diżastrużi li – fil-fehma tiegħi iżda mhux biss – il-mezzi tal- midja soċjali qegħdin iħallu fuqna lkoll. Mill-banda l-oħra, jidhirli li diffiċli tifred għalkollox il-logħob virtwali mill-midja soċjali u għaldaqshekk għandi tendenza nissuspetta li hemm bosta argumenti li jgħoddu għaż-żewġ dinjiet virtwali daqsinsew. Uħud mill-argumenti mressqa fil- ġabra Virtual Existentialism (Meaning and Subjectivity in Virtual Worlds) ġieli jissuġġerixxu li d-dinja virtwali tista' titqies bħala tkomplija tad-dinja attwali iżjed milli bħala interruzzjoni. Fis-suġġettività din l-esperjenza nħossha ftit li xejn, tant li ironikament spiss inġarrab il-konnessjoni virtwali – b'mod speċjali l-midja soċjali – bħala skonnessjoni ontoloġika li toħnoq il- komunikazzjoni umana u mhux l-inqas l-awtentiċità tal-essri tagħna fid-dinja. Forsi jien antikwat: il-fehmiet tiegħi f 'dan ir-rigward ma jitbegħdux wisq minn ċerti twissijiet profetiċi ta' Heidegger dwar it-teknoloġija u mill- ilmenti provokanti ta' Dreyfus rigward id-dinjiet virtwali b'mod partikulari u l-internet b'mod ġenerali. Żgur m'iniex waħdi f 'din il-fehma. Il-ħarba fl-immaġinarju L-argument interessanti ħafna li jsir f 'Kapitlu 5, fejn id-diskussjoni tkompli b'referenzi għax-xogħol ta' Sartre L-Immaġinarju (L'Imaginaire), huwa bla dubju wieħed mill-punti saljenti ta' din il-ġabra ta' studji. Hawnhekk naqbel bis-sħiħ mal- idea li ma nistgħux ngħaddu mingħajr ma fl-immaġinarju – u għaldaqstant segwejt b'interess kbir l-analiżi taż-żewġ letturi bejn il- virtwlità suġġettiva ta' dawn id- dimensjonijiet u t-tenettivi bikrin ta' Sartre li jifhem l-istrutturi tal-koxjenza b'mod fenomenoloġiku. Madankollu nibqa' nistaqsi: huwa vallapena li naħarbu mill-essri-fid- dinja billi nfittxu refuġju proprju f 'dina x-xorta ta' immaġinarju? L-essri-fid-dinja-virtwali għandu xi vantaġġi eżistenzjali fuq l-essri-fid- dinja-attwali? L-esperjenza suġġettiva tiegħi – u ta' bosta persuni li ltqajt magħhom b'mod attwali, virtwali u anke f 'ċerti riċerki – tissuġġerixxi li f 'dan kollu vantaġġi hemm ftit li xejn. Hu x'inhu tassew nirrakkomanda ħafa din il-ġabra ta' Prof Gualeni u Dr Vella, b'mod partikulari lill-istudenti tal- filosofija u tal-psikoliġija li għandhom interess fid-dinamiċi tad-dinja virtwali. Nispera li dan il-ktieb flimkien ma' dawn il-ftit ħsibijiet tiegħi dwaru jkunu punt ta' tluq illi jifaħ din id-diskussjoni fost l-intellettwali tagħna, bit-tama li nifhmu aħjar x'qed nerbħu u x'qed niċħdu – b'mod speċjali bħala eżistenti soċjali – meta ninxteħu f 'dimensjonijiet fejn fuq kollox issaltan l-immaġni virtwali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020