Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 • illum 'Bil-meditazzjoni u l-eżerċizzju rnexxieli negħleb l-ansjetà li kienet ħakmitni' YENDRICK CIOFFI "Kont inbati ħafna bl-ansjetà u anke b'kundizzjonijiet oħra tas- saħħa bħad-dijabete iżda bis- saħħa tat-Tai Chi, it dieta u anke mixja żgħira kuljum irnexxieli nikkontrolla kollox mingħajr mediċini." Hekk saħqet mal- gazzetta ILLUM Sonia Young, anzjana li xtaqet tirrakkonta l-esperjenza tagħha fil-klassijiet tat-Tai Chi, organizzati mill- Kunsill Lokali tas-Swieqi bil- għan li l-anzjani jibqgħu attivi mhux biss fiżikament iżda anke mentalment. Iżda x'inhu eżatt dan it-Tai Chi? Dwan dan il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Adrian Axisa li jmexxi dawn il-klassijiet mhux biss fis- Swieqi iżda anke f 'diversi lokalitajiet oħra. Huwa spjega kif it-Tai Chi ilu jeżisti madwar 400 sena u fi kliem sempliċi jżewweġ il-meditazzjoni mal-moviment. "Isejħulu meditation-in-motion iżda kważi kważi jista' jissejjaħ medication-in-motion għax jinvolvi diversi eżerċizzji fiżiċi, inkluż dawk li jgħinu lill-persuna tieħu nifs aħjar u għalhekk huwa addattat ħafna, speċjalment f 'dawn iż-żminijiet li fihom diversi persuni jħossuhom anzjużi jew imbeżża'. Jirrilassak ħafna," spjega Axisa. Mistoqsi dwar il-parteċipazzjoni, Axisa saħaq li għandu madwar 150 parteċipant li jieħdu sehem fil-klassijiet tat-Tai Chi u anke jekk bħalissa ma jistgħux jiltaqgħu minħabba l-pandemija tal- COVID-19, qed joffri b'xejn dawn il-lezzjonijiet permezz tal-mezzi soċjali. Iffukajna l-aktar fuq l-anzjani, bl-ILLUM tistaqsih x'inhuma l-benefiċċji għall-anzjani. Axisa spjega kif l-eżerċizzju u l-movimenti tat-Tai Chi jgħinu ħafna lill-anzjani fiżikament, partikolarment fejn jidħol il-bilanċ. "Meta tikber faċli titlef il-bilanċ. Għalhekk l-anzjani jaqgħu ħafna. It-Tai Chi huwa addattat ħafna. Apparti minn hekk jinkludi eżerċizzju biex wieħed isaħħaħ il- muskoli u jkollok mobilità aħjar fost benefiċċji oħra. It-Tai Chi jista' jsir kemm mgħaġġel u kemm bil- mod u għalhekk huwa addattat kemm għall-kbar u anke għaż- żgħar," saħaq Axisa waqt li spjega li dan huwa famuż ħafna barra minn Malta. "Tara ħafna nies jipprattikaw fuq il-bajjiet u fil-ġonna." Iżda l-benefiċċji tiegħu ma jifqux mal-ġisem. Fi kliem Axisa, il-movimenti tiegħu u anke l-eżerċizzji tan-nifs jgħinu lill- persuna biex inaqqas il-livelli ta' stress u anke l-ansjetà. "Jirrilassak ħafna, anke għax trid tieħu ħafna nifsijiet fil-fond. Inti ma tistax ikollok moħħok xi mkien ieħor. Meta qed tagħmel moviment bil-mod trid tiffoka aktar fuq il-moviment u għalhekk tkun aktar ikkonċentrat fuq in-nifs, il-movimenti u l-bilanċ. Jgħinek tinqata' mid-dinja. Għalhekk jirrilassak ħafna," spjega Axisa. Fil-fatt, ikompli jispjega Axisa, it- Tai Chi jgħinek tħaddem il-partijiet kollha tal-moħħ u joħloq bilanċ fihom tant li studji jikkonfermaw kif dan l-eżerċizzju jgħin l-abbilità biex wieħed jitgħallem u anke jista' jippreveni d-dimensja. Fi kliemu, anke f 'dawn iż- żminijiet diffiċli u ta' inċertezza, it-Tai Chi jista' jgħin immens lill- anzjani u mhux biss. "Hemm studji juru kemm bin-nifs tikkontrolla l-emozzjonijiet kollha. Meta tkun eċitat il-qalb tħabbat aktar u anke n-nifs jgħaġġel. Meta tkun irrilassat in-nifs tieħdu aktar bil-mod. Għalhekk meta titgħallem tieħu n-nifs aħjar tista' tikkontrolla aktar l-emozzjonijiet," saħaq Axisa. "L-ansjetà tibqa' tiegħek imma titgħallem tikkontrollaha" Dwar dan tkellimna ukoll ma' Sonia Young waħda mill-anzjani li bdiet tattendi dawn il-klassijiet u li fi kliemha għena tegħleb l-ansjetà li ħakmitha wara li ommha u ħuha mietu it xhur 'il bogħod minn xulxin. F i l - f a t t , Young spjegat kif tbati wkoll mid-dijabete u bis-saħħa tat-Tai Chi u mixja żgħira kuljum, irnexxielha tikkontrolla wkoll id-dijabete mingħajr ma kellha bżonn tieħu mediċina. "Il-movimenti tiegħu huma sottili u għalhekk huwa ideali għall-anzjani. Ma tridx tagħmel ħafna sforz," saħqet Young. "Titgħallem tibni ċertu reżistenza li tgħinek kemm fiżikament u anke mentalment." L-appell tagħha huwa biex l-anzjani li jinsabu maqfula d-dar, speċjalment bħalissa u għalhekk qed isibu ruħhom ma jiċċaqilqux jew forsi isajru biss xi biċċa ħelu ġdida li jaraw ir-riċetta tagħha fuq il-midja soċjali, jipprovaw jissieħbu f 'dawn il-klassijiet online, ħalli jżommu attivi. "Anke jekk tbati b'xi uġigħ, jew forsi tbati xi it biex timxi, mhumiex affarijiet ta' barra minn hawn. Forsi tgerfex it fl-ewwel żewġ lezzjonijiet, imma wara se tħossok ħafna aħjar kemm fiżikament u anke mentalment," saħqet Young. "Il-moviment huwa sabiħ u anke l-mużika li jkun hemm wara, jirilassawk ħafna." "Se nqerr miegħek," kompliet tgħid Young, "l-ansjetà tibqa' miegħek imma titgħallem tikkontrollaha. Dalgħodu qomt vera ħażin. Ma stajtx nara t-tfal u n-neputijiet. Ħriġt fit-terazzin u qadt nagħmel il- lezzjoni hemm. Wara nitkellmu it bejnietna, nidħku xi daħka wkoll u l-burdata nbidlet ta' taħt fuq. Lesta biex niffaċċja ġurnata." "Vera li dawn żminijiet diffiċli imma ipprovaw fittxu l-pożittiv" Il-gazzetta ILLUM għamlet ukoll kuntatt mal-Kunsilliera tas- Swieqi eresa Valentino li hija responsabbli mill-anzjanità attiva. Spjegat kif il-konkorrenza għal dawn il-klassijiet hija tajba ħafna. Għal kull klassi, normalment ikun hemm 20 partiċipant u dan meta jsiru erba' klassijiet fil-ġimgħa. "Jiena nattendi wkoll. Inħossuna tajba biha u min jattendi darba jibqa' jattendi," saħqet Valentino waqt li spjegat li l-konkorrenza baqgħet tajba immens anke permezz tal-lezzjonijiet onlajn. "Vera li dawn huma żminijiet diffiċli imma l-appell tiegħi lill- anzjani huwa biex minn dawn iż- żminijiet nipprovaw noħorġu xi ħaġa pożittiva." Għal aktar tagħrif wieħed jista' jidħol fuq is-sit taichimalta.com jew il-paġna ta' Facebook Tai Chi Malta. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' anzjani li jattendu l-lezzjonijiet tat- Tai Chi u tesplora dak li jikkonsisti fih. Għaliex huwa ideali għall- anzjani? X'inhuma l-benefiċċji tiegħu? Jista' jgħin lill-anzjani li bħalissa jinsabu d-dar? Sonia Young Adrian Axisa Adrian Axisa ma' waħda mill-klassijiet tiegħu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020