Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 analiżi Mhux kull pajjiż qed jieħu l-istess miżuri f'dak li jirrigwarda ajruporti. Minflok l-ILLUM tat ħarsa lejn x'qed jagħmlu l-ajruporti tal-aktar tliet pajjiżi tal-UE li qed jirreġistraw l-aktar każi ta' Covid-19 bħalissa. L-ajruporti fl-Italja • Passiġġieri li qed jivjaġġaw bħala turisti ma jistgħux jidħlu • Dan iżda ma jinkludix lil dawk sejrin fuq negozju, residenti, dawk deħlin għal raġunijiet taż saħħa u f'każi ta' emerġenza • Il-passiġġiera jew membri tal-ekwipaġġ deħlin jew ħerġin mill-Italja jeħtieġ jinfurmaw dwar it-tluq u l-wasla tagħhom lid-Dipartiment tal-Prevenzjoni • Dawn kollha huma soġġetti għal kwarantina ta' 14-il jum • Iridu jisttomettu dikjarazzjoni illi daħlu l-Italja għax-xogħol għal massimu ta' 72 siegħa jew għal 48 siegħa oħra għal raġunijiet speċifiċi • Dikjarazzjoni jeħtieġ tiġi mogħtija qabel il-wasla fl-Italja. L-ajruporti fir-Renju Unit Fir-Renju Unit ma kienu implimentati l-ebda miżuri relatati mal- Covid-19 fl-ajruporti, kienu biss il-linji tal-ajru li naqqsu ħafna mit- titjiriet. L-ajruporti fi Franza • Pasiġġieri minn pajjiżi mhux Shengen ma jistgħux jidħlu. • Dan ma japplikax għal ċittadini Franċiżi, uliedhom u marthom/ żwieġhom. Lanqas japplika għal dawk li għandhom permess ta' residenza fi Franza. • Dan ma japplikax għal diplomatiċi jew dawk li jaħdmu fil-qasam tas- saħħa • Ċertifikat irid jiġi ppreżentat qabel titla' fuq l-ajruplan u lill- immigrazzjoni malli tasal. Iċ-Ċertifikat jinkiseb mill-konsulat. Mill-pandemija għadna ma ħriġnix, iżda fid-dinja madwarna qed jinfirxu l-pjanijiet u jsiru diskussjonijiet b'bosta linji tal-ajru u ajruporti jibdew jieħdu l-ewwel nifsijiet ta' ħajja wara ġimgħat. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li qed jagħmlu xi linji tal-ajru kif ukoll ajruporti fi tliet pajjiżi Qatar ukoll b'fażi ta' tkabbir - l-Etihad għadha ma ndikatx Qatar Airways li bdiet topera minn Malta s-sena l-oħra se żżid l-operazjonijiet tagħha għal total ta' 80 destinazzjoni sal-aħħar ta' Ġunju. Il-kumpanija mistennija tibqa' żżid sal-aħħar tax-xahar. Minn naħa l-oħra Etihad - il- linja nazzjonali tal-UAE għadha ma speċifikatx x'se tagħmel. Ryanair, b'sehem kbir fl- ajruport Malti, se jibdew l-ewwel flights Ryanair għandha sehem kbir ħafna fis-suq Malti u allura flimkien mal-Airmalta hija l-aktar kumpanija tal-ajru li ġġib nies f 'Malta jew/u tieħu nies minn pajjiżna. Din il-ġimgħa Ryanair ħabbret illi qed tippjana li tintroduċi lura madwar 40% tat-titjiriet tagħha mill-1 ta' Lulju li ġej hekk kif ir- restrizzjonijiet tal-ivjaġġar bdew jitnaqqsu f 'diversi ajruporti. Ryanair qed tbassar li minn Lulju topera madwar 1,000 titjira kuljum. Dan ifisser li se tkun qed topera kważi r-rotot kollha tagħha. Erba' xhur biex tiġi lura għan- normal Turkish Airlines, il-linja nazzjonali Torka, li wkoll topera ħafna titjiriet minn Malta, skont rapport ta' Reuters fasslet pjan ta' erba' xhur illi matulhom terġa, gradwalment, tibda ġejja għan-normal. Dan il-pjan se jibda f 'Ġunju meta se jiftħu 19-il destinazzjoni bin-numru jiżdied għal 99 f 'Settembru. KLM diġa' bdiet b'15% tat- titjiriet.. Il-linja tal-ajru Olandiża KLM bdiet terġa, gradwalment, tibni ix-xibka Ewropea tagħha billi żiedet seba' destinazzjonijiet oħra. Dan kollu b'diversi restrizzjonijiet u obbligazzjonijiet bħall-użu ta' maskri. L-għan ta' KLM hija li matul dan ix-xahar tkun bdiet 15% tat- titjiriet kollha tagħha. IAG (British Airways ...) qed tittama li tkun qed topera b'70% ta' dak ippjanat minn Ottubru British Airways qegħda tippjana li fil-fatt topera numru kbir ta' titjiriet, anke jekk fil-fatt tkabbir fl-ajruport ta' Heathrow għalissa se jkun impossibbli. Il-Kap Eżekuttiv tal- Interntional Airlines Group li tmexxi lil British Airways, Aer Lingus tal-Irlanda u l-Iberia ta' Spanja qal illi b'kollox il- kumpanija qed tara illi topera madwar 1,000 titjira bejn Lulju u Settembru X'qed jagħmlu xi ajruporti fl-UE? Ryanair L-ajruport ta' Heathrow Turkish Airlines

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020