Illum previous editions

ILLUM 17 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1248297

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 analiżi IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2020 • illum POST TA' HIGHER CLERICAL OFFICER FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT TAL-ISTAT L-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Higher Clerical Officer. Il-persuna magħżula se tiġi impjegata fuq bażi full-time (indefinite) u tkun mistennija li taħdem mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. Kull min japplika għandu jkollu livell avvanzat ta' edukazzjoni MQF 4. Applikazzjonijiet u l-Curriculum Vitae għandhom jintbagħtu lil: c/o Riżorsi Umani (Jobsplus 90/2020) Uffiċċju ta' l-Avukat tal-Istat Il-Mainguard, Misraħ San Ġorġ, Il-Belt, Valletta jew bl-email; info@stateadvocate.mt L-applikazzjonijiet irridu jaslu mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2020. AJRUPLANI U AJRUPORTI L-EWWEL SINJALI TA' ĦAJJA MINN META FAQQGĦET IL-COVID-19 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Iktar kemm jgħaddi żmien iktar mistennija tikkarga l-aktar kwistjoni taħraq f 'dak li jirrigwarda rilassament tal-miżuri li ttieħdu quddiem l-isfida Covid-19, jiġifieri l-uħ tal- ajruport. Taħraq għax - naturalment - il-uħ mill-ġdid tal-ajruport ifisser żewġ affarijiet. L-ewwelnett, tfisser illi jerġgħu, anke jekk bil-mod jidħlu nies illi jistgħu jerġgħu jimpurtaw l-virus - anke jekk meta jaslu l-ajruport ma jkunx għad għandhom sintomi. Is-sitwazzjoni barra pajjiżna għadha waħda pjuttost inkwetanti minkejja xi tnaqqis irreġistrat f 'diversi pajjiżi li ntlaqtu bil-qawwi mill-Covid-19. Tajjeb wieħed jieħu nota illi - anke kif qed inwasslulkhom bil-bulletini ta' kull nhar ta' Ħadd - in-numru ta' każi baqgħu jiżdiedu anke jekk ir-rata ta' tkabbir kkalmat xi it fl-aħħar tliet ġimgħat. Sal-11 ta' April - lejlet Ħadd il-Għid - id-dinja kellha 1.7 miljun każ ikkonfermat ta' Covid-19 li minnhom 103,512 irriżultaw f 'mewt. Fit-2 ta' Mejju u allura tliet ġimgħat biss wara d-dinja kellha 3.4 miljun każ li minnhom 239,892 kienu ta' nies li mietu kaġun ta' dan il-virus. Kif nafu ġimagħtejn wara, il-każi qabżu sew l-4 miljuni biex sa nhar it- Tlieta l-każi kienu ta' 4.3 miljuni u l-imwiet komplew jiżdiedu għal 287,702. Minkejja dan ta' min wieħed jinnota wkoll li persentaġġ qawwi ħafna minn dawn kienu każi attivi minn pajjiż wieħed biss, l-Istati Uniti fejn sa ġimgħa ilu kien hemm 1.3 miljun każ attiv u 78,704 każ ta' persuna li tilfet ħajjitha. Pero l-uħ tal-ajruport ifisser ukoll li l-pajjiż jibda bil-mod jerġa jqajjem fuq tagħha l-akbar industrija ta' pajjiżna li mhux biss tħaddem eluf ta' nies direttament imma li minnha jiddependu eluf ta' ħaddiema u negozji li joffru servizzi anċillari (fran, tal-ħaxix, ħwienet li jfornu kull tip ta' ikel lil-lukandi, aġenziji tal-ivjaġġar, Laundries, taxis, ħwienet tas- souvernirs, restaurants, bars u anke ħwienet tal- ħwejjeġ f 'żoni turistiċi, taxis, ħaddiema tal-Air Malta...) F'dan il-kuntest l-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-passi li qed jieħdu linji tal-ajru u ajruporti madwar id- dinja hekk kif jibda joqrob iż-żmien ukoll biex il- Gvern Malti jiddeċiedi hu wkoll x'se jagħmel. Luftahansa Il-kumpanija Luhansa din il-ġimgħa ħabbret li se żżid it-titjiret tagħha lejn diversi destinazzjonijiet f 'Ġunju, anke jekk fil-fatt ħafna mill-ajruplani tal-kumpanija mhux se jkunu qed joperaw. Fil-fatt b'kollox se jkunu qed jibdew joperaw 160 minn flotta ta' 760 ajruplan. Swiss ... Il-linja tal-ajru Swiss ħabbret li se tkun qed tibda bejn 15% u 20% tas-servizzi minn Ġunju b'madwar 140 titjira fil-ġimgħa minn Zurich għal 30 destinazzjoni fl-Ewropa u lejn 40 destinazzjoni minn Ġinevra. U minn Hong Kong se jinfetħu xi titjiriet ukoll Il-Linja Nazzjonali tal-ajru ta' Hong Kong u l-linja reġjonali tagħha - Cathay Pacific u Cathay Dragon rispettivament se jżidu t-titjiriet bejn 3% u 5% - u se jibdew itiru lejn Los Angeles, Vancouver, Syndney, San Francisco, Melbourne, Mumbai u Delhi u xi titjiriet lejn partijiet oħra tad-dinja bħal Amsterdam, Jakarta u Singapore. Emirates tibda ftit titjiriet b'kontrolli lejn id-Dubaj Il-kumpanija tal-Istat tal- Emirati Għarab Magħquda (UAE) l-Emirates li ttir minn u lejn Malta wkoll ħabbret - fost oħrajn - illi se tibda xi titjiriet b'kontrolli lejn l-UAE. Il-passiġġieri, minn destinazzjonijiet, fosthom Frankfurt u Heathrow (Londra) se jkunu jistgħu jmorru lura basta bil-permess tal-Awtorità Federali taċ-Ċittadinanza tal-UAE u restrizzjonijiet oħrajn dwar x'tista' ttella' jew le fuq l-ajruplan. Il-linji tal-ajru li se jibdew ftit, ftit minn Ġunju Lufthansa Emirates

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 May 2020