Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 intervista illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 għomor il-ħabs ... ejja kuraġġ!' jekk kien hemm min qalilna li din mhux se tasal Malta filwaqt li m'għalaqniex l-ajruport. Naħseb kieku għalaqnieh qabel ma kienx ikollna l-istess numri." "Pero wara kulħadd bravu u naħseb li l-awtoritajiet ħadu l-passi meħtieġa." L-ILLUM tistaqsih ukoll - bħala psikoterapista - jekk rax żieda fil-każijiet ta' nies li ġew jitolbu l-għajnuna. "Iva kien hemm. Naturalment, u jiena ikkontribwixxejt hawnhekk, żdiedu wkoll is-servizzi lil dawk li jħossuhom waħedhom." Ifakkar li hemm in-numru 1772 li tista' ċċempel jekk tħossok waħdek u jgħid ma' din il-gazzetta illi ħafna nies ikunu jixtiequ l-għajununa, biex ma jħossuhomx waħedhom - hekk kif fil- fatt hu wieħed minn dawk li jirrispondu t-telefons. 'Kollox għandu jsir b'mod ippjanat u trasparenti' Ovvjament, ma nistgħux nitkellmu fuq rilassamenti u miżuri u l-Covid-19 in ġenerali jekk ma nsemmux il-possibilità - remota jew le ma nafux - illi din is-sena jerġa jiftaħ l-ajruport. Kemm tinkwetah (jew le) din il-possibilità? Wright jibda billi jerġa jfakkar illi magħluqin kif aħna, ma nistgħux nibqgħu u li din is-sitwazzjoni żgur illi se ttul. "Imma ma nistgħux minn naħa l-oħrajn ninsew li s-servizzi tas-saħħa għandhom limitu. Ħażin jekk nitilfu l-bilanċ li semmejt u nispiċċaw bi sptar mimli. Pero nerġa ngħid - jiena is-safar ukoll inħobbu - li hu żgur li ma nistgħux nibqgħu dejjem hekk." Imma ġustifikata l-biża' jew le u ġustifikati l-istqarrijiet tal-unjins tal- infermiera? "Meta xi ħaġa hekk tiġi mill-infermiera u t-tobba, irridu noqgħodu attenti. Ma naħsibx li dak li qed jgħidu qed jaqilgħuh minn żniedhom." Huwa jgħid illi jekk verament iridu nirrispettaw x-xogħol tal-infermiera rridu nagħtu każ x'jgħidu "mhux billi ntellgħu l-bandiera." Daqstant ieħor jisħaq illi d-diskussjonijiet jibqgħu għaddejjin dwar l-ajruport. Hu jappella biex il-Gvern ikun trasparenti u jserraħ moħħ in-nies b'edukazzjoni u informazzjoni kontinwa dwar il-proċessi li minnhom se jgħaddi xi ħadd li ġej pajjiżna , l-apparat li se jintuża fl-ajruport u ħafna aktar. "Huwa importanti li ma nħallux lin- nies fid-dlam. Naqbel li nitkellmu dwar l-ajuport imma bi pjan trasparenti." Il-priorità għandha tkun il-bniedem. Il-bniedem mhux maħluq biex joqgħod ġewwa, waħdu u f'konfinament, imma biex jirrelata u jissoċalizza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020