Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 • illum 'Il-Covid-19 mhux sentenza ta' għomor "Din tal-Covid-19 se tgħaddi wkoll u lil dawk li qegħdin fiha, ngħidilhom li din mhux għomor il-ħabs imma sentenza sospiża. Ejja kuraġġ!" Hekk jisħaq Karl Wright - psikoterapista u eks ġurnalist - raġel illi ma ddejjaq xejn jgħid illi rriżulta fil-pożittiv għall- coronavirus u li ma ddejjaq xejn jaqsam l-esperjenzi tiegħu u jappella għall- kuraġġ u r-responsabilità. Mal-ILLUM hu jappella biex minflok noqgħodu moħħna f 'xulxin biex nikxfu lil xulxin, hemm bżonn inkunu solidali ma' xulxin, nagħtu l-għajununa fejn hemm bżonn u nċemplu lil xi ħadd li qiegħed waħdu biex inżommulu ftit kumpanija. 'Ċempilli t-tabib u qalli li pożittiv...kelli nitlaq mid-dar' Hu jirrakkonta kif fil-fatt ma ħasibx li jista' jkollu l-virus għax bħal ħafna oħrajn qatt ma kellu sintomi. Peress li f 'xi ġranet xorta kellu jibqa' jmur l-uffiċċju darba kienu msejħin kollha biex jagħmlu test. "Niftakar dakinhar kien imissni telework u mort nagħmel it-test u filgħaxija fil-11:30 p.m - mhux xi ħin li jċemplu n-nies allura mill-ewwel tħassibt - ċempilli t-tabib biex jgħidli li jien pożittiv għall-Covid-19." Fid-dawl tal-fatt li l-Covid-19, anke jekk mhijiex, qed tkun ittratata daqs il-pesta u hemm bħal donnu ta' tabù madwar pazjenti bil-virus, anke jekk dan mhuwiex ġust, l-ILLUM staqsiet lil Wright kif ħassu. Jgħid illi għal bidu bħal qisek lanqas tinżillek, imma mill-ewwel jgħid illi l-aktar li inkwieta kien għal dawk il- persuni li jgħixu fl-istess residenza miegħu. Fil-fatt l-għada kienu ħadu t-test, kollha ġew negattivi u ddeċieda li jitlaq minnufih mir-residenza, avolja ma kellux fejn imur. Il-post tax-xogħol tiegħu irranġawlu residenza fejn seta' jgħix sakemm ikun bil-kwarantina. Wright jispjega kif ma kellux sintomi, imma minkejja dan xorta ħafna minn ħajtu u mill-attivitajiet li jagħmel kienu ristretti, anke jekk jisħaq illi huwa importanti illi tinżamm xi forma ta' rutina. Imma ma beżgħax xi ftit minn tikketti? Għalfejn qagħad jgħid x'għandu u x'ma għandux? "Jiena ma nissottskivix ma' din il- mentalità - avolja fil-verità twelidt fiha - li ma titkellimx "għax min jaf x'se jgħidu n-nies". B'daqshekk billi tgħid u tipprova tagħti eżempju? Ejja nitkellmu dwarha," jappella Wright li jkompli jisħaq hija problema tan-nies jekk iridu joqgħodu jaħsbu u jiġġudikaw. Huwa ammetta, minn naħa l-oħra, li jifhem l-element tal-biża' minħabba li din il-marda hija imprevedibbli, tant li anke s-sintomi inbidlu maż-żmien - filli sogħla u deni, imbagħad diarrhoea u raxx. Nerġgħu nduru fuqu: "Minkejja li ma kellix sintomi jiena, kienet iċċempilli t-tabiba kuljum u naraw x'inhi s-sitwazzjoni." 'Hemm bżonn tillimitaw kemm tisimgħu dwar il-Covid-19 fuq il-midja soċjali' Il-gazzetta tistaqsi lil Wright jekk , fl-opinjoni tiegħu bħala persuna li rriżulta fil-pożittiv, jaħsibx li l-kważi isteriżmu tal-massa u negattività, humiex ġustifikati. Jew forsi jaħseb li dan il- virus ġie amplifikat fuq il-midja soċjali? Wright jgħid li iħoss, iva, li kien hemm amplifikazzjoni fuq il-midja soċjali u jfakkar illi fil-fatt qed isir l-appell lil bosta - inkluż mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) - biex in-nies jillimitaw l-użu tal-midja soċjali u b'hekk ma jkunux ibbumbardjati il-ħin kollu bl- informazzjoni dwar il-pandemija. "Issa naħseb illi din l-amplifikazzjoni trid tiġi bbilanċjata bir-responsabilità. Filwaqt li jiena nemmen li m'għandniex nibqgħu msakkrin id-dar - mhux għall- ekonomija biss, imma - il-priorità għandha tkun il-bniedem. Il-bniedem mhux maħluq biex joqgħod ġewwa, waħdu u f 'konfinament, imma biex jirrelata u jissoċalizza," ifakkar . "Dan għandu jkun it-tir tagħna," sostna Wright illi qal li xi kultant jinkwieta illi l-ewwel u l-unika kunsiderazzjoni ta' għalfejn għandna bżonn niftħu u nibdew ngħixu hija ekonomika, anke jekk din hija importanti wkoll. "Irridu nistaqsu min huwa vulnerabbli, jiflaħ jibqa' imsakkar?" 'Hemm bżonn li nedukaw...' Minkejja li Wright jaqbel illi għandna nibdew niftħu u ngħixu jappella għar- responsabilità u biex kulħadd isegwi l-appelli tal-awtoritajiet tas-saħħa. "Anke l-bulletini li qed isiru. Vera huma popolari, imma aħjar nagħmlu xi wieħed li huwa aktar edukattiv - mhux tara nies bil-maskra imdendla ma' gedumhom, nies jagħmlu picnic ma' xulxin. Ir-responsabilità hija importanti - hekk nilħquh il-bilanċ." Il-gazzetta tfakkar illi meta tqabbel in-numri f 'Malta sa issa jidher illi ħdejn pajjiżi oħrajn bqajna ħafna 'il bogħod mill-kroll tas-sistema tas-saħħa - naturalment grazzi għall-miżuri li ttieħdu mill-aworitajiet ... Wright jaqbel ma' din l-analiżi ċkejkna u jisħaq illi konna fortunati filwaqt li rajna x'inhu jiġri f 'pajjiżi oħrajn, "anke Ma kellux sintomi imma ċempillu t-tabib u qallu li għandu l-Covid-19. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Karl Wright illi minkejja li hu mġarrab bil-virus għandu messaġġ ta' tama u kuraġġ x'jgħaddi Meta xi ħaġa hekk tiġi mill-infermiera u t-tobba, irridu noqgħodu attenti. Ma naħsibx li dak li qed jgħidu qed jaqilgħuh minn żniedhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020