Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

06 analiżi IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 • illum Kif se sserraħ rasek meta toħroġ tiekol, tmur tgħum YENDRICK CIOFFI Ir-ristoranti, il-lukandi, il-hairdressers u anke l-barbiera, fost negozji oħra, issa fetħu mill-ġdid il-bibien tagħhom. Anke jekk issa ilhom jumejn miftuħa, ħafna għad għandhom diversi mistoqsijiet dwar l-operat tagħhom u jekk hux sigur li wieħed imur jiekol barra, jaqta' xagħru, iqatta' xi jumejn f 'lukanda jew imur ġurnata baħar mal-familja. Permezz ta' dan l-artiklu, il-gazzetta ILLUM, se tkun qed tispega l-protokolli ċari li jridu jiġu segwiti fir-ristoranti, fil- lukandi, fuq il-bajjiet, ħdejn il-pools u anke għand il-barbiera u l-hairdressers, liema protokolli l-għan tagħhom huwa li jassiguraw li dawn l-istabbilimenti, negozji u bajjiet ikunu qed isegwu l-ogħla standards u jitnaqqas ir-riskju tat-trasmissjoni tal-COVID-19. Il-gazzetta ILLUM se tkun qed tipprova twieġeb il-mistoqsijiet kollha li l-pubbliku jista' jkun għad għandu b'rabta mal-ftuħ ta' dawn l-istabbilimenti u n-negozji li kienu ilhom kważi xahrejn bil- bibien magħluqa. Żomm għajnejk miftuħa għal ċertifikat mal- bieb Jekk sejjer tiekol barra, jew inkella se żżur lukanda, żomm għajnejk miftuħa għal sticker li se tkun imwaħħla mal-bieb ta' dawn l-istabbilimenti. Din mhijiex sticker biex iżżejjen il- bieb. Din l-isticker se tkun qed tingħata lill-istabbilimenti mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u prattikament hija ċertifikat mogħti lil dawk l-operaturi li jkunu qed isegwu bl-akbar reqqa il- protokolli li ngħataw. Għalhekk, din l-isticker hija assigurazzjoni li l-istabbiliment ikun laħaq ir-rekwiżiti kollha marbuta mas-servizz u l-iġjene. Ma jfissirx li min għandu l-isticker jista' jserraħ rasu u wara jibda jagħmel li jrid. L-ispezzjonijiet se jibqgħu jsiru minn żmien għal żmien. Min jinqabad jikser il-protokolli se jkollu dan iċ-ċertifikat irtirat sakemm jerġa' jkun assigurat li qed isegwi l-ogħla standards ta' servizz u iġjene. Stabbiliment li jinqabad jikser il-protokolli darbtejn fuq xulxin mhux talli se titteħidlu l-isticker iżda saħansitra se jkollu l-liċenzja revokata. Jekk se mmur niekol bilfors irid noqgħod barra? Veru. Is-sħana dalwaqt se tibda tagħmel tagħha iżda għalissa, jekk sejjer tiekol kemm f 'ristorant u anke f 'lukanda, se jkollok tpoġġi fuq barra. Fil-fatt, kwalunkwe ristorant jew lukanda li għandhom il-faċilità li jpoġġu l-imwejjed fuq barra, għandhom jużaw biss dawn l-imwejjed. Imwejjed fuq ġewwa se jkunu permessibbli biss għal dawk l-istabbilimenti li ma għandhomx fejn ipoġġu mwejjed fuq barra. Għal min se jkun qed joffri biss servizz ġewwa, ir-ristorant irid jiġi mkejjel u ma jistax ikun hemm aktar minn persuna kull erba' metri kwadri. Min fuq barra, għandu ħitan tal- ħġieġ, dawn għandhom jitneħħew u jitħalla biss is-saqaf għad-dell. Kemm jistgħu jkunu kbar l-imwejjed? Kemm jistgħu jkunu 'l bogħod minn xulxin? L-imwejjed ma jistgħux jakkomodaw aktar minn sitt persuni jew inkella grupp ta' persuni li jgħixu flimkien. Fuq l-istess mejda, persuni jridu jżommu distanza ta' żewġ metri bejniethom. Minn siġġu għal siġġu, jiġifieri minn dahar għal dahar, jekk il-mejda tinsab barra, irid ikun hemm distanza ta' metru. Jekk il-mejda tinsab fuq ġewwa, id- distanza trid tkun ta' żewġ metri. Minn mejda għal mejda, l-ispazju jrid ikun ta' żewġ metri fuq barra u ta' tliet metri fuq ġewwa. Insa jekk tħobb il-buffets biex timla' l-platt sa ruħ ommu! Jekk int wieħed minn dawk li l-hena tiegħek tmur buffet biex tiekol kemm trid u fl-aħħar timla' l-platt b'kull tip ta' gateau li ssib quddiemek, għalissa se jkollok tieħu paċenzja u tikkuntenta biss b'dak li jġibulek. Fil-fatt, din il-miżura ttieħdet biex kemm jista' jkun persuni ma jmissux l-affarijiet wara xulxin għax kif ġie spjegat kemm-il darba, il-virus ipoġġi wkoll fuq l-uċuh tal-affarijiet. Għaldaqstant, fuq l-imwejjed, wieħed mhux se jsib kontenituri tal-melħ u l-bżar, sauces u żejt kif normalment isib fi kwalunkwe ristorant. Minflok dawn se jkunu pprovduti f 'pakketti żgħar li jintremew wara l-użu. Flok pakketti, wieħed jista' juża skutelli li fihom jitfa' dak li għandu bżonn il-klijent biex wara tkun tista' tinħasel. Apparti minn hekk, il-menus iridu jkunu fuq karta/kartella waħda li tintrema wara l-użu jew inkella jkun fuq tablet li jkun jista' jitnaddaf. Magni self-service ma jistgħux jintużaw ħlief dawk tas-sigaretti u ATMs. Ħdejnhom għandu jitpoġġa hand-sanitiser. Pożati normali jistgħu jintużaw? Kif għandhom jinħaslu? Iva. Dawn jistgħu jintużaw. Madanakollu, ir-ristoranti u l-lukandi qed jintalbu jpoġġi l-pożati u s-sarvetta f 'pakketti li jintremew minnufih wara. Il-pożati, il-platti, skutelli u affarijiet oħra għandhom jinħaslu f 'temperatura ta' 65 grad. It-tipjip kemm ġewwa u anke barra huwa pprojbit! Jekk wara l-ikel ikollok leblieba għal sigarett aktar milli jkollok għad-deżerta għandek tkun taf li fir-ristoranti ma tistax tpejjep, la ġewwa iżda issa lanqas barra. It-tipjip se jkun permessibbli biss għaxar metri 'l bogħod mir- ristorant. Anke s-siġġijiet iridu jitnaddfu! Jekk qabel waiter kien inaddaf mejda u daqshekk, jew saħansitra jnaddaf il- mejda wara li klijenti ġodda jkunu diġà poġġew, issa dan mhuwiex biżżejjed. Qabel ma jakkomoda persuni oħra, il- waiter irid inaddaf mhux biss il-mejda imma anke s-siġġijiet. Daqshekk kjuwijiet. Jekk sejjer tiekol ibbukkja L-operaturi tar-ristoranti jridu jassiguraw li ma jkunx hemm kjuwijiet ta' nies jistennew biex jingħataw mejda. Għalhekk kemm jista' jkun il- klijenti qed ikunu mħeġġa jibbukkjaw il-medja tagħhom. Ir-ristoranti kollha, inkluż dawk fil-lukandi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020