Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 analiżi illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 jew taqta xagħrek? L-ILLUM tispjegalek jistgħu jużaw sistema fejn iċemplu huma lill-klijenti meta jkunu jistgħu jakkomodawhom biex hekk ma jkunx hemm persuni jistennew ħdejn xulxin biex jidħlu. Apparti minn hekk qabel kull persuna tidħol fir-ristorant trid tiddiżinfetta idha permezz tas-sanitisers li se jkunu pprovduti. X'miżuri qed jittieħdu fiż-żoni tal- pools? Bħar-ristoranti, irid isir l-iddiżinfettar tal-idejn ta' kull persuna li tidħol f 'pool area. L-għadd ta' persuni permessibbli f 'pool area qed jitnaqqas bin-nofs dak liċenzjat. L-istaff għandu dejjem juża l-visors. Malli persuna titlaq, irid isir it-tindif tas-sunbed, l-umbrella u anke s-siġġijiet li jkunu ntużaw. Kull familja hija meqjusa bħala unit. Jekk mhux tal-istess familja, l-akbar unit jista' jkun ta' sitta min-nies. Bejn unit u ieħor irid ikun hemm distanza ta' żewġ metri. L-attrazzjonijiet tal-ilma ma jistgħux ikunu użati għax huma impossibbli li jiġu ddiżinfettati Kuljum se jitnaddfu l-bajjiet; Anke fil- baħar żomm id-distanza! Il-bajjiet se jkunu qed jitnaddfu kuljum u għalhekk l-operaturi ma jistgħux jarmaw qabel isir it-tindif tal-bajja. Bejn unit ta' deckchairs u ieħor irid ikun hemm distanza ta' żewġ metri. L-ispazju pubbliku fuq il-bajjiet, jiġifieri mhux dak okkupat mid-deckchairs, mhux se jkun qed jitnaqqas. Min irid jibbukkja deckchair qed jintalab jibbukkja minn qabel. Mhux permessibbli li jiġu installati public toilets u public show- ers. Il-lattrini se jkunu qed jiġu mnaddfa kull siegħa. Mistoqsijiet u punti oħra importanti għar-ristoranti u l-lukandi • Pagamenti b'karti tal-kreditu contactless qed ikunu mħeġġa, partikolarment fil-lukandi, biex jonqos l-użu tal-flus kontanti • Persuni bilwieqfa ma' barijiet mhumiex permessibbli, lanqas fil-każini tal-banda li wkoll fetħu l-bibien tagħhom • Min qed iservi ikel ġewwa, irid jassigura li darba fil-ġimgħa jitnaddfu l-airconditions • Għawm f 'indoor pool mhuwiex permessibbli • Hand-dyers fit-toilets ma jistgħux jintużaw • Sakemm lift ma jkunx kbir ħafna, jekk hemm persuna oħra fil-lift ma għandekx tużah • Kuljum, l-operatur ta' stabbiliment irid jimla' formolarju li fiha jiddikjara li kollox huwa skont il- protokolli u l-aqwa standards Sejjer tagħmel xagħrek, id-dwiefer jew iżżur bueatitian? • F'ħanut tax- xagħar għandu jkun hemm biss klijent wieħed għal kull 10 metru kwadru • I s - s i ġ ġ i j i e t jinżammu f 'distanza ta' żewġ metri 'l bogħod minn xulxin jew inkella jkunu separati b'perspex għolja żewġ metri • Hand sanitisers iridu jkunu disponibbli fil-bieb u ma' kull siġġu • Kemm il-klijenti u anke l-ħaddiema jridu jilbsu l-maskra • Bejn klijent u ieħor irid isir l-iddiżinfettar taż-żona, inkluż is- siġġu u s-sink • Ma jistax ikun hemm affarijiet mhux essenzjali bħalma huma rivisti • Kull klijent trid titteħidlu t-temperatura qabel jidħol. • Jekk dejqitek il-leħja se jkollok tissaporti jew tneħħiha inti. Il- barbiera mhux se jkunu jistgħu jqaxru jew jirranġaw il-leħja. • Il-hairdressers u l-barbiera qed jingħataw struzzjonijiet biex kemm jista' jkun ma jintużawx hairdryers • Qed ikunu mħeġġa ma jużawx it- terra u lanqas brushes tal-għonq. Beauticians • Ma jistgħux isiru stream treatments u lanqas facials • Miżuri oħra li japplikaw għall- hairdressers u l-barbiera, bħall- ammont ta' klijenti permessibbli u l-użu tal-maskri japplikaw għall- beauticians ukoll. Nail Technicians and Nail Artists • Miżuri oħra li japplikaw għall- hairdressers, il-barbiera u l-beauticians bħall-ammont ta' klijenti permessibbli u l-użu tal- maskri japplikaw f 'dan il-każ ukoll. • Bejn il-klijent u min qed joffri s-servizz għandu jkun hemm perspex doppja minħabba li dawn iridu jpoġġu viċin u faċċata ta' xulxin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020