Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 analiżi IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 • illum Xfafar jaqtgħu minn kull naħa u baraxx kritika Il-Gvern qiegħed jiffaċċja kritika qawwija għar-rilassament tal-miżuri Covid-19. X'inhuma x-xenarji politiċi li jistgħu jiżviluppaw fiż-żmien li ġej? Kif se jilgħabu mad-data ta' elezzjoni ġenerali li trid issir fl-2022? U l-ajruport, x'se jiġri? Imma hemm alternattiva għal dak li qed joffri l-Gvern? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-pandemija Covid-19 qegħda mhux biss tifforma l-użanzi tagħna, ħajjitna, il-mod kif qegħdin u se nkomplu ngħixu imma qegħda tiddetermina wkoll ix-xenarju politiku ta' pajjiżna u l-futur u s-saħħa tal- Prim Ministru, li qed jaffaċċja l-akbar sfida li qatt iffaċċja pajjiżna u d-dinja fl-aħħar snin. L-ILLUM se tanalizza diversi xenarji ta' fejn se mmorru minn hawn 'il quddiem- politikament - fil-każ tal-Gvern u l-PM Robert Abela, Prim Ministru relattivament ġdid li qed jiffaċċja sitwazzjoni ta' xfafar li jaqtgħu miż-żewġ naħat pero li dwarhom trid tittieħed deċiżjoni. Ir-rilassament ta' aktar miżuri se tiddetermina ħafna saħħet il-Gvern u l-Prim Ministru Din il-ġimgħa ġew irrilassati aktar miżuri u se jinfetħu aktar negozji, xi ħaġa li ntlaqgħet tajjeb minn ħafna imma ħażin minn ħafna oħrajn. Filwaqt li il-PM Robert Abela aċċerta li l-miżuri saru fuq bażi xjentifika - dan jista' jkun ippruvat biss bil-fatti fil-ġimgħat li ġejjin, wara li ħafna jkunu reġgħu bdew jgħixu ħajjithom, marru għand hairdresser, barbier, forsi marru sar-ristorant jew marru sal-baħar. Hemmhekk jkun iddeterminat x'inhu l-effett ta' dawn il-miżuri u kemm (jekk) wasslu għal żidiet fil-każi. Għalhekk nagħtu ħarsa lejn ix-xenarju l-aktar ottimist u dak l-aktar pessimist. Jekk jiżdiedu bil-kbir il-każi Fl-agħar xenarju, jiġifieri li l-każi jiżiedu bil-kbir, jintefa' piż qawwi fuq il-Prim Ministru hekk kif ikunu bosta li jwaħħlu fih għall-fatt illi "fetaħ kmieni" "għaġġel" "waqa' għal-pressjoni" "ra biss il-fus" u ħafna aktar. Il- kritka li qed issir issa minn bosta ċittadini fuq il-midja soċjali - kontra r-rilassament - tingħata leġittimità, bil-probabbilità li l-Oppożizzjoni - sa issa pjuttost newtrali fuq ir-rilassament tal- miżuri - taqbeż fuq il-mewġa taż kritika wkoll. Teżisti perċezzjoni pjuttost popolari mal-kritiċi tal- Gvern illi filwaqt li Fearne u s-Sovvratendenza tas-Saħħa Pubblika (Charmaine Gauci) qed jiġbdu għal aktar kawtela u stennija, il-Prim Ministru (u forsi dan huwa ovvju) qed jimbutta wkoll l-interessi ekonomiċi u kummerċjali tal-pajjiż. Dan ifisser illi f 'dan ix-xenarju pessimist, il- probabbilità hija li s-swaba' kollha jippuntaw lejn Abela. F'dan ix-xenarju ma tantx ikollu għażla għajr illi jreġġa' lura xi miżuri, li fil-fatt jaf tkun pillola qarsa ħafna għal dawk in- negozji żgħar u medji li jkunu bdew jirrankaw bil-mod il-mod, kif ukoll għall-popolazzjoni in ġenerali. Dan jagħmel il-ftuħ mill-ġdid iktar diffiċli u milqugħ b'aktar xettiċiżmu milli ntlaqa' issa. Sa issa jidher illi hemm ċaqlieqa 'l fuq anke jekk fil-fatt dan probabilment jirrifletti iż- żieda fl-iswab tests li saru li ġieli missew l-1,700 ikkumparart ma' numri ħafna iktar baxxi ġimagħtejn ilu. Naturalment wieħed issa jrid jara ir-riżultati mal-medda tal- jiem. Jekk ma jiżdiedux jew jonqsu l-każi Minn naħa l-oħra jekk il-każi ma jiżdiedux b'mod notevoli jew saħansitra jonqsu, il- Prim Ministru jista' jgħid illi minkejja l-miżuri, il-linji gwida u l-protokolli ħadmu u l-ħajja bdiet terġa tiġi għan-normal. Dan naturalment ikun suċċess kbir għall-pajjiżna u għall- Gvern li jkun ta' risposta għall- kritika ma taqta' xejn ta' ħafna. Din tkun aħbar tajba mhux biss għall-pajjiż, imma anke għal Abela li probabilment juża dan ir-riżultat bħala l-karta rebbieħa tiegħu għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Jekk Abela jista' jipprova bil-fatti li sab il-bilanċ li hu u l-Gvern qed jaċċenna għalih - dan ikun jista' jersaq għal elezzjoni - prattikament mingħajr wisq ostakli għal rebħa ġdida u kbira. Imma mhux in-numri tal- Covid-19 biss jgħoddu Pero mhux kollox se jiddependi minn numru ta' każijiet ta' kemm se jfiequ jew ikollna każi ġodda ta' Covid-19. It-test l-ieħor li fuqu se jiġi iġġudikat il-Gvern se jkun dak ekonomiku - u allura kif il-pajjiż se jibda jiġi f 'tiegħu f 'termini ta' xogħol, ġid, konsum pubbliku u privat, turiżmu, kif ukoll is- sens ta' ottimiżmu li fl-aħħar mill-aħħar jdawwar ir-rota ekonomika. Il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta Alan Borg qal illi qed jara li fil-fatt is-sitwazzjoni tiġi lura għan- normal għal madwar l-2023. Dan fil-fatt ikun wara s-sena illi fiha suppost isir elezzjoni ġenerali, fl-2022. Dan juri allura illi l-elezzjoni ġenerali li jmiss - kuntrarjament għal dik tal-2017 - se ssir fi żmien fejn l-ekonomija tista' tkun fi stat ħażin ta' saħħa. Jekk il-Gvern fil-fatt ikollu quddiemu ix-xenarju fejn ikollu jerġa jagħlaq u allura - inevitabbilment - jipposponi l-ftuħ tal-ajruport , dan ikun ifisser illi l-kriżi ekonomika li ninsabu fiha tidħol sew fl-2022 meta allura issir l-elezzjoni ġenerali. Minkejja l-popolarità tal- Partit Laburista u anke ta' Abela, tkun sfida enormi li jipprova jikkonvinċi lill- istess maġġoranza tivvutalu jekk il-pajjiż ikun għadu qed jesperjenza eluf bla xogħol, negozji li sa dak iż-żmien ikunu fallew u għalqu, eluf ta' impjieg oħra mdendlin, il-kostruzzjoni kajmana u t-turiżmu kważi mwaħħal, bir-riperkussjonijiet kollha li dan iġib miegħu. Jiġifieri bħalissa apparti l-kalkoli xjentifiċi u l-pressjoni li għaddejja minn diversi lobby groups b'interessi ta' miljuni ta' ewro, hemm ukoll il-kalkoli politiċi li qed isiru għal-2022. Minkejja li l-vantaġġ li għandu l-Partit Laburista jibqa' kbir biżżejjed biex kważi jigarantixxi rebħa, b'ekonomija fi stat ħażin - xejn ma jibqa' garanzija assoluta. L-Ajruport: L-aktar għadma iebsa Ladarba jinfetħu l-ħwienet kollha, l-aktar għadma iebsa se tkun l-ajruport b'sondaġġ li kien ippubblikat fuq The Sunday Times nhar il-Ħadd li għadda juri illi 86% ma jaqblux mal-ftuħ tal-ajruport, lanqas permezz tas-Safety Corridorrs. Fil-Konferenza ta' nhar it- Tnejn il-PM qal li l-ajruport mhux se jinfetaħ "għada". Dan hu minnu. Pero' xi darba dalwaqt - fil-ġimgħat li ġejjin - il-Gvern irid jiddeċiedi x'se jagħmel għas-Sajf - jekk hux se jiftaħ jew le. Jekk se jiftaħ se jsib ħafna oppożizzjoni u kritika minn ħafna nies, mhux neċessrjament votanti nazzjonalisti biss. Dan huwa ġustifikat mill-fatt illi Malta impurtat il-virus u l-ftuħ tal-ajruport ifisser li jiġu nies minn barra li jistgħu jxerrduh iktar. L-effett ta' żieda qawwija fin-numru mal-ftuħ tal-ajruport jista' jkun detrimentali f 'kull sens, anke politikament. Minn naħa l-oħra jekk ma jiftaħx it-twissijiet ta' tkeċċijiet bil-massa diġa' bdew. U dan huwa ġustifikat ukoll għaliex negozju - kbir jew żgħir - qiegħed hemm biex jinvesti u joħroġ il-flus filwaqt li jkollu xi forma ta' dħul. Il-fenomenu ta' qgħad għoli ħafna, pajjiżna ilu ma jesperjenzah u din taf tkun sorpiża kerha għal ħafna. Jekk ma jinfetaħx l-ajruport fil-verità, dan iwassal għal reazzjoni katina, hekk kif ħafna ristorants, bars u ħwienet tal- ħwejjeġ f 'żoni bħal San Pawl il-Baħar, San Ġiljan/Paceville u anke l-Belt Valletta jkollhom jerġgħu jgħalqu minħabba li ma' tkunx vallapena jibqgħu miftuħin. Ma ninsewx li bla turiżmu, s-suq Malti qed jonqos minn madwar 3 miljun persuna (2.6 miljun turist fl-2018 u mal- 500,000 f 'poplazzjoni) għal madwar 500,000 biss, li ħafna minnhom għandhom inqas flus fl-idejn. L-ekonomija lokali Filwaqt li il-PM Robert Abela aċċerta li l-miżuri saru fuq bażi xjentifika - dan jista' jkun ippruvat biss bil- fatti fil-ġimgħat li ġejjin, wara li ħafna jkunu reġgħu bdew jgħixu ħajjithom Sa issa għadu ma ġiex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020