Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 analiżi kritika ... imma x'inhu pjan B? mhijiex iddiżinjata biex tkampa għal suq daqstant żgħir u jekk dak is-suq ma jibdiex jikber, l-ekonomija se jkollha tiċkien hi biex tadatta! Mit-ton ta' intervista li dehret f 'din il-gazzetta mal-Minstru Julia Farrugia Portelli u mit- tweġiba li ta l-PM nhar it-Tnejn, jidher li sa issa l-miżien qed ixaqleb lejn il-possiilità ta' xi forma ta' Sajf. Dan huwa riskju - akbar mill- oħrajn u nuqqas ta' kawtela u edukazzjoni u informazzjoni dwar kif se jiftaħ l-ajruport u x'miżuri se jittieħdu jistaż jkun kontro-produttiv, jaf jagħmel ħsara lis-saħħa u anke lill- immaġini tal-PM Abela. M'hemmx pjan atlternattiv serju Li żgur se jaħdem favur Abela, bl-affarijiet kif inhuma, huwa l-fatt li sa issa għadu ma ġiex ippreżentat pjan vijabbli u kredibbli, alternattiv għall- politika ta' rilassament tal- Gvern. Għad ma kienx hemm rispons organizzat u studjat li jgħidilna l-Gvern ma messux fetaħ issa, meta messu fetaħ u għaliex. M'hemmx pjan alternattiv li qiegħed jipproponi kontinġenza f 'każ li l-ajruport idum ma jiftaħ. Jekk fil-fatt tanalizza l-kitika, ħafna minnha ddur ma' dak li l-Gvern ma messux għamel, imma fl-ebda ħin ma tindika kif il-Gvern jista' jilħaq bilanċ serju bejn il-bżonn ta' prevenzjoni mill-mard u l-bżonn li l-ekonomija ma nħalluhiex titkisser. L-argument ta' "insa l-enkonomija, imbagħad naraw ...,' hija non sequitur - jiġifieri argument li fil-fundamenti tiegħu ma jreġix u ma jistħoqqlux diskussjoni. L-attitudni tal-Oppożizzjoni, fuq il-ftuħ ta' negozji, rilassament ta' miżuri u anke l-ajruport sempliċiment li tistenna lill-Gvern jiddeċiedi u tieħu back seat, qed jirrendi lill- Oppożizzjoni irrelevanti, f 'din id-diskussjoni hekk importanti. Fil-bidu l-Oppożizzjoni bniet momentum bi proposti għal miżuri kważi kuljum, xi ħaġa li poġġiet lill-Oppożizzjoni fuq qudiem u ġieli qabel il-Gvern. Jidher li malli bdew jitħabbru r-rilassamenti tal-miżuri, dan il- momentum intilef. Dan allura qed ipoġġi lill-PM f 'dawl pożittiv, fis-sens li l-Gvern qed jiddeċiedi u ħadieħor le. ġiex ippreżentat pjan vijabbli u kredibbli, alternattiv għall-politika ta' rilassament tal-Gvern

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020