Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 Vakanza KOORDINATUR TA' PROĠETT (Permess ta' Jobsplus Nru: 265/2020) Bħala parti mill-proġett 881831 Empowerment for Diversity (E4D), inħolqot vakanza għall-pożizzjoni ta' Koordinatur ta' Proġett, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE). Din il-vakanza hija fi Skala ta' Salarju 7 tas-Servizz Pubbliku. Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f'Marzu 2022) fejn il-persuna magħżula tkun responsabbli ta' għadd ta' attivitajiet relatati mal-proġett, fosthom: - li ġġorr responsabbilità sħiħa tal-ippjanar, koordinazzjoni, implimentazzjoni u amministrazzjoni tal- proġett mill-bidu sat-tmiem tiegħu; - li tkun responsabbli għall-iskrutinju finanzjarju ta' kull pagament, procurement u monitoraġġ tal- proġett; - li żżomm kuntatt mas-service providers u li tassigura li x-xogħol jitlesta fil-ħin u jkun ta' livell għoli - li tiffaċilita l-komunikazzjoni ġenerali tal-Proġett u l-attivitajiet ta' PR; - li tkun responsabbli mill-kampanja onlajn, torganizza u tieħu ħsieb it-twettiq t' attivtajiet fuq barra, tippubblika artikli u tipparteċipa fi programmi fuq il-midja skond il-bżonn; u - li toħloq għarfien dwar l-attivitajiet ta' dan il-proġett u li tqajjem interess dwaru fost il-gruppi li jridu jintlaħqu. Il-Koordinatur ta' Proġett għandu/ha jkollu/ha: Jew kwalifika ta' Masters rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta' 180 ECTS/ECVET kredits, jew ekwivalenti, rigward programmi mibdija minn Ottubru 2003), fil-Project Management, Management, Gender Studies, Soċjoloġija, Psikoloġija, Antropoloġija, Public Policy, Social Policy, Kummerċ, Liġi, Studji Ewropej, Komunikazzjoni, Studji Internazzjonali, Filosofija jew Social Work, jew kwalifikazzjoni professjonali kumparabbli flimkien ma' sena (1) esperjenza f'xogħol relevanti Jew kwalifika ta' Bachelor rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta' 180 ECTS/ECVET kredits, jew ekwivalenti, rigward programmi mibdija minn Ottubru 2003), fil-Project Management, Management, Gender Studies, Soċjoloġija, Psikoloġija, Antropoloġija, Public Policy, Social Policy, Kummerċ, Liġi, Studji Ewropej, Komunikazzjoni, Studji Internazzjonali, Filosofija jew Social Work, jew kwalifikazzjoni professjonali kumparabbli flimkien ma' tlett snin (3) esperjenza f'xogħol relevanti Il-kandidati għandhom ikollhom ħila li jaħdmu f'tim, ikollhom għarfien tajjeb tal-qasam tal-ugwaljanza, ikunu jafu jużaw sew il-kompjuter u kapaċi jużaw sew l-applikazzjonijiet relevanti tal-Microsoft Office. Huwa essenzjali li l-kandidati jkollhom kapaċitajiet tajba ta' komunikazzjoni, inkluż kitba eċċellenti tal- Malti u tal-Ingliż. Esperjenza / għarfien fl-Accounts, Project Management u Kuntratti Pubbliċi tal- Gvern huma meqjusa bħala vantaġġ. Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat fuq l-email equality@gov.mt lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar l-Ġimgħa 5 ta' Ġunju 2020. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2295 7850 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi Ewropej; 20% fondi Nazzjonali Twissijiet ta' fallimenti u qgħad Minn naħa l-oħra l-pressjoni - speċjalment minn stakeholders kbar fl-industrija turistika - qiegħda tikber u tagħfas fuq il- Gvern bi twissijiet ta' fallimenti u qgħad, ftit li huma pubbliċi u oħrajn li qed isiru mal-Gvern fil-magħluq. Dawn qed jgħidu li jekk dan is-Sajf l-ajruport se jibqa' kompletament magħluq il- Gvern se jkollu jiffaċċja l-falliment ta' ħafna negozji, kemm kbar u anke żgħar kif ukoll problema kbira ta' qgħad. Din il-pressjoni ekonomika qiegħda tiżdied minħabba ukoll minħabba żewġ raġunijiet mhux lokali. L-ewwelnett il-lobby tal-linji tal-ajru - ifakkar sors mill- qasam li tkellem mal-ILLUM - huwa b'saħħtu ħafna. Il- pressjoni li jitfgħu l-linji tal- ajru jwasslu biex Gvernijiet ikollhom jikkunsidraw x'se jagħmlu. Per eżempju linja tal- ajru bħal Ryanair, huwa fl-interess tagħha li tagħmel pressjoni biex rottot u destinazzjoni profittabbli għaliha bħal Malta, fejn espendiet bil- qawwi, jiftħu. U bħal din il-linja tal-ajru, oħrajn. Tant hu hekk li l-Ministru Julia Farrugia Portelli f 'intervista ma' din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda qalet li Ryanair u Lufthansa diġa' qed ibiegħu titjiriet lejn Malta għal Lulju. It-tieni hija l-Unjoni Ewropea u l-fatt illi Malta minn din il- ġimgħa - għalkemm mingħajr ma ssemmiet wisq fil-midja - iffirmat dikjarazzjoni ma' 10 pajjiżi oħrajn illi fiha qablu fuq it-triq 'il quddiem għar-restawr tal-moviment ħieles tan-nies fl- UE. Ħaddiema minn dan is- settur li tkellmu ma' din il- gazzetta esprimew i l - f r u s t r a z z j o n i tagħhom illi l-Gvern għadu lanqas imqar i k k o m u n i k a l - i n t e n z j o n i tiegħu maż ċerti i s t a k e h o l d e r s , kuntrarjament għal ħafna pajjiżi oħrajn fen qed isir pjan ta' x'se jiftaħ u x'mhux se jiftaħ sas-sajf li ġej u wara. l-pressjoni mill-lobby tat-turiżmu tiżdied Martin Balzan Tony Zahra Raġel isofri ġrieħi gravi f'inċident tat-traffiku Raġel ta' 35 sena, residenti Ħal Tarxien, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f 'inċident tat-traffiku. Kienu għall-ħabta tat-8:15 a.m x'ħin il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fi Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien. Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li kien seħħ impatt bejn Skoda Felicia li kienet qed tinstaq minn mara ta' 71 sena residenti Ħal Tarxien, u rota li kienet qed tinstaq mir- raġel ta' 35 sena. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet liċ- ċiklist l-Isptar Mater Dei għall- aktar kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020