Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Gvern qed jiffaċċja pressjoni kbira ħafna fuq deċiżjoni pjuttost kruċjali - jiġifieri dik dwar l-ajruport. Il- pressjoni hija waħda kbira, kemm mill-qasam u l-awtoritajiet tas-saħħa f 'pajjiżna - bl-MUMN u l-MAM ma jeskludu xejn mal-ILLUM jekk il-Gvern jiaħ l-ajruport għas-sajf - u anke mill-istakeholders il-kbar fl-industrija turistika, li qegħdin jagħmluha ċara illi jekk mhux se jitħallew jibdew joperaw b'ajruport miuħ dan is-sajf, ħafna se jgħalqu l-operat tagħhom jew bosta se jkollhom jiddikjaraw falliment u jkeċċu mijiet ta' nies mill-post tax- xogħol. Pero pressjoni kbira qed tiġi wkoll minn barra; primarjament l-linji tal-ajru, u l-Unjoni Ewropea wkoll. 'Jekk jiftaħ ... imbagħad niddeċiedu' Mal-gazzetta ILLUM il- President tal-MUMN Paul Pace filwaqt li reġa' sostna li l-unjin hija kontra t-turiżmu dan is-sajf mistoqsi minn din il-gazzetta x'se tagħmel il- unjin jekk kemm il-darba il- Gvern jiftaħ l-ajruport għal xi destinazzjonijiet fil-bidu tas-sajf, huwa qal: "Niddeċidu dakinhar." "Il-Gvern mhu qed jgħidilna xejn pero meta nitkellmu fuq l-ajruport, mhux jiċħad," jgħid Pace li jistaqsi li aktar milli jekk jiftaħ l-ajruport il- Gvern irid jibda jispjega kif se jagħmel dan. 'Nippruvaw nipperswadu, jekk ma naslux nagħmlu ta' rasna' Minn naħa tiegħu mal- ILLUM Martin Balzan mill- MAM , il-unjin tat-tobba, qal li jekk il-każi "jiżdiedu aħna rridu naraw kif se nipproteġu lill-membri tagħna ... l-ewwel nipprovaw nikkonvinċu u nipperswadu, imma imbagħad jekk ma naslux, hemm nagħmlu ta' rasna," saħaq Balzan. Huwa fakkar illi l-MAM - minkejja li l-Gvern qed jgħid li l-ftuħ tal-ajruport mhux se jiġri issa - saħansitra wissiet biex ir- ristoranti ma jiftħux għalissa u lanqas jiġu aċċettati gruppi ta' sitta flimkien. Intant Pace staqsa x'se jiġri jekk jaslu t-turisti u jekk fil- fatt dawn hux se jwasslu biex anke t-turiżmu l-intern ibati għax ħafna jiddeċiedu li jerġgħu jibqgħu d-dar. "X'se jagħmel bil- vulnerabbli l-Gvern? Se jħalli lin-nies vulnerabbli ġewwa biex ikun jista' jiġi t-turist? Lanqas dawn ma jistgħu jibqgħu msakkrin sas-sena d-dieħla!" Mistoqsi dwar il-fatt li kompetituri bħal Ċipru qed jiftħu Pace qal: "Jiena x'jimpurtani minn Ċipru? Ħafna pajjiżi oħrajn ma fetħux. Issa naraw l-effetti li se jkollha Ċipru," sostna waqt li staqsa jekk il-Gvern Malti għandux pjan ta' kemm ġejjin turisti. "Il-but iċċarrat, mhux tal- Maltin biss. Il-biża' kullimkien. Is-saħħa tal-infiq fl-UE naqas. Jiġifieri jekk jiġu 20,000 turist li huma biżżejjed biex imarduna - se jagħmlu differenza għall- ekonomija? Jiġifieri lukanda kbira - ta' 700 kamra se tiftaħ għal 20 turist? Sar kalkolu?" "Jekk jiġu 50,000 turist minn 2.6 miljun li jiġu s-soltu se tagħmel differenza sostanzjali?" staqsa Pace. Il-unjins ma jeskludu xejn waqt li l-pressjoni Il-Gvern jinsab f'nofs pressjoni dejjem tiżdied mill-unjins tal- ħaddiema tas- saħħa, l-MHRA u l-istakeholders fit-turiżmu, linji tal-ajru u issa anke l-UE dwar l-ajruport... Paul Pace

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020