Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250961

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 • illum 'Kwalunkwe vizzju huwa ħarba mir-realtà ... irridu YENDRICK CIOFFI "Kwalunkwe vizzju kemm jekk tad- droga, tas-sess, għax-xiri u oħrajn huwa dejjem ħarba mir-realtà. Irridu nħarsu lejn il-ħajja tal-addoloxxenti. Jekk huma qed jispiċċaw dejjem fuq il-midja soċjali, l-internet jew il-logħob, irridu naraw minn xiex qed jaħarbu. Għaliex ir-realtà tagħhom hija daqshekk iebsa." Hekk saħqet il-Psikoterapirsta Mariella Dimech mal-gazzetta ILLUM wara li rapport tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa wera kif l-addoloxxenti Maltin, dawk li għandhom bejn 11 u 15-il sena, huma l-aktar dipendenti fuq il-midja soċjali fost addoloxxenti minn 45 pajjiż. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Dimech dwar l-impatt li l-użu eċċessiv tal-midja soċjali jista' jħalli fuq is-saħħa mentali tal-addoloxxenti Maltin. Bdiet tisħaq li dan mhuwiex xi fenomenu tal- lum il-ġurnata. "Qabel, il-familji meta kienu jkunu fuq il-mejda flok jitkellmu kienu jaraw it- televiżjoni jew inkella jaqraw il-gazzetta flok jikkomunikaw. Illum hemm il- midja soċjali, jiġifieri l-Internet. Fejn qabel l-addoloxxenti kienu joqogħdu fil-kmamar tagħhom jisimgħu l-mużika, jaqraw jew joħolmu fid-dinja tagħhom, illum għandhom il-midja soċjali li toffrilhom l-opportunità li jikkomunikaw ma' sħabhom," saħqet Dimech. Anke jekk forsi nħarsu lejn dan il- fenomenu mill-aspett negattiv biss, il- psikoterapista spjegat li hemm vantaġġi wkoll tal-midja soċjali. Anzi fi kliemha, fi żmien il-pandemija tal-COVID-19 "allaħares ma kinitx il-midja soċjali," għax fi kliemha din offriet alternattiva għas-soċjalizzazzjoni aktar u aktar meta wieħed jiftakar li dawn spiċċaw imsakkra d-dar mill-klassijiet tal-iskola. "L-edukazzjoni mhijiex is-suġġetti u l-marki biss, iżda aspett importanti tal-edukazzjoni hija s-soċjalizzazzjoni, jitagħlmu kif imorru mal-ħbieb, kif ikampaw mal-frustrazzjoni, kif jiffaċċjaw l-ibbuljar, kif jibnu l-immaġini tagħhom, l-identità tagħhom u oħrajn. Kieku bħalissa ma kienx hemm il-midja soċjali, kieku kien ikollna problema akbar," saħqet Dimech. Iżda issa, aktar ma mmorru lura għan-normal, aktar iridu jsibu bilanċ. "Jekk ir-realtà hija diffiċli, l-addoloxxenti se jsibuha aktar diffiċli biex jaħarbu bil-midja soċjali ... hawn min għandu bżonn jaħrab fil-weekend, min għandu bżonn jaħrab kuljum u min kull minuta," saħqet Gauci. "Kull vizzju huwa ħarba mir-realtà ... irridu naraw minn xiex qed jaħarbu ż-żgħażagħ tagħna." Dimech saħqet li bħalissa, b'mod partikolari, ir-realtà hija diffiċli mmens. Fi kliemha, mhux faċli li l-addoloxxenti jagħmlu nofstanhar jisimgħu l-lezzjonijiet onlajn u waranofsinhar, flok joħorġu, se jsibu ruħhom xorta magħluqa fil-kamra tagħhom, x'aktarx wara l-iscreen tal-kompjuter u l-mowbajl. "Hija stressanti ħafna," insistiet Dimech. "Meta l - i s k e j j e l j e r ġ g ħ u jinfetħu u jkun hemm online e d u c a t i o n , l - e du k a z z j on i trid tagħti ħafna importanza lis- so ċjalizzazzjoni skont l-età u skont il-persuni. Hemm tfal li għalihom din mhux problema u hemm tfal li qed isibuha ħafna diffiċli." Temmet tfakkar li l-addoloxxenza hija l-aktar perjodu importanti fil-ħajja tal- bniedem għax ma hemm l-ebda perjodu ieħor li fih persuna tinbidel daqshekk. "Minn tifel jew tifla ssir adult. Hemm bidla enormi u mgħaġġla. Hemm bżonn li fl-edukazzjoni din nagħtu kasha," saħqet Dimech. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' soċjologa u psikoterapista hekk kif rapport tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa wera kif l-addoloxxenti Maltin huma l-aktar li jagħmlu użu eċċessiv mill-midja soċjali. Dan x'effett se jkollu fuq ħajjithom fil-futur? Għaliex din id-dipendenza? Tista' toħroġ xi ħaġa pożittiva minn dan kollu? Il-Psikoterapista Mariella Dimech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020