Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250964

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 analiżi illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali 22 ta' Mejju 2020 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 AVVIŻ (Miżura 4.1) Miżura 4.1: 'Appoġġ għal investimenti f'azjendi agrikoli' Id-Diviżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Fondi u l-Programmi, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall- Fondi Ewropej tħabbar it-tnedija mill-ġdid tal-Miżura 4.1 taħt il-Programm għall-Iżvilupp Rurali. L- applikazzjonijiet se jinfetħu fil-22 ta' Mejju 2020 u jagħlqu nhar il-Ġimgħa 24 ta' Lulju 2020 f'nofsinhar. Il-miżura 4.1 "Appoġġ għall-investimenti fl-azjendi agrikoli" għandha l-għan li tappoġġa investimenti f'sistemi u tagħmir effettivi u ambjentalment effiċjenti fir-rigward tal-ġestjoni tal-ħamrija, il-ħażna u l- użu tal-ilma, l-enerġija rinnovabbli, il-ġestjoni tal-iskart, u l-effiċjenza mtejba tal-użu u l-kontroll tal- fertilizzanti u l-pestiċidi. L-appoġġ għall-investimenti fl-azjendi huwa maħsub ukoll biex jimmira produttività mtejba fuq l-impriżi. Bdiewa, jew Gruppi ta' Bdiewa, jekk persuni naturali jew legali huma eliġibbli għal appoġġ taħt din il- miżura. Il-benefiċjarji magħzula se jirċievu 50% tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-proġett sa massimu ta' €150,000. Applikanti prospettivi għandhom jinnotaw li minħabba l-pandemija COVID-19, se jiġu aċċettati biss applikazzjonijiet b'mod eletroniku mibgħuta permezz ta' email lil rdd.mfea@gov.mt. L-applikanti prospettivi qed jingħataw parir biex jevitaw li jissottomettu applikazzjonijiet fl-aħħar jiem. Applikanti għandhom jinnotaw li kwalunkwe dokumentazzjoni li qabel kienet elenkata bħala obbligatorja għal din il-miżura issa se titħalla tiġi sottomessa anki wara d-data tal-għeluq. Din se tkun l-aħħar sejħa għall-miżura 4.1 taħt il-Programm ta' Żvilupp Rurali 2014-2020 sakemm ma jkunx notifikat mod ieħor mill-Awtorità ta' Ġestjoni. Aktar dettalji dwar il-proċess ta' applikazzjoni se jiġu ppubblikati fi żmien debitu fuq il-websajts tal- Awtorità ta' Ġestjoni www.eufunds.gov.mt u rdd.mfea@gov.mt. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata fuq l-indirizz elettroniku rdd.mfea@gov.mt jew numri tat-telfon 2200 1117 / 1162. Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali 22 ta' Mejju 2020 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 AVVIŻ (Miżura 4.1) Miżura 4.1: 'Appoġġ għal investimenti f'azjendi agrikoli' Id-Diviżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Fondi u l-Programmi, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall- Fondi Ewropej tħabbar it-tnedija mill-ġdid tal-Miżura 4.1 taħt il-Programm għall-Iżvilupp Rurali. L- applikazzjonijiet se jinfetħu fil-22 ta' Mejju 2020 u jagħlqu nhar il-Ġimgħa 24 ta' Lulju 2020 f'nofsinhar. Il-miżura 4.1 "Appoġġ għall-investimenti fl-azjendi agrikoli" għandha l-għan li tappoġġa investimenti f'sistemi u tagħmir effettivi u ambjentalment effiċjenti fir-rigward tal-ġestjoni tal-ħamrija, il-ħażna u l- użu tal-ilma, l-enerġija rinnovabbli, il-ġestjoni tal-iskart, u l-effiċjenza mtejba tal-użu u l-kontroll tal- fertilizzanti u l-pestiċidi. L-appoġġ għall-investimenti fl-azjendi huwa maħsub ukoll biex jimmira produttività mtejba fuq l-impriżi. Bdiewa, jew Gruppi ta' Bdiewa, jekk persuni naturali jew legali huma eliġibbli għal appoġġ taħt din il- miżura. Il-benefiċjarji magħzula se jirċievu 50% tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-proġett sa massimu ta' €150,000. Applikanti prospettivi għandhom jinnotaw li minħabba l-pandemija COVID-19, se jiġu aċċettati biss applikazzjonijiet b'mod eletroniku mibgħuta permezz ta' email lil rdd.mfea@gov.mt. L-applikanti prospettivi qed jingħataw parir biex jevitaw li jissottomettu applikazzjonijiet fl-aħħar jiem. Applikanti għandhom jinnotaw li kwalunkwe dokumentazzjoni li qabel kienet elenkata bħala obbligatorja għal din il-miżura issa se titħalla tiġi sottomessa anki wara d-data tal-għeluq. Din se tkun l-aħħar sejħa għall-miżura 4.1 taħt il-Programm ta' Żvilupp Rurali 2014-2020 sakemm ma jkunx notifikat mod ieħor mill-Awtorità ta' Ġestjoni. Aktar dettalji dwar il-proċess ta' applikazzjoni se jiġu ppubblikati fi żmien debitu fuq il-websajts tal- Awtorità ta' Ġestjoni www.eufunds.gov.mt u rdd.mfea@gov.mt. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata fuq l-indirizz elettroniku rdd.mfea@gov.mt jew numri tat-telfon 2200 1117 / 1162. futur seren. Ċedi mill-poter tiegħek! effettiv tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-istat Malti u jimminaw is- separazzjoni tal-poteri, li hi l-bażi tad-demokrazija. Ir-reazzjoni ta' Joseph Muscat u ta' Owen Bonniċi għal dan iċ-ċertifikat xokkanti kienet l-għebbusija tar-ras. Innegaw ir- realtà, fuq il-mezzi tax-xandir wasslu stampa ferm differenti lill-pubbliku, u fuq kollox baqgħu jappuntaw maġistrati u imħallfin ġodda b'metodu li kien ċertifikat li ma jixraqx lil demokrazija. Wara l-waqa' tal-Gvern ta' Joseph Muscat fl-isfond ta' protesti tal-massa mis-soċjetà ċivili, żviluppi xokkanti fl-awli tal-qorti kriminali li kixfu rabta qawwija bejn Kastilja u l-allegat mandant ta' l-assassinju ta' ġurnalista, u għajnejn id-dinja miuħa beraħ fuq Malta, f 'Jannar ta' din is- sena l-ballun ġie f 'saqajn Robert Abela u Edward Zammit Lewis, li ngħażel bħala l-Ministru l-ġdid tal-ġustizzja. Wara ġimgħat ta' dikjarazzjonijiet fierħa mill- gvern, fejn kien imwiegħed li issa l-affarijiet kienu ser isiru bis- serjetà u b'konsultazzjoni effettiva u f 'waqtha mas-soċjetà ċivili, sibna ma' wiċċna l-istess attitudni ta' Joseph Muscat u Owen Bonniċi. L-uċuh huma differenti, iżda l-attitudni hi simili. Wara li pruvaw iżommu mistura kemm felħu l-proposti tagħhom li suppost kienu intiżi biex jindirizzaw il-problemi individwati mill-Kummissjoni ta' Venezja, xi tagħrif dwar il-proposti kien leaked u eventwalment il-gvern kien imġiegħel jippubblika l-proposti tiegħu. Meta wieħed jiflihom sew, malajr jinduna li dawn huma ferm 'il bogħod minn dak mistenni bi standards demokratiċi. Biex nagħti eżempju, fil- proposti tiegħu fir-rigward tal- ħatra tal-ġudikatura, il-gvern baqa' ma jridx jagħti lill-ġudikanti l-poter effettiv li jagħżlu lil maġistrati u imħallfin ġodda. Lanqas ma jirrikonoxxi, aħseb u ara kemm jindirizza, il-bżonn li jkunu mitigati l-konsegwenzi tal- ħtif tal-ġudikatura li seħħ f 'dawn l-aħħar seba' snin. Dan xejn ma jawgura tajjeb għall-futur ta' pajjiżna. Hu evidenti li Robert Abela m'għandu l-ebda rieda, aħseb u ara ħeġġa, li jitbiegħed mill-metodi anti- demokratiċi ta' Joseph Muscat. Dan ser ikollu konsegwenzi ħżiena ħafna għas-soċjetà tagħna. L-ewwelnett, ser inbatu għaliex ser inkomplu nkunu imċaħħda minn istituzzjonijiet integri, ħielsa u effettivi, bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu. It-tieni, sforz l-għebusija tar-ras ta' Robert Abela, Malta qed tissogra li tibqa' ikkunsidrata bħala pajjiż fejn is- saltna tad-dritt hi difettuża. U min irid jinvesti flusu f 'pajjiż fejn ma tkunx garantita l-ġustizzja? Il-verità hi li l-għebsija tar- ras ta' Robert Abela u tal-gvern tiegħu li ma jċedix il-poteri li b'mod naturali fid-dinja tal-lum m'għadhomx jappartjenu lilu, ser tkompli tnaqqas mill-kwalità tal-ħajja tagħha li ngħixu fuq din l-art. Ninsab konxju li quddiem dan kollu bosta jirreaġixxu billi jgħidu "Imma jien x'jimpurtani!" u li "L-importanti li aħna fil-Gvern!". Lil min jaħsibha b'dan il-mod, inħeġġu jħares aktar fil-bogħod u lil'hinn mis-simpatiji partiġġjani tiegħu. Ejjew ilkoll inkunu dejjem fil- gvern ta' pajjiżna billi niżguraw li jkollna istituzzjonijiet li jaqdu lilna ċ-ċittadini. Żmien ir-rejiet u l-gvernaturi suppost ilu li spiċċa f 'pajjiżna, iżda ħarsa sew lejna turik li l-prim ministru tagħna jipprova jġib ruħu ta' re jew gvernatur u mhux lest jippermetti li jkollna istituzzjonijiet ħielsa mill-ħakma tiegħu. Robert Abela, ħalli lil pajjiżna jkollu futur seren. Ċedi mill-poter tiegħek! Robert Aquilina huwa l-President- Elett tal-Għaqda Repubblika Hu evidenti li Robert Abela m'għandu l-ebda rieda, aħseb u ara ħeġġa, li jitbiegħed mill-metodi anti- demokratiċi ta' Joseph Muscat. Dan ser ikollu konsegwenzi ħżiena ħafna għas-soċjetà

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020