Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250964

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

20 analiżi IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 • illum Robert Abela, ħalli lil pajjiżna jkollu futur ROBERT AQUILINA Fil-21 ta' Settembru 1964 il-Prim Ministru ta' Malta wiret il-poteri li qabel kellu l-Imperu Ingliż fuq il-gżejjer Maltin. Għas-snin ta' wara l-Indipendenza din il- konċentrazzjoni ta' poter f 'idejn persuna waħda kienet tagħmel sens, partikolarment meta wieħed iqis li n-Nazzjon Malti kien qed jagħmel l-ewwel passi tiegħu bħala stat indipendenti, peress li kien qiegħed jagħmel dan fi żmien il-gwerra bierda u peress li kien jeħtieġ li joħloq ekonomija mix-xejn. Kien hemm bżonn li jkun hemm figura b'saħħitha li tiggarantixxi kontinwità u koerenza f 'dawk l-ewwel passi tal-Istat Malti. Iżda dak li kien aċċettabbli, jew addirittura bżonjuż, 56 sena ilu, mhux neċessarjament għadu jgħodd illum għal pajjiż li suppoSt għandu demokrazija matura u li għażel li jifforma parti mill- familja tal-pajjiżi ewropej. Qafas leġiżlattiv li jiftaħ il-bibien għall-abbuż Minkejja l-mgħodija ta' tant żmien, il-prim ministru Malti baqa' igawdi dawn il-poteri sproporzjonati. Għalkemm matul is-snin saru xi riformi pożittivi f 'dan ir-rigward, bħal per eżempju l-ħolqien tal-kunsilli lokali, dawn ma swewx biex inaqsu mill-poter esaġerat tal-prim ministru. Il-liġi u l-prattika baqgħat tippermetti li l-prim ministru Malti jieħu deċiżjonijiet li jvarjaw min- nomina tal-persuna li tkun eletta President tar-Repubblika sal- għażla tal-impjegat fl-anqas grad mal-gvern. Dan kollu ma seħħx f 'vakum, iżda f 'soċjetà li tgħix fuq gżejjer żgħar u b'sens qawwi ta' tribaliżmu u klijenteliżmi, li proprju minħabba din il-konċentrazzjoni ta' poter komplew jitkattru. Fil-prattika dan kollu fisser li l-qafas leġislattiv Malti kien u għadu miuħ għall-abbuż mill- persuna li minn żmien għal żmien tkun tokkupa l-kariga ta' prim ministru. Hu evidenti li din id- diskrezzjoni eżaġerata li gawdew il-prim ministri Maltin minn żmien għal mien ġiet abbużata f 'ċerti okkażjonijiet. Joseph Muscat isir Prim Ministru Iżda minn ċertu punt 'il quddiem l-abbuż, li sa dak iż- żmien kien għadu l-eċċezzjoni, sar ir-regola. Mill-mument li fih f 'Marzu tal-2013 rifes l-għatba tal-Berġa ta' Kastilja, Joseph Muscat għamilha punt li jabbuża mid-diskrezzjoni li ġabet magħha l-kariga ta' prim ministru. Dan beda jagħmlu mill-ewwel minuti billi ħeles minn kważi s-segretarji permanenti kollha, li kif nafu suppost ma jinbidlux ma' bidla fil-gvern iżda jibqgħu hemm biex jassiguraw kontinwità u biex ma jsirux abbużi fl-entitajiet li minnhom ikunu responsabbli. Wara, Joseph Muscat ra kif għamel u ħeles minn kummissarju tal-pulizija li kien ix-xempju tal- onestà u l-integrità, tant li taħtu, fost l-oħrajn, kienu inqabdu jixxaħmu u ittieħdu passi effettivi kontra tagħhom tlett imħallfin u kien iddeċieda li joħroġ akkużi kriminali kontra eks-ministru u eks Kummissarju Ewropew malli dan jerġa' lura Malta minn Brussel. Fis-seba' snin ta' wara, il-Korp tal-Pulizija kompla jiddgħajjef u jkun umiljat b'xejn anqas minn tlett kummissarji u żewġ aġenti kummissarji. L-istess destin mess lill-FIAU, l-aġenzija Maltija responsabbli, fost l-oħrajn, mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Kien żgurat li din ma tagħmilx xogħolha, speċjalment fil-mument li tfaċċaw akkużi kontra ministru tal-gvern, iċ-chief of staff tal-prim ministru u l-prim ministru innifsu. Min kien imexxi din l-aġenzija ħass li ma kienx qed jitħalla jagħmel xogħlu u warrab. Il-ġudikatura ma messitix xorti aħjar. Joseph Muscat sfrutta l-poter sproporzjonat tiegħu sabiex mela l-Qrati tagħna b'maġistrati u imħallfin li kellhom konnessjoni mal-partit laburista, minn eks deputat mexxej tal- partit laburista, għal eks membru parlamentari tal-partit laburista, għal eks sindku tal-partit laburista, għal eks-kanditati tal- partit laburista, għal eks-uffiċjali tal-partit laburista. Id-deputati fuq in-naħa tal- gvern kellhom trattament aħjar, għax is-silenzju ta' kważi dawk kollha minn fosthom li ma nħatrux ministri jew segretarji parlamentari inxtara billi ngħataw impjieg mal-gvern jew ingħataw xi konsulenza, bi ksur sfaċċat tal- liġijiet ta' pajjiżna. Kien żgurat li ħadd ma jitħajjar jirribella, jiġri x'jiġri. Tinqatel Daphner Caruana Galzia F'dan il-kuntest ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia, il- ġusnalista investigattiva li kienet għamlet allegazzjonijiet serjissimi ta' korruzzjoni u kollużjoni bejn esponenti u uffiċjali tal-Gvern ta' Joseph Muscat u negozjanti magħrufa. Dan l-att barbaru kixef quddiem id-dinja kollha l-istat ta' korruzzjoni u ta' impunità li teżisti f 'Malta. L-istituzzjonijiet tagħna fallew u għalkemm bosta f 'Malta baqgħu jirriutaw li jaraw ir-realtà kerha li fiha jinsab pajjiżna, id- dinja indunat li Malta kienet saret problema internazzjonali. Kienet qed tonqos milli taqdi l-aktar obbligu primarju tagħha, u ċioe' li tiżgura l-legalità fit-territorju tagħha u li l-istituzzjonijiet tagħha ma jkunux infiltrati mid- delinkwenza. Kummissjoni Venezja: Il-PM għandu wisq poteri F'dan il-kuntest l-Assembleja Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa inkarigat lill- Kummissjoni ta' Venezja sabiex tirrapporta dwar il-qagħda f 'Malta, partikolarment fir- rigward tal-qafas kostituzzjonali, is-separazzjoni tal-poteri, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-operat tal-entitajiet responsabbli mill-infurzar tal-liġi. Fir-rapport ippubblikat minnha f 'Diċembru tal-2018, il-Kummissjoni ta' Venezja iċċertifikat l-poter sproporzjonat tal-prim ministru Malti u li dan mhux soġġett għall- kontrolli meħtieġa f 'demokrazija. Il-Kummissjoni sabet li dawn il-fatti jostakolaw l-iffunzjonar Mill-mument li fih f'Marzu tal-2013 rifes l-għatba tal-Berġa ta' Kastilja, Joseph Muscat għamilha punt li jabbuża mid- diskrezzjoni li ġabet magħha l-kariga ta' prim ministru. Dan beda jagħmlu mill-ewwel minuti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020