Illum previous editions

ILLUM 24 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1250964

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 letteratura illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2020 tar-Raġuni (L'âge de raison) – l-ewwel wieħed mit-tliet rumanzi li jsawru t-triloġija ta' Sartre It-Toroq tal-Libertà (Les chemins de la liberté). Portelli jpoġġi l-karattri tiegħu sewwasew taħt dina il-kundanna: "Ħafna drabi wkoll l-inkontri jpoġġuna f 'sitwazzjonijiet li mhux dejjem ċara għalina x-xelta li għandna nagħmlu jew kif għandna naġixxu. Nofs kelma mhux f 'waqtha jew anke tegħmiża bla bżonn, kważi bla ħsieb jistgħu jdaħħluna f 'sitwazzjonijiet ta' responsabbiltà li ma konniex qed nistennew jew anke forsi ma rridux naffaċċjaw. Imma bħala bnedmin m'għandniex xelta: dejjem ikollna naġixxu. Anke jekk ma nagħmlu xejn, din hi xelta fiha nnifisha. Il-libertà umana dejjem iddaħħalna fir-realtà inevitabbli tal-aġir", iwissi – jew jilmenta – Portelli. Dilemma bħal din naqraw dwarha wkoll, ngħidu aħna, fid-dijalettika tal-libertà skont il-filosofu Russu Nikolai Berdyaev. Jidhirli li dan tal-aħħar forsi kien għaraf iħoll dina l-kobba aħjar, iżda dak argument għal darb'oħra u għal xi mkien ieħor. Fil-ġabra Inkontri ta' Kuljum John Portelli donnu jissuġġerixxi, xi it bħal Sartre, illi għal xi wħud mill-karattri li ħoloq f 'dawn l-iskizzi l-libertà tal-għażla fil-fatt hija kundanna imperattiva iżjed milli prerogattiva fakultattiva – sentenza li għaldaqstant qabelxejn insiru konxji minnha l-iżjed mhux fil-kuntentizza jew fil-ħila li norjentaw ruħna aħjar f 'ħajjitna iżda fl-anzjetà. Għandu mnejn hija proprju din l-anzjetà – dina l-angst – illi fl-aħħar twassal lil David Hurdle (Tim Hortons) u lil Renata (L-Eżitazzjoni Kiesħa) biex jaqtgħuha darb'għal dejjem li ma jridux jagħżlu iżjed. Abbli wkoll – min qatt jista' jgħid għajr forsi Portelli? – dina kienet ukoll il-kaġun ta' Dr. Arnold Cassar (L-Ittra). Kapaċi tispjega wkoll il-biki ta' ċerta mara anzjuża fuq l-ajruplan (It-Tabib). Hu x'inhu, min jista' qatt iseħħlu jfarraġ lil mara li suppost kellha tibda impjieg tajjeb ġewwa Philadelphia (Il-Kuġina)? L-essenza tal-eżistenti fittizji Fl-iskema kożmika arbitrarja għalkollox ta' Sartre fejn inzerta – biex nieħu spunt mit- titlu tal-ġabra ta' saġġi teatrali ta' Bogart – m'hemmx Direttur li jħejji minn qabel sabiex imbagħad nirreċtaw, voldieri fejn m'hemmx Alla li jipprovdi bil-lest essenza pre-natali għall-bnedmin jew tifsira universali għall- ħolqien kollu, l-ispjega tal-eżistenza tagħna u t-tifsira tad-deċiżjonijiet illi nieħdu f 'ħajjitna jenħtieġ insibuhom aħna minn jeddna. Jiena u nħażżeż dawn il-ħsibijiet rigward il-ġabra Inkontri ta' Kuljum staqsejt lili nnifsi għal darba tnejn jekk dawn il-karattri – almenu fl-għamla fittizja tagħhom – għandhomx jinżammu b'responsabbli mill-għażliet u mill-għemejjel tagħhom, ġaladarba dawn l-eżistenti għandhom Ħallieq illi jfassal minn qabel l-essenza tagħhom. Dan ifisser illi tajjeb jew ħażin dina l-paternità kreattiva tiddeċiedi wkoll l-eżiti tad-deċiżjonijiet li jieħdu matul is-suppost "inċidenti psikoloġiċi" li jsawru r-rapporti ontoloġiċi tagħhom. Kunsiderazzjonijiet bħal dawn – dejjem jekk neskludu l-possibbiltà plawżibbli li l-karattri fittizji mal-kors tal-pinna ġieli bħal jieħdu l-lala jmexxu lill-awturi lejn bnadi li ma kienx biħsiebu jżurhom – is- soltu jsiru l-iżjed fid-dibattiti bejn dawk li jemmnu fir-rieda ħielsa u dawk li jaħilfu bil-predestinazzjoni. F'artiklu mxandar mill-BBC Magazine, Why do people relate to fictional characters?, ir-rumanzier Will Self iqajjem diversi mistoqsijiet penetranti dwar in-natura tar-rieda tal-karattri fittizji u dik tagħna bħala qarrejja. Jittanta juri kif il-perspettiva sub specie aeternitatis tagħna flimkien mal-pożizzjoni li nħaddnu f 'dad- dibattittu filosofiku partikulari għandhomx ħabta jqanqlu jew le sentimenti ta' simpatija u mogħdrija. Rien ne va plus? Dawn il-mistoqsijiet aħħarija tiegħi u l-argumenti ta' Self għall-ewwel abbli jidhru kemxejn perifiċi, l-iżjed jekk qabelxejn ma nistaqsux jekk xi minn daqqiet tassew inħossux illi aħna – bħal dawn il-karattri maħluqa minn Portelli – qed ngħixu ħajja fejn fiha b'xi mod kollox diġà ġie deċiż. Dawn l-iskizzi eżistenzjali għandhom iqajmu fina – kemm-il darba naqrawhom bir-rimarki ta' Portelli f 'moħħna – bosta mistoqsijiet dwar il-limiti tal-libertà tagħna u tal-oħrajn kif ukoll, xejn inqas, dwar il-paternità fis- sens ontoloġiku wiesa' ta' Levinas. Jistgħu jħeġġuna nistaqsu mill-ġdid fejn sewwasew tibda u tintemm ir-responsabbiltà tagħna f 'kull ħaġa li niddeċiedu u nwettqu, b'mod speċjali fir-riskji li nazzardaw nieħdu l-"inċidenti psikoloġiċi" tal-inkontri tagħna ta' kuljum. Rien ne va plus! Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jirrifletti dwar il-ġabra ta' skizzi Inkontri ta' Kuljum ta' John Portelli. Jikkonċentra l-iżjed fuq id-daħla tal-ġabra li tinkwadra dawn l-istejjer qosra fil-kunċetti tal- inċident psikoloġiku tar-relazzjonijiet ontoloġiċi u tal-paternità wiesgħa skont kif imfissra minn Emmanuel Levinas. Ir-reċensjoni tiftaħ bi skizz dwar inkontru partikulari ta' Jean-Paul Sartre u iżjed tard tidentifika xebh bejn il-ħsibijiet ta' Portelli u ta' dan il-filosofu eżistenzjalist fir-rigward tal-kundanna tal-libertà. L-analiżi ta' Saliba tintemm b'mistoqsijiet dwar l-essenza tal-eżistenti fittizji u dwar jekk din, wara kollox, forsi tixbahx xi ftit ukoll lill-essenza tagħna l-bnedmin: fin-nofs jaf hemm il-limiti tal-libertà u tar- responsabbiltà tagħna f'kulma niddeċiedu u nwettqu fl-inkontri li jkollna kuljum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 May 2020