Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262264

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 analiżi illum • IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 In-nies tal-midja jitkellmu mal-ILLUM Kif tiddeskrivi l-istat tal-midja f 'Malta bħalissa? Tinsab aħjar milli kienet 20 sena ilu jew agħar? Jekk qed nitkellmu fuq il-midja ġurnalistika mod - ma ninsewx li llum x-xenarju tal-midja inbidel u llum hemm il-midja soċjali, li saret kemm sors għal dik tradizzjonali imma wkoll theddia. Fil-qasam tal-midja pluralista, b'mod ġenerali, kien hemm progress hekk kif illum hemm aktar ġurnalisti minn qabel li qed jisfidaw lill-poter. Għoxrin sena ilu kont issib l-aktar lill-ġurnalisti tal-partit, li aktar kienu jagħmlu propoganda u stejjer invesigattivi fuq il-partit oppost biss. Illum l-investigazzjoni saret parti mill-ġurnaliżmu b'mod ġenerali. Jekk imbagħad tieħu l-qasam tat-TV għandek dominanza mill-aħbarijiet tat-TVM u l-bqija l-ONE u n-NET, bl- akkuża dejjem tkun illi l-PBS mhux investigattiv daqs kemm hemm bżonn u li huwa ċar illi l-linja editorjali tiegħu tirrepeti n-narrativa tal-Gvern, wieħed jew ieħor. Minkejja kollox iżda - kemm l-isfidi ta' riżorsa u anke l-isfidi finanzjarji - kieku kelli nagħti marka lill-ġurnaliżmu Malti llum, nagħtih marka ogħla minn dak ta' 20 sena ilu. Jidher li hemm ostilità - lokali u internazzjonali - kontra l-midja u l-ħaddiema tagħha li qiegħda tikber. Għalfejn taħseb li qed jiġri dan? Tħoss li l-midja tilfet il-polz tan-nies? Jiena dejjem ngħid li t-test ta' ġurnalist tajjeb jew le, huwa li taqbad il-lista ta' nies kontrik qabel sirt ġurnalist u terġa taraha meta titlaq minn ġurnalist. Jekk il-lista ma titwalx, mela mhux ġurnaliżmu kont qed tagħmel. U dan għaliex il-ġurnalist qiegħed hemm biex jgħaddi jew jikxef informazzjoni li xi ħadd ximkien ma jridx li toħroġ, għalhekk jingħad illi fi gwerra l-ewwel vittma hija l-verità u t-tieni vittma huwa d-dritt li l-poplu jkun jaf dik il-verità. Dawn l-attakki u l-ostilità mhux xi ħaġa ta' Malta biss pero. Jekk tħares lejn Trump tara attakki bla waqfien fuq il-midja, jekk tara r-restrizzjonijiet fl- Ungerija kontra l-midja mill- Gvern ta' Orban jew fit-Turkija. Illum sar aktar perikoluż li tkun ġurnalist. Imma apparti restrizzjonijiet li jagħmel il-Gvern hemm ukoll ir-restrizzjonijiet li joħolqu n-nies meta jiċċaħdu mid-dritt tagħhom li jkollhom aċċess għal sorsi differenti ta' informazzjoni. Apparti minn dan, xi kultant jiġu attakkati ġurnalisti - nissuspetta li xi kultant ukoll b'mod ikkoordinat - meta jekk tara ħafna kummenti - ikun ċar li min qed jattakka lanqas biss qara l-istorja. Il-midja - speċjalment - dik stampata qed tiffaċċja pressjonijiet finanzjarji kbar, bid-dipendenza fuq ir-riklami tal-l-Gvern tiżdied. Kif se ssib bilanċ bejn il-parzjalità, il-bżonn li tinvestiga u li tikkritika u dik l-id li fl-aħħar mill-aħħar qed titmagħha? Huwa vera li r-riklamar qed imur aktar fuq il-midja soċjali, filwaqt li h e m m p r o b l e m a ta' riżorsa - u allura Kamra tal- A ħ b a r i j i e t m'g ħ a n d h i e x il-possibilità u r-riżorsa li per eżempju, tħalli ġurnalist tliet ġimgħat jinvestiga fuq storja waħda. U din hija problema li qed jiffaċċjaw Kmamar tal-Aħbarijiet barra minn Malta wkoll. Meta dan l-aħħar il-Gvern ta l-għajununa finanzjarja, aħna ħadnieha - ħa nkunu ċari. Naturalment u idealment aħjar ma teħodhiex. Issa aħna ħadniha pero nippruvaw illi din ma tbiddel xejn u ma tinfluwenzax il-linja editorjali tagħna. Issa iva, jekk tistaqsini x'se tagħmel dik il-midja li 80% tad- dħul tagħha ġejja mill-Gvern u xi pressjoni se jkollha, jiena ngħid li vera se jkun hemm pressjoni. L-ewwelnett iżda tilgħab id- determinazzjoni li ma jsirx kompromess bejn ir-riklamar u l-linja editorjali u biex dan isir irid ikun hemm sfroz kollettiv tal-Kmamar tal-Aħbarijiet kollha. Il-Gvern ma jistax iwaqqaf ir-riklamar għax storja ma togħġbux. Meta kont il-Ġens darba ġrat. Ikkritikajna lill-Air Malta u sparixxew r-riklami kollha. Jekk mhux se nżommu sodi flimkien dwar il-fatt li l-linja editorjali u l-kummerċ ma jitħalltux, jekk mhux se nirreżistu dan ma nibqgħux ġurnalisti imma nsiru prostituti. Fr. Joe Borg Kif tiddeskrivi l-istat tal-midja f 'Malta bħalissa? Tinsab aħjar milli kienet 20 sena ilu jew agħar? M i l - l a t f i n a n z j a r j u m'hemmx dubju li l-midja kienet fi stat aħjar 20 sena ilu għall-fatt li l-mudelli kummerċjali kienu iktar ċari. Il-gazzetti, l-istazzjonijiet tat- TV u r-radju kienu jagħmlu flushom mill-bejgħ tar-riklami u fil-każ tal-gazzetti, xi ftit ukoll mill-bejgħ. Illum dan il-mudell ekonomiku tħarbat, partikolarment minħabba l-wasla tal-midja soċjali. Għandek udjenzi li qed iġibu l-aħbar tagħhom, jew isegwu l-affarijiet li jinteressawhom, b'xejn fuq l-internet, iżda l-pjattaformi online għadhom mhux jagħmlu l-istess dħul mir- riklami. Din toħloq sfida ta' dħul diċenti għall-midja li jista' jkollha wkoll riperkussjonijiet demokratiċi għax jonqsu r-riżorsi finanzjarji għal ġurnaliżmu effettiv. Filwaqt li l-midja soċjali ħolqot dinamika demokratika ġdida u bżonnjuża, fl-istess waqt tista' tkun ta' theddida għal ġurnaliżmu professjonali. Jidher li hemm ostilità - lokali u internazzjonali - kontra l-midja u l-ħaddiema tagħha li qiegħda tikber. Għalfejn taħseb li qed jiġri dan? Tħoss li l-midja tilfet il-polz tan-nies? Jekk inħares lejn ix-xena lokali, din is-sitwazzjoni mhix ġdida. Għal min ilu fis-settur jaf li l-ostilità u l-antipatija lejn il-midja u l-ħaddiema fi ħdanha, partikolarment il-ġurnalisti, tinħoloq u tmut skont il-kritika politika li tkun qed issir fil-mument. Tul il-karriera tiegħi kelli min jgħidli li jien Nazzjonalist meta ikkritikajt jew ktibt xi ħaġa li tpoġġi f 'dawl xejn tajjeb lill-Partit Laburista, u min ittimbrani Laburist talli ikkritikajt lill-PN. Kultant dawn it-timbri sempliċi jieħdu sura iktar aggressiva. Dejjem emmint li ġurnalist għandu jkun lest li jirċievi l-kritika u f 'ċirkostanzi hekk l-aħjar tweġiba tkun li tibqa' għaddej b'xogħlok basta tkun ġust u leali lejn il-fatti. Kultant nemmen li l-midja tilfet il-polz tan-nies però nħoss li dan hu riżultat tan- nies li jiffurmaw il-kmamar tal- aħbarijiet. Speċjalment fil-midja li tikteb bl-Ingliż hemm tendenza li l-ġurnalisti (mhux għax iridu) jiġu minn ċertu background soċjali u ekonomiku li mhux bilfors jirrifletti l-firxa kollha tas-soċjetà. U għalhekk issib antipatiji ingranati għall-festi, għall- kaċċa, għall-murtali, għal kulmin ilissen tħassib fuq l-immigrazzjoni. Hemm bżonn li ġurnalist joħroġ iktar miż-żona ta' komfort tiegħu. Dan ma jfissirx li ssir taqbel mal-kaċċa jekk int kontra, jew taqbel ma' min hu kontra l-immigranti, iżda li tifhem il- ħsibijiet, il-biżat u l-passjoni ta' dawn in-nies biex tkun tista' tirrifletti wkoll din in-naħa tal- munita filwaqt li żżomm mal- prinċipji ġurnalistiċi u editorjali tiegħek. Il-midja - speċjalment - dik stampata qed tiffaċċja pressjonijiet finanzjarji kbar, bid-dipendenza fuq ir-riklami tal-l-Gvern tiżdied. Kif se ssib bilanċ bejn il-parzjalità, il- bżonn li tinvestiga u li tikkritika u dik l-id li fl-aħħar mill-aħħar qed titmagħha? Ma nifhimx lill-paladini tad- demokrazija li jikkritikaw lill- midja tradizzjonali għax taċċetta reklami mill-gvern, donnu dan xi dnub mejjet. Fil-verità, jekk il-finanzjament tal-gvern f 'forma ta' reklami ma eżistiex f 'dan il-perjodu tal-COVID, il-gazzetti mietu u dan kien ikun l-ikbar disservizz għad-demokrazija. Jien ngħid li hu dmir tal- gvern, li f 'mumenti bħal dawn juża l-finanzjament pubbliku biex jiżgura midja b'saħħitha. Dan ma jfissirx li l-midja m'għandix tfittex sorsi alternattivi ta' finanzjament. Importanti li ma jkollix il-bajd kollha f 'qoffa waħda. Bl-ebda mod il-midja m'għandha tħossha mxekkla milli tinvestiga u tirrapporta dak kollu li hemm bżonn, anki jekk dan ifisser tigdem l-id li qed titmagħha, iżda dan jgħodd kemm għall-finanzjament li ġej mill-gvern, kif ukoll minn dak privat. Finalment, mingħajr flus ma jkunx hemm riżorsi biex timpjega ġurnalisti tajbin u żżommhom miegħek għat-tul taż-żmien. Kurt Sansone

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020