Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264349
13 intervista illum • IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 min kieku għalih lanqas biss neżistu' hi - "trid toqgħod ħalqek magħluq, grata għal kollox u tgħid iva għal kollox. U jekk tikkitika malajr terġa ssir p**ta mbagħad." Imma Coleiro tħoss li xi darba dan il- pajjiż se jaċċetta d-diversità tal-ħsieb? Jew kulħadd se jibqa' reġimentat ma' partit, jiġri x'jiġri? Hija tgħid li fejn għandha x'taqsam hi - persuna deterimintata u dak li taħseb tgħidu u dak li tixtieq tagħmel, tagħmlu. Ma teskludix li toħroġ għall-elezjoni Mistoqsija jekk tikkunsidrax toħroġ għall- elezzjoni Coleiro qalet illi filwaqt li kemm il-Partit Laburista u anke dak Nazzjonalista talbuha biex toħroġ għall-Kunsilli Lokali, hija qalet illi ma teskludix illi xi darba toħroġ għal elezzjonijiet oħrajn li jsiru fil-pajjiż "Jiena iżda napprezza, anke meta staqsieni l-PL, li talbuni ż-żewġ partiti." "Taf xi jdejjaqni?" staqsiet Coleiro. "Li minkejja r-rebħa kbira ħafna li kiseb il- Partit Laburista fl-2019 għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, eluf kbar ta' nies ddeċidew li ma jmorrux jivvutaw. Dawn mhux kollha Nazzjonalisti jew Laburisti u nemmen li huma nies li tilfu l-fiduċja fil- politika lokali." Hija qalet illi minkejja li eluf - preċiżament 100,000 votant reġistrat - ma vvutawx xorta ġew eletti MEPs u dak li se jagħmlu xorta se jaffetwa lil pajjiżna. "Hawn ċittadini li xorta qed jintlaqtu mill- bidliet u minn dawk eletti imma li mhux qed jipparteċipaw u lanqas qed jagħtu każ. Din iddejjaqni." 'Jien rabbejt qoxra ...' Infakkarha illi hi ħadet azzjoni u malli għamlet dan qamet diskussjoni u anke ngħatat ħafna spazju fuq il-midja. X'inhu l-messaġġ tagħha lil dawk il- persuni trans li ma qablux magħha jew saħansitra li jgħidu illi kieku huma ma kinux jirrappurtaw. "Kull minoranza tiġi bullied. Jiena rabbejt qoxra - imma l-aktar li weġghatni kien meta qalu li missieri - li tant kien iħobbni- miet għax jiena trans. Li jiena tfajtu fil-qabar bl- inkwiet" Hija qalet illi kieku riedet u ħajjitha kienet tkun aktar aktar faċli, ma tatx każ u kompliet tgħid dak li tħoss u kollox kien jintesa'. "Imma mbagħad staqsejt lili nnifsi: Għalfejn għandi ninsa? Għalfejn persuna għandha tiġi mgħajjra għax titkellem? Mhux sew u għandna niqfulhom. Il-mibgħeda rridu niqfulha!" Hija qalet illi qed tistenna li jittieħdu passi dwar ir-rapporti li għamlet u sostniet li jekk ma jittieħdux passi - lesta illi tkompli l-kwistjoni fuq il-midja u torganizza protesta kontra l-mibgħeda. Dwar persuni trans li forsi ma' jaqblux ma li għamlet u qalet hi tagħmel appell: "Tħalltux dak li temmnu politikament ma' min qed jgħajjar lili. Taqbiżx għal nies li qed jgħajjru lili, għax għada jduru fuqek u jgħajjru lilek. Jekk tagħtihom is-saħħa ma jiqfux. Tagħtux saħħa u poter lil min kieku għalih aħna l-persuni LGBTI+ lanqas biss neżistu." Jiena rabbejt qoxra - imma l-aktar li weġgħatni kien meta qalu li missieri - li tant kien iħobbni- miet għax jiena trans. Li jiena tfajtu fil-qabar bl-inkwiet