Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264349

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 • illum YENDRICK CIOFFI Fl-ewwel xhur ta' din is-sena, jiġifieri minn Jannar sa issa, il-Pulizija mill-Iskawdra tac- Cyber Crime investigat 216-il reat ta' frodi, jiġifieri medja ta' madwar 36 reat kull xahar. Jekk wieħed jibqa' jimxi mal-medja, dan ifisser ukoll li madwar persuna kuljum qed tisfa vittma ta' frodi fuq l-internet. Il-gazzetta ILLUM ltaqgħet mal-Ispettur Sergio Pisani mill-iskwadra li tissielet kontra dawn ir-reati li spjega mhux biss kemm hu faċli li persuna tispiċċa vittma iżda anke kemm huma sempliċi dawk il-passi li tista' tieħu biex tippreveni li tisfa mis- ruqa b'sempliċiment tagħfisa ta' buttuna. L-Ispettur beda jispjega kif bil-kelma frodi wieħed ifisser reat li permezz tiegħu persu- na timmanipola lil xi ħadd għal gwadann finanzjarju jew person- ali. Hemm tipi differenti ta' frodi fuq l-internet, fost dawn, l-Ispet- tur semma' l-manipulazzjoni ta' hotspots tal-WiFi, frodi fuq l-iv- jaġġar, frodi permezz tal-mow- bajl, frodi fuq l-ivjaġġar, frodi ta' investiment, frodi tan-namur, frodi marbuta mas-servizzi bankarji u anke serq ta' identità. Marbut mal-frodi hemm ukoll ir-rikatt. L-ILLUM staqsietu kemm hu komuni li persuna tispiċċa vittma ta' frodi fuq l-internet u kien hawn li l-Ispettur spjega kif fl-ewwel tliet xhur ta' din is-se- na l-Pulizija investigat 99 każ. Fl-istess tliet xhur tal-2019, il- Pulizija investigat 86 każ. "Huwa fatt magħruf li mhux kull vittma tirrapporta lill- Pulizija. Dak li qed intik jiena żgur li mhijiex l-istampa kollha," insista l-Ispettur. Fi kliemu, dawn l-intrapriżi kriminali, globalment qed jakkwistaw mas-6 miljun dollaru fis-sena. Komplejna nħarsu lejn in-num- ri. Jekk fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena l-Pulizija investigat 99 każ ta' frodi, fit-tieni kwart tas-sena (li qegħdin fih u għadu ma spiċċax), 117-il persuna sfat vittma ta' frodi. Dan ifisser li din is-sena, sa issa, 216-il persuna sfaw vittma ta' frodi u dawn ma jinkludux ir-rikatt. Jekk tieħu r-rikatt waħdu, sa issa, fl-2020, il-Pulizija investigat 65 każ. Meta wieħed iqabbel dan mal-istess xhur tas-sena li għad- diet, jirriżulta li kien hemm żie- da sostanzjali f'kull qasam. Fejn jidħol frodi, fl-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet, kien hemm 147 każ. Fejn jidħol ir-rikatt, fl-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet, il-Pulizija ltaqgħet ma' 25 vittma. "Qed naraw li hemm żieda sostanzjali fejn jidħol frodi u ri- katt," insista l-Ispettur Pisani. Kien hawn li spjega kif f'dawn il-każi, il-Pulizija trid taħdem f'kollaborazzjoni mal-awtorita- jiet barranin għax ħafna minn dawn ir-reati jsiru minn pajjiż għall-ieħor. Medja ta' 36 persuna fix-xahar qed Kemm huma komuni r-reati ta' frodi fuq l-internet? Kemm hu faċli taqa' vittma? X'għandek tagħmel biex tevita li tispiċċa vittma? Jekk taqa' fin-nasba x'passi għandek tieħu? L-ILLUM titkellem mal- Ispettur Sergio Pisani L-Ispettur Sergio Pisani semma ftit pariri qosra u sempliċi li wieħed jista' juża biex jevita li jisfa vittma ta' frodi: • Staqsi lilek innifsek jekk tafx ma' min qed titratta • Taċċettax offerti li ma jitwemmnux. Mowbajl ta' €1,000 ma jistax jinbiegħ €100 • Fejn hemm dubju tweġibx • Biddel il-password ta' spiss • Uża passwords kumplessi li jinkludu ittri, numri u karattri speċjali • Tużax l-istess password għal kollox. Jekk taqa' vittma b'password wieħed, kriminal se jipprova jidħol fil-kontijiet kollha tiegħek • Is-sistemi għandhom ikunu aġġornati • Niżżel biss minn sorsi fdati • Evita li tuża WiFi pubbliċi biex taċċetta informazzjoni personali • Uża siti siguri li jibdew bl-https L-Ispettur spjega kif li persuna titlef mijiet jew inkella eluf hija komuni ħafna. Kien hawn persuni li tilfu miljuni wkoll imma dan mhux daqshekk komuni. "Mijiet u eluf żgħar hija xi ħaġa regolari ħafna," saħaq l-Ispettur. Iżda mhux bilfors jinsterqu eluf u miljuni. "Tant kemm l-attakki huma mifruxa li jinġabru flejjes żgħar mingħand ħafna nies li jammontaw għal somom kbar. Immaġina kriminal li jisraq €10 mingħand 1,000 persuna. Wieħed ma jħosshiex u jaf lanqas jirrapporta. Imma mill-kumdità ta' dahru, mingħajr il-Pulizija jiġru warajh, kriminal daħħal €10,000," spjega l-Ispettur. X'nista' nagħmel biex nevita li nispiċċa vittma ta' frodi fuq l-Internet? Jintilfu ħafna flejjes bil-frodi online?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020