Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 kultura illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 Iż-Żejtun ILLUM: It-twelid tal-għaqda Wirt Iż-Żejtun Wara Birdlife u l-bdiewa, issa kien imiss li l-gazzetta ILLUM tħares lejn wieħed mill-eqdem irħula Maltin, raħal illi fih hemm ħafna storja u fejn it-tradizzjonijiet għadhom ħajjin: Iż-Żejtun. U min aħjar biex jkellimna dwar iż-Żejtun jekk mhux Ruben Abela, President tal-NGO Wirt iż-Żejtun? Kien fil-bidu tas-sena 2010 meta permezz tal-media soċjali fuq paġna mwaqqfa apposta mill-Perit Ruben Abela, bdew jittellgħu diversi ritratti u filmati tal-wirt arkitettoniku u kulturali taż-Żejtun. L-interess f 'din il- paġna beda jiżdied u saħansitra kien hemm minn wassal l-idea li titwaqqaf għaqda b'dan il-għan. Minn hawn reġgħet twieldet l-għaqda Wirt iż-Żejtun. Reġgħet twieldet għall-fatt li fil-bidu tas- snin 70, kien diġa jeżisti kumitat magħmul minn rapreżentanti tal-parroċċa u tal-għaqdiet taż- Żejtun taħt isem Wirt iż-Żejtun. Fit-3 ta' Ottubru 2010 issejjħet laqgħa fis-Sala Alexandria, is-sala tal-parroċċa, li għaliha attendew aktar minn 60 ruħ, il-biċċa l-kbira minnhom residenti Żwieten, fejn permezz ta' riżoluzzjoni li ġiet approvata twaqqfet l-għaqda u nħatar kumitat ad-hoc sabiex ifassal l-ewwel statut. Dan l-istatut ġie approvat fit-13 ta' Diċembru tal- istess sena, u immedjatament wara bdew jinkitbu l-ewwel membri. L-ewwel Laqgħa Ġenerali Annwali saret fit-30 ta' Jannar u fiha ġie elett l-ewwel kumitat eżekuttiv għal ewwel sentejn. Ma kienx bidu faċli, iżda ir-rieda u l-perseveranza tal-kumitati li mexxew lil Wirt iż-Żejtun matul dawn is-snin, u l-għajnuna u s-sostenn tal-membri, wasslu biex illum din l-għaqda hija waħda fost l-aktar attivi f 'dan il-qasam. Illum Wirt iż-Żejtun hija għaqda lokali stabbilita u magħrufa minn bosta. Il-ħidma tagħha hija apprezzata bil-kbir hekk kif inhi wkoll l-atitudni pro-attiva li dejjem ħadnet. Kalendarju ta' attivitajiet kulturali u ambjentali dwar iż-Żejtun Bdejna b'affarijiet zgħar u sempliċi, b'għan u messaġġ wieħed u ċar, dak li nkomplu nqajjmu aktar kuxxjenza dwar il-wirt kulturali u storiku ta' Beltna. L-attendenza u l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet dejjem kienet waħda inkoraġġanti. Hekk ukoll il-kitba ta' membri ġodda f 'din l-għaqda. L-interess fil-ħidma u fl-attivitajiet infirex anke fost nies li ma joqgħodux iż-Żejtun u m'humiex Żwieten, b'hekk l-apprezzament kien qed jitkattar fost udjenza akbar minn dik li ħsibna. Dan baqa' jimla b'entużjażmu u ħeġġa lil ħames kumitati li kellna s'issa, fejn dejjem raw kif ser ikabbru l-ħidma tal- għaqda permezz ta' attivitiajiet u inizzjattivi differenti, b'uħud minnhom jestendu wkoll fuq skala nazzjonali. Matul dawn l-10 snin, Wirt iż- Żejtun dejjem wasslet kalendarju ta' attivitajiet mifrux fuq diversi oqsma li jsawwru l-wirt kulturli u ambjentali, mhux biss taż-Żejtun bħala belt, iżda wkoll dwar il- kuntest li tinsab fih l-istess belt. Għalhekk ngħidu aħna, barra n-numru ta' mixjiet kulturali li jsiru fiż-Żejtun, l-għaqda ħadet ħsieb ukoll torganizza mixjiet simili fl-ibliet u l-irħula tal- madwar. Hekk ukoll il-mixjiet ambjentali ħaduna f 'inħawi bħal Delimara, l-inħawi ta' Wied Dalam u Wied Żembaq, kif ukoll il-Park tal-Inwadar. Organizzajna wkoll żjarat f 'siti u mużewijiet ta' Heritage Malta, dan sabiex dawk li jattendu jimu aħjar u japprezzaw l-istorja ta' Malta. Kellna wkoll mawriet fuq il-baħar matul il- kosta tax-Xlokk kif ukoll madwar Filfla. Uħud mill-mixjiet kienu wkoll tematiċi bħal ngħidu aħna iż-Żejtun fi żmien il-Franċiżi; iż- Żejtun fi żmien l-Ingliżi; iż-Żejtun Barokk; iż-Żejtun Neo-Klassiku; u iż-Żejtun taħt l-art. Attiva fil-qasam tal- pubblikazzjonijiet Iżda l-mixjiet kulturali huma biss ħolqa waħda minn katina ta' attivitajiet u inizzjattivi minsuġa u maħsuba sabiex inwasslu dan l-għarfien u nkattru l-apprezzament lejn dan il-wirt. Insemmu wkoll in-numru sabiħ ta' taħdidiet li għamilna dwar diversi suġġetti u personaġġi. Hekk per eżempju ta' kull sena organizzajna taħdita dwar aspett varji tat- tradizzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fiż- Żejtun. L-istess it-taħdidiet li organizzajna kważi kull sena, lejliet il-festa tradizzjonali ta' San Girgor. Kellna wkoll taħdidiet u preżentazzjonijiet minn mistiedna u riċerkaturi f 'oqsma li għandhom rabta diretta maż-Żejtun bħal l-għana, id-djalett u l-karnival. Tajna spazju wkoll lil studenti li jkunu għamlu xi teżi dwar xi aspett taż-Żejtun, fejn dawn kellhom l-opportunita' jippreżentaw l-istudju tagħhom fost udjenzi mdaqqsa. Kull sentejn, sa mill-2012, Wirt iż-Żejtun organizzat simpożju, b'uħud minnhom b'tema reġjonali u anke nazzjonali. Dawn kienu dwar il-Villa Rumana taż- Żejtun; l-Ħbit tat-Torok tal-1614; Niskopru x-Xlokk ta' Malta; u l-Villaġġ Malti, fejn f 'dan ta' l-aħħar kellna mistieden fostna lil Professur Brian Blouet. Għal kull simpożju saru preżentazzjonijiet ta' riċerka u studji minn diversi riċerkaturi, storiċi u akkademiċi. Wara kull simpożju, ir-riċerka li tkun preżentata tiġi wkoll ippubblikata fi ktieb. Hawn nidħlu f 'qasam ieħor li fiħ hija attiva sew din l-għaqda. Fil-fatt Wirt iż- Żejtun hija attiva sew fil-qasam ta' pubblikazzjonijiet, dan għaliex s'issa diġa ippubblikat għaxar kotba, kemm bil-Malti kif ukoll bl- Ingliż. Barra l-pubblikazzjonijiet tas-simpożja, l-għaqda ħadet ħsieb ukoll tippubblika kotba dwar personaġġi Żwieten li għamlu ġieħ liż-Żejtun u sensiela oħra dwar teżori Żwieten. Restawr ta' San Girgor u Plakkastorja L-għaqda daħlet ukoll għal diversi proġetti kemm ta' restawr kif ukoll ta' għarfien kulturali. Hekk insemmu r-restawr tal- istatwa ta' San Girgor; ir-restawr tal-bust ta' Carlo Diacono; ir- restawr tal-mappa minquxa fil- ġebel fuq il-faċċata tal-kunvent tas-sorijiet Ulied il-Qalb ta' Ġesu'; u r-restawr tal-muxrabija fi Triq id-Daħla ta' San Tumas. Bħalissa għaddej ukoll xogħol ta' restawr fuq kwadru ta' San Girgor li jmur lura għal bidu tas-seklu 17. Insemmu wkoll il-proġett PLAKKASTORJA fejn permezz tiegħu twaħħlu 55 plakka informattiva madwar iż-Żejtun. Uħud minn dawn il- progetti saru direttament minn fondi tal-għaqda, oħrajn permezz ta' benefatturi, u oħrajn permezz ta' fondi offruti minn skemi fi ħdan il- Kunsill Malti għall-Volontarjat, kif ukoll mill-Fondazzjoni Gal Xlokk. Wirt iż-Żejtun tipparteċipa bis- sħiħ waqt il-festa folkloristika ta' Żejt iż-Żejtun, organizzata mill- Kunsill Lokali. Waqt din il-festa, Wirt iż-Żejtun, kull sena tara li tkun preżenti, jew b'xi wirja, jew saħansitra anke bi preżentazzjoni ta' string quartett, hekk kif sar is-sena li għaddiet fil-Knisja tal- Ispirtu s-Santu. Għalkemm kif wieħed jista' jara l-element ewlieni li jsawwar lil din l-għaqda huwa dak edukattiv u wieħed li jippromovi il-wirt għani li għandha din il-belt fix-xlokk ta' Malta, irridu ngħidu li meta kien hemm bżonn li ssemmgħa leħinha, Wirt iż-Żejtun ma baqgħetx lura, għalkemm ukoll bi still partikolari għaliha. Hekk insemmu l-pużizzjoni li ħadet din l-għaqda kontra l-estensjoni taż-żona industrijali ta' Buleben; kontra l-applikazzjoni għal bini ta' pompa tal-petrol fi Triq Ħal Tarxien; kontra il-bini fil-ġnien ta' Villa Curmi; u kontra l-proposta ta' bini fil-ġnien ta' Villa Bonici. Il-ħidma ma taqta' xejn ta' din l-għaqda ġibdet ir-rispett u s-sostenn ta' bosta, kemm f 'għajnuna diretta għal ħidma tal- għaqda, kif ukoll f 'numru sabiħ ta' membri ttesserati. Minn hawn nirringrazzjaw lil editur ta' dan il-ġurnal li tana dan l-ispazzju biex illum u fit- tlett ħarġiet li jmiss se nkunu qed naqsmu magħkom il-qarrejja aktar dwar il-ħidma tagħna u l-wirt kulturali taż-Żejtun. Żejt iż-Żejtun waħda mill-attivitajiet ewlenin li tittella' kull sena f 'dan ir-raħal pittoresk Ritratt: DOI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020