Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182
16 letteratura IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-qaddsa xi dwejjaq! F'diversi kitbiet u intervisti, fosthom fuq il-blogg personali tiegħek u fuq il-midja soċjali, iddeskrivejt il-ħidma letterarja tiegħek bħala protesta satirika iżda serja kontra s-sistema u l-klassi politika. Ngħodd dan ir- rumanz bħala satira rrabjata oħra kontra ċerti modi żgarrati ta' kif żvolġa l-proġett "Malta indipendenti". Din żgur ma kinitx l-ewwel waħda fl- istorja riċenti tal-letteratura tagħna. L-ewwel xempju tahulna Alex Vella Gera fl-2012 bir-rumanz Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi. Int weġibt jew aġġornajt il- protesta – agħżel int – daqs tliet snin ilu bir-rumanz Kapitali. Fil-kuntest tal-aħħar żviluppi politiċi, kif tipparaguna dawn iż-żewġ testi? B'liema mod temmen li tassew seħħlek iżżid xi ħaġa ġdida fuq in- narrattiva soċjopolitika ta' Sriep? Sriep għalija huwa kapulavur li it li xejn tista' żżid miegħu; kien, għalija personalment, ir-rivelazzjoni mhux tant ta' kif inhi mnawra s-sistema Maltija, iżda tal-fatt li tal-inqas ma kontx jien li qed nara l-iħirsa kullimkien. L-iħirsa issa qed jarahom kulħadd ta' kuljum fil- midja u pajjiżna għaddej minn ħmar il- lejl awtentiku fejn snin u snin ta' ħmieġ, taħt bosta amministrazzjonijiet, faru u żbroffaw. Nazzarda forsi ngħid li fiż-żmien li nkiteb Sriep, Vella Gera kien qed jagħfas fuq il-kwistjoni tal-klassijiet u l-influwenza tan-negozju fuq il-politika; Kapitali resaq lejn żminijiet iżjed riċenti fejn il-klassi tan-negozjanti kienet diġà belgħet il- kontrol tas-sistema, u it li xejn jimporta minn liema klassi soċjali ġejjin dawn in- negozjanti. Kapitali huwa rumanz iktar politiku; Sriep mess temi personalissimi wkoll u ħalla influwenza fuqi u fuq il-mod kif nara 'l pajjiżna. Mentri Sriep esplora l-identità tal-klassi f 'kuntest ta' ħabi u t'omertà, Kapitali daħħal il-kunċett tan-nuqqas ta' mistħija, l-arroganza xxellerata u dak illi nista' biss insejjaħlu qżież fil-politika. Daniel Borg u Robert Rutter Miceli huma prodotti ta' ġenerazzjoni ta' qżież mistħajla f 'rumanz, fil-kamra tad-Deputati hemm ħafna eżempji oħrajn: in-nuqqas ta' sobrjetà waqt il-kriżi li wasslet għar- riżenja ta' Joseph Muscat jew l-arroganza li biha jġib ruħu Ian Borg fil-konfront ta' NGOs, residenti u bdiewa kull darba li jħabbar xi proġett biex itejjeb mhux tant l-infrastruttura ta' pajjiżna iżda l-ego massiċċ tiegħu. Kapitali kellu s-seħta jantiċipa ħafna minn dan kollu. Jidhirli li bħali inti twelidt, biex ngħidu hekk, fi ħdan il-Partit Laburista. Bosta mill-ilmenti tiegħek jirrappreżentaw id-diżillużjoni ta' bosta xellugin Maltin illi l-Partit Laburista ta' żmienna ormaj tbiegħed bil-kbir minn dawk l-ideali li twaqqaf fuqhom il-Malta Labour Party fl-1921. Dawn l-ilmenti m'humiex ġodda. Ibda biex kienu jintqalu fis-snin tmenin li jiddeskrivi Vella Gera fi Sriep. F'dawn l-aħħar snin dawn l- ilmenti saru l-ordni tal-ġurnata. Int esprimejt dan kollu kemm-il darba. F'Kapitali madankollu tispikka – fost bosta karikaturi ta' politiċi Filistini – ċerta ammirazzjoni lejn l-eks mexxej Laburista Alfred Sant. Minn banda naqsam miegħek dan is-sentiment; mill- banda l-oħra jidhirli li l- ilmenti msemmija qabel ġieli kienu jsiru matul is-snin tat-tmexxija tiegħu wkoll. B'liema modi taħseb li l-Malta Labour Party ta' Sant kien differenti mill-Partit Laburista li tant tattakka f 'Kapitali? Il-Labour ta' Muscat ma jirrappreżentanix. Anke jekk Alfred Sant tbiegħed mix- xellug, żamm lega ta' integrità u serjetà li fi żmien Joseph Muscat ma rajniex. Niakar Ministru jitkeċċa għax bagħat raġel jumejn jew tlieta kmieni mill-ħabs biex igawdi l-Milied ma' familtu. Fi żmien Muscat kien hemm bosta persunaġġi, fosthom ex Ministri, li mhux talli ma tkeċċewx talli aktarx ser jaħarbu l-ħabs li jistħoqqilhom. F'ċerti aspetti Sant bata minn ċertu idealiżmu u akkademja (biex ma nsemmux il-mod kif ġie ddemonizzat mill-ġenerazzjoni tad-deheb illi kellu l- Partit Nazzjonalista); Muscat imbagħad ma