Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182
18 opinjoni IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 • illum Edward Zammit Lewis Politika Kostruttiva Edward Zammit Lewis huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Governanza u Ugwaljanza Ħ afna drabi persuni, ankè ta' livell għoli akkademi- ku, ikollhom reazzjoni ħażina meta jisimgħu l-kelma 'politika'. Dan għaliex, ħafna drabi din tiġi b'mod ħażin assoċjata ma' tradiment, korruzzjoni, u attakki personali. Dan ċertament m'għandux ikun għaliex il-politika sa minn l-Antika Greċja hija għodda importanti sabiex permezz tagħha inti tmexxi pajjiż, tmexxi poplu, u toħloq il-ġid. Ir-raġuni għal dan kollu huwa dak li naraw kuljum fil-midja illi ġeneralment il-politika tiġi mpinġija b'dan il-mod ħażin. M'għandix dubju li ħafna persuni, speċjalment iż-żgħażagħ tagħna jitħajru jidħlu fil-politika għaliex jemmnu li bl-attiviżmu tagħhom jistgħu ibiddlu l-affarijiet u jagħmlu differenza fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. L-iżvilupp tas-soċjetà ċivili, sakemm ikun hemm sabiex imexxi proposti konkreti fuq materji kurrenti speċifiċi, huwa żvilupp tajjeb ħafna. Il-politika tagħna m'għadhiex blu u ħamra, iżda hemm ideat oħra. Din hija xi ħaġa li sakemm l-intenzjoni tkun waħda tajba hija bla dubju pożittiva. Huwa appuntu dan li jrid il- poplu mill-politika. Kompetizzjoni b'regoli ċari u ġusti, fejn kulħadd jikkompeti sabiex ikollna l-aħjar proposti u l-aħjar 'policies' sabiex nimxu 'l quddiem. M'hemmx dubju li l-maġġoranza tal-persuni fil-politika u dawk li jaspiraw li jidħlu fiha huwa appuntu dan li jridu. Il-it jagħmlu riklam ħażin lill-ħafna. Għalhekk jiena nemmen li l-maġġoranza tal-politiċi tagħna kienu u huma persuni li għamlu sagrifiċċji kbar f 'ħajjithom għall- ġid komuni. Huwa għalhekk li mxejna 'l quddiem bħala demokrazija mill- Indipendenza 'l hawn. L-Oppożizzjoni Ċertament li l-Oppożizzjoni Parlamentari qed tabdika mill- obbligi tagħha sabiex f 'pajjiżna jkollna politika aħjar u sabiex il-livell jitla' 'l fuq b'rispett lejn kull peruna li jkun qiegħed jew irid jersaq lejn il-politika. L-ewwel nett huwa obbligu tal-Kap Adrian Delia, li jrażżan dawn l-elementi irresponsabbli fi ħdan il-PN. Huwa ċar li Delia m'għandu l-ebda kontroll fuq il-Partit tiegħu stess. Dan hu preċedent perikoluż għall-politika Maltija, fejn minflok irażżanhom, qed jagħtihom iktar prominenza. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jabdika wkoll mill-obbligi kostituzzjonali tiegħu għaliex il-kontribut tal-PN fil-Parlament huwa wieħed baxx u fqir ħafna. M'hemm xejn bħala proposti sabiex l-elettorat ikollu minn fejn jagħżel. Din hija l-vera theddida tad- demokrazija tagħna llum. Hu ċar kristall li l-poplu m'għandux għażla. Huwa biss il-Partit Laburista li jista' jkun fil-Gvern u kapaċi jmexxi lil dan il-pajjiż 'l quddiem. It-tort m'huwiex tal-Partit Laburista, iżda ta' dawk fil-PN fuq nett li ħakimhom il-protagoniżmu, l-egoiżmu, u l-interessi personali tagħhom li jarawhom akbar minn tal-partit tagħhom stess. Huwa għal din ir-raġuni li ma jistgħux jimxu 'l quddiem. Issa adirittura wara li fallew il-partit tagħhom stess, iridu li jgawdu minn fondi pubbliċi sabiex jisparpaljaw il-flus mit-taxxi tal- poplu! Abbuż tal-Privileġġ Parlamentari Il-privileġġ Parlamentari jew hekk imsejħa 'immunità parlamentari' ta' Membru Parlamenari hija għodda ferm importanti. Dan għaliex tagħti lil dak l-MP is-saħħa li għalkemm ma jkollux dawn il-provi li huwa solitament suffiċjenti għall-qrati tagħna, jista' jsemmi każijiet ta' irregolaritajiet u abbuż ta' poter ġewwa l-Kamra tad-Deputati u b'hekk ċertu każijiet jinkixfu u l-istess Gvern jiġi xprunat fil-ħidma tiegħu. Madanakollu, dak li qed iseħħ li ċertu MPs mhux qed jużaw din l-għodda b'dan il-mod, iżda jabbużaw minnha, billi jaqbdu b'sens kbir ta' irresponsabilità ixejru allegazzjonijiet bla bażi fil-Kamra tad-Deputati, għaliex jafu tajjeb li ma jistgħux jittieħdu passi kontra tagħhom f 'dan ir-rigward. Huwa appuntu dawn l-affarijiet u dawn l-abbużi minn persuni eletti mill-poplu li suppost ferm aħjar li jnaffru lill-persuni validi milli jersqu lejn il-politika. Ħadd mhu ser joqgħod għal sitwazzjoni li jintefa' tajn fuqu qisu xejn mhu xejn, u li jkollu riperkussjonijiet speċjalment fuq familtu u wliedu. Attakki Personali Aspett ieħor li ċertament m'għandux ikun fil-politika, huwa l-attakki personali. Dawn saru l-ordni tal-ġurnata minn ċertu esponenti fi ħdan il-PN jew persuni affiljati mal-PN. Il-ħajja privata ta' persuni, sakemm ma tkunx timpinġi fuq ix-xogħol li persuna fil-politika twettaq, m'għandiex post fil-politika. Fl-aħħar jiem rajna dan b'mod mill-aktar fil-wiċċ, u MP jiġu jaqgħu u jqumu mill-'partners' u t-tfal tal-persuni involuti. Din mhix il-politika u s-soċjetà li jiena rrid inkun parti minnha. Għada Aħjar Nagħlaq billi nikkwota dak li kien qal l-eks President tal-USA, Barack Obama, fil-Kampanja Elettorali tas-sena 2008; "Change will not come if we wait for some other person or if we wait for some other time. We are the ones we've been waiting for. We are the change that we seek." Għalhekk, aħna l-ġenerazzjoni politika tal-lum li rridu nkomplu naħdmu bla heda għall-bidla. Ma nistgħux nistennew li ħaddieħor ser jagħmilha għalina jew li se ssir darb'oħra. Dan jimlina b'kuraġġ sabiex inkomplu inbiddlu u nkomplu nagħmlu r-riformi u ma nħallux grupp ta' persuni fil-politika jħassru dan il-proġett tagħna. Għada jista jkun aħjar, billi jkun hemm rispett reċiproku fost il-politiċi u billi l-kompetizzjoni fil-politika ma tkunx ibbażata fuq l-għira u fuq li nweġġgħu personalment jew adirittura nigdbu fuq l-avversarji politiċi tagħna, iżda li nagħmlu l-ġid għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Din hija l-politika kostruttiva. Din hija r-raġuni għalfejn jiena ilni u għadni nimxi f 'dan il-vjaġġ politiku! Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jabdika wkoll mill-obbligi kostituzzjonali tiegħu għaliex il-kontribut tal-PN fil-Parlament huwa wieħed baxx u fqir ħafna