Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 Situation Vacant Technical Support Officer with Safe City Malta Ltd Permit No: 352/2020 Main Duties: 1. Provides day-to-day first line support and daily running of network infrastructure and computer systems; 2. Monitors network infrastructure and all data centre systems; 3. Troubleshoots system and network problems, diagnosing and solving hardware or software faults; 4. Provides operational support, including procedural documentation and relevant reports; 5. Works in tandem with other team members, suppliers, services providers and 3rd party contractors to roll-out new services in different locations; 6. Tests and evaluates new technology; 7. Willing to work flexibly out of office hours to assist customers when required. Core competencies: • Layer 2 and Layer 3 network infrastructure operations and maintenance. • System administration (Windows and Linux). Education Level, Qualifications and Skills: • MCAST Advanced Diploma in I.T. (Computer Systems and Networks), or a similar ICT qualification (minimum MQF Level 4). Applicants in possession of CCNP, MCSE or similar certification also considered. LPI and Enemalta Licence A considered an asset. • Fluency in written and spoken English and Maltese. • At least 18 months' work experience in a similar role. • Good communicator. • Team player. • Ability to work under minimal supervision. • Ability to solve problems from logical principles. Applications together with a detailed CV are to reach us on hr@mimcol.com by not later than 20 th July 2020. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellu laqgħa mal- Ministru tad-Difiża Tork Hulusi Akar waqt żjara uffiċjali li qed jagħmel f 'Malta. Huma tkellmu fuq it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn iż-żewg pajjiżi fl-oqsma tal-investiment, l-infrastruttura, it-turiżmu u t-tagħlim tal-Ingliż. Qablu wkoll li Malta u t-Turkija jikkoperaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali organizzata, il-ħasil tal-flus, it-traffikar tal- bnedmin, il-kummerċ tad-droga u t-terroriżmu. Il-Ministru Bartolo wera t-tħassib tiegħu dwar it-tensjoni qawwija fil-Lvant Mediterran u appella għall-kalma, it-tfittxija għall-kompromess u l-ġid komuni, in-negozjati madwar mejda, u l-ħarsien tal-liġi internazzjonali fit-tilwim bejn it-Turkija, il-Greċja u Ċipru. Dwar il-Libja, il-Ministru Bartolo qal li Malta hija favur Libja waħda, magħquda u f 'idejn il-Libjani stess. Il-gwerra mhix soluzzjoni. Il- Libjani għandhom jiġu appoġġjati biex isibu ehim bejniethom biex pajjiżhom, fost l-aktar sinjuri fil-Mediterran, jieħu r-ruħ għall-ġid tal- poplu Libjan. Paċi u sigurtà fil-Libja huma wkoll essenzjali għall-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa u fil- Mediterran. Il-Gvern Malti u dak Tork f'laqgħat dwar il-Mediterran Hekk kif l-industrija tat-turiżmu kollha intlaqtet ħażin - is-settur tal-cruises għadu fil-limbu hekk kif l-itinerarji għadhom qed jiġi preparati u s-sitwazzjoni ta' x'se jiġri se tkun iktar ċara f 'Awwissu. Dan ifisser li matul dan ix-xahar ta' Lulju mhux mistennija jiġu Malta vapuri bit-turisti. Żvela dan il-Kap Eżekuttiv tal- Valletta Cruise Port Stephen Xuereb f 'kummenti mal-gazzetta Business Today li qal illi minkejja li ninsabu f 'Lulju għadu wisq kmieni biex ikun determinat kemm ġejjin vapuri u minn fejn. Huwa qal illi l-industrija hija delikata u għandha bżonn tippjana fit-tul. Din hija aħbar ħażina għan-negozji tal-Belt Valletta li bħalissa qed jirrappurtaw bejgħ baxx ħafna, 15% biss tal-bejgħ normali f 'dan iż-żmien tas-sena. Sa issa l-bejgħ ta' dawn il-vjaġġi għadu ma bediex għalkemm mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin għal numru limitat ta' vjaġġi għal pajjiżi meqjusin siguri. L-industrija tal-cruises fil-limbu bl-ebda vapuri f'Malta sa Awwissu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020