Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182
Joseph Muscat kien lest biex iħalli x-xena politika, f 'dawn il-jiem minħabba - primarjament - raġunijiet relatati l-aktar max-xogħol privat li qed jagħmel f 'konsulenzi, iżda l-Ksur ta' Privileġġ tefa' kollox taħt it-tapit għalissa hekk kif fil- Kumitat Parlamentari tal- Privileġġi se jkun qed jisma' xhieda dwar l-allegazzjoni tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li l-eks PM seta' kien jaf illi Daphne Caruana Galizia se tinqatel u allura - fl-2017 - sejjaħ elezzjoni ġenerali. Nies madwar Muscat u fil- Partit Laburista u li tkellmu mal-ILLUM saħqu illi huma qalulu li meta hu aċċetta li jiftaħ dan il-privileġġ parlamentari kien qed jagħti spazju u opportunità lil Azzopardi biex ikompli "jagħmel xalata" u jiggrava s-sitwazzjoni għal Muscat innifsu b'aktar xhieda li tista' titfa' aktar dellijiet fuq ir- reputazzjoni tiegħu. "Tefa' l-lixka u hu bellagħha, biex issa - apparti l-Qorti - se jkollna pjattaforma oħra minn fejn Azzopardi jkompli jagħmel l-akkużi kontra Muscat. Din il- mossa - speċjalment hekk kif kien lest biex jidħol fid-dinja tax-xogħol privat - mhijiex tipika ta' Muscat," qalu dawk li tkellmu mal-ILLUM. Huma qalu li Muscat seta' xorta tkellem u uża l-istess forza u talbu jirrepeti l-kliem barra l-Parlament lid-Deputat tal-PN u waqaf hemm. Huma wrew il-konvinzjoni li Azzopardi ma kienx se jirrepeti l-istess allegazzjoni barra. Is-sorsi mill-Partit Laburista qalu illi kien hemm min wissa kontra ksur ta' privileġġ, anke jekk Muscat għandu dritt jiddefendi lilu nnifsu. Persuni li tkellmu ma' din il- gazzetta u li jafu l-proċedura Parlamentari tajjeb qalu illi biex Muscat u l-Gvern jevitaw proċess ieħor li jista' jkompli jimbarazzahom - li jgħidu illi hija intenzjoni ta' Azzopardi - hemm 'żewġ possibilitajiet: Jew Muscat iwaqqa' l-ksur ta' privileġġ, li hija probabbilità kbira li mhux se tiġri jew inkella li Muscat jibqa' għaddej bil-pjani tiegħu u jirriżenja. Minkejja li m'hemmx preċedent għal każ bħal dan, dawk li tkellmu mal-ILLUM qalu illi jista' jkun li l-Ispeaker tal- Kamra permezz ta' proċeduri jwaqqaf kollox, ladarba Muscat ma jkunx għadu Deputat. Muscat qed jistabilixxi lilu nnifsu f 'xogħol ta' konsulenzi, b'uffiċċju għalih u allura negozju għalih. Minħabba li hu kien Prim Ministru, spjegaw is-sorsi, hu ma jixtieqx li jibqa' Deputat, primarjament għax ma jixtieqx li l-konsulenzi privati li qed jagħmel jispiċċaw taħt skrutinju parlamentari u b'hekk ikun jista' jidħol f 'karriera fil- privat, b'mod komplet. 04 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 • illum Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 Ninvestu fir-riżorsi sabiex noħolqu aktar opportunitajiet filwaqt li nippromwovu t- tisħiħ tas-soċjetà AVVIŻ – SEJĦA IV Fond Soċjali Ewropew L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l- Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej (MFEA), tixtieq tħabbar li se tniedi sejħa għal proposti. Din is-sejħa se tagħlaq nhar l-Erbgħa 30 ta' Settembru 2020, f'nofsinhar u se tikkontribwixxi għall-Assi Prijoritarji u l-Prijoritajiet ta' Investiment elenkati hawn taħt: Assi Prijoritarju 2 - 'Lejn soċjetà aktar inklużiva' § Prijorità ta' Investiment (PI) 9i - Inklużjoni attiva, inkluż bil-ħsieb li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva u t-titjib tal-impjegabbiltà. Is-Sejħa hi ristretta ghal interventi minn Organizzazzjonijiet Volontarj u imsiehba Soċjali. Assi Prijoritarju 4 – 'Nibnu l-Kapaċità Amministrattiva Istituzzjonali' § Prijorità ta' Investiment (PI) 11ii - Il-bini tal-kapaċitajiet għall-partijiet interessati kollha li jwasslu edukazzjoni, tagħlim tul il-ħajja, taħriġ u politika tal-impjiegi u politika soċjali, inkluż permezz ta' patti settorjali u territorjali għall-mobilizzazzjoni tar-riformi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Is-Sejħa hi ristretta ghal interventi minn imsiehba Soċjali u Organizzazjonijiet tas-Soċjetà Civili. Il-formola ta' applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti hija disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (Taqsima PPCD). Dokumentazzjoni ta' appoġġ inklużi n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà, noti ta' gwida dettaljati u noti ta' gwida dwar l-indikaturi marbuta ma' din is-sejħa huma disponibbli wkoll fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (Taqsima PPCD). Aktar tagħrif u mistoqsijiet ġeneriċi dwar din is-sejħa u fuq il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 jistgħu jinkisbu minn fuq www.eufunds.gov.mt. Talbiet għal informazzjoni u għar- reġistrazzjoni għas-sezzjonijiet ta' informazzjoni marbuta ma' din is-sejħa jistghu jintbagħtu fuq l- indirizz elettroniku tal-PPCD: info.eufunds@gov.mt sa nhar it-Tlieta 7 ta' Lulju f'nofsinhar. Is- sezzjonijiet ta' informazzjoni (ripetuti) se jsiru fil-jiem hawn taħt indikati: § 8 ta' Lulju 2020 fil-17:00 sa 19:00 § 10 ta' Lulju 2020 fl 10:00 sa 12:00 § 13 ta' Lulju 2020 fit-15:00 sa 7:00 Programm Operattiv II – Fondi Strutturali Ewropej 2014-2020 "Ninvestu fir-riźorsi umani sabiex noħolqu aktar opportunitajiet filwaqt li nippromovu t-tisħiħ tas-Soċjetà" Riklam parzjalment iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewrpew Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Ujoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjoniali Muscat kien imwissi ma jmurx għal ksur ta' privileġġ biex ma jagħtix pjattaforma oħra lil Jason Azzopardi X'ġara eżattament? Fil-Parlament id-Deputat Jason Azzopardi qal - dakinhar li rriżulta fil-Qorti li Yorgen Fenech kien jaf li kienet se tissejjaħ elezzjoni bikrija - illi Joseph Muscat ma sejjaħx elezzjoni bikrija minħabba Egrant imma jew għax kien jaf li Daphne Caruana Galizia kienet se tikxef informazzjoni dwar il-proġett tal-Wind Farm fil-Montenegro jew inkella għax kien jaf li se tinqatel u allura, allega, ma kienx jaqbillu jistenna għal elezzjoni. Muscat qal li dan huwa l-agħar każ ta' ksur ta' privileġġ u kalunja kontrih li ma setax jaċċetta. Azzopardi qal li mhu se jiritra l-ebda kliem u allura din l-allegazzjoni tinsab fi triqitha lejn il-Kumitat Parlamentari dwar il-Privileġġi. Azzopardi qal li hu se jsejjaħ diversi xhieda, fosthom indika li hemm xi ħadd li jinsab fil-Ħabs ta' Kordin, għal quddiem dan il-Kumitat.