Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182
22 opinjoni IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 • illum Il-verità fuq il-baġit Ewropew Peter Agius huwa espert Ewropew u Kandidat Elezzjoni Ewropea mal-PN Dak li jingħad fuq pajjiżna dwar il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-istat tas-saltna tad-dritt jista', fl-aħħar mill-aħħar, jimmina l-kredibilità tagħna u għalhekk l-effettivita tagħna fuq il-mejda tan-negozjati meta niġu għall-baġit tal-UE K ull 7 snin l-Unjoni Ewropea tfassal baġit li permezz tiegħu timpli- menta l-politika tagħha fl-oqsma varji fosthom l-agrikol- tura, l-infrastruttura, l-immigrazz- joni u bosta temi oħra li jolqtuna fil-ħajja ta' kuljum. Dan il-baġit jiġi negozjat b'intensita' kbira fi Brussell. Sintendi, kulħadd jiġbed għal xawwatu – iżda fl-aħħar irid ikollna baġit Ewropew li kulħadd ikun kuntent bih. Għalina dan il-baġit huwa fundamentali. Malta baqgħalha ħafna x'tiżviluppa u issa speċjalment bil-pandemija rridu ngħinu ħafna setturi jerġgħu jaqbdu ritmu tajjeb. In-negozjati fi Brussell ser jiddeterminaw kemm jintefqu flus f 'pajjiżna, kemm isiru toroq, kemm ikun hemm boroż ta' studju għall-istudenti tagħna u kemm se ninvestu fl-isptarijiet fost l-oħrajn. Filwaqt li l-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea qed jiddiskutu kif se jiksbu l-akbar ammont ta' fondi possibbli biex pajjiżhom jimxi 'l quddiem u aktar setturi jibbenefikaw, f 'pajjiżna mehdija nitkellmu fuq l-eċċessi tal-politiċi, l-intriċċi u x-xibka ta' korruzzjoni istituzzjonalizzata. Permezz ta' dan l-artiklu xtaqt naqsam magħkom it ħsibijiet fuq l-opportunitajiet li hemm għalina permezz tal-baġit Ewropew, dak li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna sejjaħlu bajtra tax-xewk. Bajtra tax-xewk li jekk inkunu kapaċi inqaxruha tajjeb, jmissna li nduqu dik il-frotta bnina! Dan il-baġit ġie fi żmien meta d-dinja ntlaqtet minn pandemija li qed tagħmel ħsara kbira lill- ekonomija tagħna. Il-vouchers tal- gvern huma pass tajjeb biex ngħinu lin-negozji imma l-effett tagħhom huwa fil-qosor wisq. Irridu xi ħaġa li tiggarantixxi imbuttatura aktar fit-tul u dak hu dak li joffri l-baġit Ewropew. Din hija opportunità importanti għal Malta fi żmien kritiku fejn għandna bżonn injezzjoni ta' kapital biex niġġieldu l-impatt ekonomiku tal-pandemija. Il-baġit propost mill- Kummissjoni Ewropea kien wieħed tajjeb u b'saħħtu - 750 biljun Ewro. Dawn il-flus minn fejn ġejjin? Sal- aħħar baġit Ewropew dawn kienu jiġu mill-Vat, mid-dazji u mill- kontribuzzjoni tal-Membri Stati skont il-GNI, kull wieħed skont kemm jiflaħ. Din id-darba iżda, għall-ewwel darba, ser idaħħlu taxxi diretti Ewropej biex jiffinanzjaw l-Ewropa. U meta tifli l-proposta tal- Kummissjoni bir-reqqa tirrealizza li ma konniex effettivi biżżejjed bħala pajjiż. Dan għax il-kriterji magħżula biex jiffinanzjaw il-baġit jista' jkollhom impatt negattiv għal Malta. Fost is-sorsi ta' fondi li qed jissemmew hemm taxi ambjentali, per eżempju fuq l-użu tal-plastik u fuq l-emissjonijiet CO2. Li tintaxxa lil min iħammeġ l-aktar mhix idea ħażina sa barra. Sfortunatament, Malta tista' tolqotna b'aktar saħħa. Dan għax mhux nieħdu l-istandards ambjentali tal-UE bis- serjetà, u għalhekk ser jkollna spiża doppja xi nħallsu. Irrid infakkar li Malta għadha tixtri krediti tal- emissjonijiet mill-Bulgarija biex tpatti għall-emissjonijiet tagħha, minkejja li messna tħejjejna għal dan mill-2012. L-istess jgħodd għar-riċiklaġġ tal-iskart u l-enerġiji rinnovabbli, fejn ninsabu fil-qiegħ tal-grafika Ewropea. Sors ieħor li qed jiġi ikkunsidrat hu taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji u taxi oħra fuq il- kumpanniji li joperaw madwar l-Ewropa. Malta għandna ħafna minn dawn u joffru bosta impjiegi ta' kwalità. Ilkoll nafu kemm dan huwa settur importanti għal pajjiżna, li barra li jħaddem in- nies, jattira investiment barrani u li jdawwar ir-rota permezz tas-servizzi kollha li jirrikjedi. Hawn il-gvern irid joqgħod attent u jaħdem qattiegħ biex jara li l-mewġa Ewropea għal taxxi diretti tkun kompatibbli mal-ekonomija Maltija. Sa issa mhux qed nara li qed jagħmel dan b'konvinzjoni. Jekk titkellem mal- istakeholders tinduna li lanqas biss qed jikkonsulta ma dawn biex iżommhom infurmati u involuti f 'dawn l-iżviluppi importanti fi Brussell. L-istorja għadha mhux magħluqa. Il-ehim dwar il-baġit tal-UE jeħtieġ approvazzjoni unanima mill-Istati Membri kollha kif ukoll il-vot pożittiv tal- Parlament Ewropew. Dan jagħtina ċans biex nibdlu l-proposti preżenti fuq il-mejda. Fil-passat irnexxielna nbiddlu l-proposti biex jirriflettu l-eżiġenzi ta' pajjiżna. Madankollu, biex nagħmlu dan, irridu nkunu mgħammra b'viżjoni aktar fit-tul u b'argumenti sodi. Jeħtieġ ukoll li jkollna kredibilità madwar il- mejda tan-negozjati. Dak li jingħad fuq pajjiżna dwar il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-istat tas-saltna tad-dritt jista', fl-aħħar mill-aħħar, jimmina l-kredibilità tagħna u għalhekk l-effettivita tagħna fuq il-mejda tan-negozjati meta niġu għall-baġit tal-UE. Malta teħtieġ li tkun parti minn kompromessi u mhux tipprova tinnegozjhom wara li jkun intlaħaq ehim. Ir-responsabbilita tinsab bis-sħiħ fuq spallejn tal-gvern biex jistinka sabiex jikseb riżultati tajbin. Żgur li ma nistgħux nagħmlu kif għamilna fuq liġijiet Ewropej li jolqtu is-settur tat-trasport fejn intervjenejna tliet snin tard, ladarba n-negozjati kollha kienu ssiġillati biex issa l-konsumatur Malti se jispicca jħallas il-kont. Il-Ministru intervjena fi Brussell fi Frar 2020 meta l-ehim kien diġà ssiġillat permezz ta' kompromess f 'Diċembru 2019. Dan hu dak li ma irridux nagħmlu fin-negozjati tal-baġit. Irridu ninnegozjaw tajjeb biex bħal ma ġara 7 snin ilu, niksbu pakkett b'saħħtu li permezz tiegħu noħolqu l-ġid għal kulħadd. Peter Agius