Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 • illum Ippjanar responsiv għall-ambjent Ippjanar effettiv għall-ambjent mibni f 'Malta huwa kompitu li joħloq ċertu diffikultajiet. Il-gżejjer tagħna huma żgħar b'riżorsi naturali limitati, u għalhekk mhux faċli nsaħħu l-kapaċitajiet infrastrutturali u nissodisfaw il-bżonnijiet settorjali. F'dan l-artiklu, il- Perit Joseph Scalpello, Assistent Direttur fi ħdan l-Awtorità tal- Ippjanar, ser jiggwidana tul il- vjaġġ tal-ippjanar tal-ispazju tal-art f 'Malta. Meta jkun hemm policies li joħolqu kompetizzjoni bejn interessi differenti, jinħolqu pjanijiet bit-tama li jintlaħqu għanijiet nazzjonali. Fir-realtà, l-istrateġija hija ħafna drabi aktar dwar l-ippjanar biex jintgħelbu ostakli li tinkludi nisġa ta' policies adattati għaċ- ċirkostanzi. Dan jista' jwassal għas-suċċess ta' pjan lil hinn mill-għan aħħari u lejn pjan fit- tul. Il-Perit Scalpello jenfasizza l-importanza tal-adattabilità u s-suċċess fl-ippjanar urban. "Is-suċċess huwa fenomenu individwali ħafna li mhux dejjem jitkejjel bl-istess mod, iżda għandu t-tendenza li jkun ibbażat fuq valur personali," jispjega l-Perit Scalpello. "Il- kejl tas-suċċess huwa proċess ferm suġġettiv li jinħeba bħala oġġettività. F'termini sempliċi, pjan ta' suċċess huwa wieħed li jara li l-għanijiet jintlaħqu. Iżda, dik hija spjegazzjoni ta' kunċett ikkumplikat. "Pereżempju, jekk il-policy tas-solar farms inkuraġġiet installazzjonijiet solari fuq skala kbira, is-suċċess tal-policy huwa bbażat fuq kemm 'iktar ma jkollna, iktar aħjar'? Jekk inkejlu s-suċċess bin-numri, jista' jkun hemm implikazzjonijiet negattivi ħafna - mhux l-inqas minħabba li noperaw f 'kuntest fiżiku, finanzjarju, soċjali u politiku li qed jevolvi. Aktar milli n-numri biss, strument importanti ta' suċċess huwa kemm aħna sensittivi għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu billi naddattaw partijiet tal-pjan. "Fl-2006, ħloqna l-policy dwar ic-childcare centres b'reazzjoni għall-idea popolari ta' dak iż- żmien li jkollna faċilitajiet ta' childcare centres iffinanzjati mill-gvern. Meta wieħed iqis in-numru sinifikanti ta' childcare centres li fetħu, wieħed jista' jgħid li l-policy kienet suċċess. Iżda l-kuntest mhuwiex statiku u għalhekk il-policy ma tistax tibqa' wieqfa. Pereżempju, wara l-2006, id-Dipartiment tal- Politika Soċjali ħareġ standards ġodda dwar l-faċilitajiet tac- childcare centres. Allura, fl-2015, żidna saff ieħor ta' regolamentazzjoni meħtieġ biex ikun minsuġ fil-qafas tal-policy." Ippjanar dinamiku huwa fundamentali minħabba li l-iżvilupp tal-policy huwa kontinwu. Ir-reviżjoni ta' policy, waqt li żżomm l-għanijiet primarji tagħha, hija pass strateġiku u marka ta' suċċess. Bħala entità pubblika, madankollu, l-Awtorità tal- Ippjanar hija konxja dwar il- bilanċ li jrid jintlaħaq bejn l-interessi settorjali li jikkompetu bejniethom – dan hu għan ewlieni ta' kull policy. "Għal ippjanar b'suċċess, il- proċess tat-tfassil tal-policy huwa kruċjali," jiddikjara l-Perit Scalpello. In-nies iridu jkunu jafu għaliex qed issir policy, x'inhu l-għan tagħha u għal xiex qiegħda tirreaġixxi. L-involviment tal-komunità jipproduċi pjan ta' iktar suċċess minħabba li l-policy finalment tkun tirrifletti aħjar l-interessi tal-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati. "Aħna nagħmlu ħilitna biex ninvolvu l-partijiet interessati kollha fil-proċessi tat-tfassil tal- policies tagħna, sabiex inkunu nafu x'inhuma l-bżonnijiet kif ukoll t-tħassib tagħhom. Pereżempju, waqt il- preparazzjoni tal-policy tas-solar farms, fornituri tal-enerġija, l-iżviluppaturi tas-solar farm, esperti tal-enerġija rinnovabbli, istituzzjonijiet tar-riċerka u għaqdiet mhux governattivi ġew ikkonsultati peress li huma jafu r-rekwiżiti tekniċi u ambjentali. Kienu vitali għall-ġbir tal- informazzjoni tagħna." Wara l-policy tas-solar farms, rajna żieda qawwija fl-applikazzjonijiet ta' żvilupp għal solar farms fuq skala kbira," ikompli l-Perit Scalpello, "iżda għandna proċess strett ta' valutazzjoni ta' applikazzjonijiet. Aħna sseparajna l-applikazzjonijiet tajbin minn dawk ta' żvilupp spekulattiv, u ħallejna biss numru żgħir ta' applikazzjonijiet li ġew approvati. Iżda l-ippjanar u l-iżvilupp tal-policy jinvolvi biss parti żgħira tas-soċjetà kollha kemm hi." "Il-qofol tal-ippjanar huwa li tiġi akkomodata d-domanda mingħajr ma ssir ħsara lil dak li huwa importanti għall-pajjiż, il- pubbliku u l-individwu - inklużi partijiet li għandhom influwenza qawwija fuq l-iżvilupp tas- setturi nazzjonali. Tista' tibda bl-aħjar intenzjonijiet, iżda mbagħad bidla twassal biex il-mekkaniżmu politiku kollu jeħtieġ li jiġi rivedut. Pereżempju, meta l-banek bdew isiru aktar konservattivi dwar il-ħruġ ta' self, huma ġġeneraw effett ta' tnaqqis li ra s-sistema tal-ippjanar jkollha tirreaġixxi malajr." Filwaqt li l-istituzzjoni tista' tħabrek biex iġġib titjib, biex iddawwar l-ideat f 'realtà trid tagħmel l-aħjar li tista' f 'dak il-mument ta' żmien - u l-kuntest dejjem jippreżenta limitazzjonijiet. Madankollu, iktar ma jkun twil it-terminu ta' żmien, l-affarijiet isiru aktar inċerti. "Għall-bidla fil-klima, Il-Perit Joseph Scalpello

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020