Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266185
19 opinjoni illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 Roberta Metsola PN: Partit li jrid jibqa' b'enerġija żgħażugħa Roberta Metsola hija Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista I l-Partit Nazzjonalista l-ġimgħa li għaddiet wettaq fażi oħra ta' tiġdid. Fil-Kun- sill Ġenerali ġew approvati emendi għall-istatut li kienu riżultat ta' diskussjoni intensiva u mifruxa li kienet ilha għaddejja għal din l-aħħar sena. Il-proċess kien wieħed miuħ, biex kemm min hu attiv fil-Partit Nazzjonalista, min mhux, min tinteressah il-politika, jew min jixtieq jagħti kontribut permezz tal-Partit Nazzjonalista ikun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu jew tagħha. Fil-perjodu li matulu kienu qed isiru d-diskussjonijiet għall- emendi għall-istatut, il-Partit Nazzjonalista setgħa jisma aktar kemm dwar l-organizazzjoni innifisha, fis-sens kif l-istrutturi jistgħu jaħdmu aħjar biex jilħqu aktar nies u jkunu aktar effiċjenti fi żminijiet ġodda li qed ngħixu fihom illum; u fuq kollox biex jisma' dwar l-aspirazzjonijiet, il-preokkupazzjonijiet, l-ambizzjonijiet tan-nies għalihom u għal dawk għeżież għalihom u kif jixtiequ jaraw li jiżviluppa pajjiżna. Id-diskussjoni kienet waħda ta' sustanza, li permezz tagħha hemm ukoll ideat ġodda li jridu jitwettqu. Dan hu s-sabiħ tal-politika: li tiltaqa', tiddisskuti, tiem u taġixxi għall-ġid tan-nies u ta' pajjiżna. Il-proċess ta' diskussjoni li sar ippermetta li persuna li għandha idea tersaq 'il quddiem biex tesprimi l-opinjoni tagħha. Għalkemm is-social media llum tippermetti li persuna xxandar l-ideat tagħha li jistgħu jintlaħqu minn mijiet jew eluf ta' nies, ikun hemm min jippreferi li idea jagħtiha b'mod differenti – fi struttura ta' diskussjoni, fejn ikun hemm taħdita wiċċimbwiċċ – fejn l-idea tkun tista' tiġi żviluppata bil-parteċipazzjoni ta' aktar nies f 'qasir żmien u b'hekk ikun qed jingħata kontribut minn firxa aktar wiesgħa ta' nies fl-istess ħin. Tibdil biex inħarsu 'l quddiem It-tibdil fl-istatut mhux xi ħaġa ġdida għall-Partit Nazzjonalista. Kull meta sar tibdil, dan sar għall- aħjar. Tibdil li jħares 'il quddiem. B'aġġornament biex il-Partit Nazzjonalista jwettaq dak li jiġi fdat u jkun mistenni minnu b'mod aħjar. Hi parti minn natura tal-Partit Nazzjonalista li jħares lejh innifsu, jeżamina kif jista' jaħdem aħjar, jifrex id-diskussjoni u jbiddel fejn meħtieġ għall-ġejjieni. Dan joħroġ il-kuntrast bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista. Il-Partit Laburista wkoll biddel l-istatut – speċifikament fuq id-deputat mexxej għall- affarijiet tal-Partit Laburista. Għamel hekk mhux biex iħares 'il quddiem, iżda riżultat ta' nuqqasijiet serji ta' tmexxija u nuqqas ta' korrettezza politika fi ħdanu. Joseph Muscat kien biddel l-istatut biex membru parlamentari jkun jista' jsir deputat mexxej – l-intenzjoni kienet ċara: ried akkost ta' kollox lil Konrad Mizzi. Hekk ġara u wara it jiem kellu jirreżenja. Warajh sar Chris Cardona, li wkoll kellu jirreżenja. Issa Robert Abela ried li membri parlamentari ma jkunux jistgħu isiru deputat mexxej għall-affarijiet tal-Partit Laburista. Għamel hekk għaliex kostrett minħabba dak li ġara. Il-bżonn li jiġi emendat l-istatut tal-Partit Laburista qed ġie impost fuqu u ma kienx hu li għażel li jbiddel. Għal PN l-għażla hi kif is-sewwa jista' jkun aħjar Iżda din mhix l-uniku differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista. Il-Partit Nazzjonalista jibqa' konsistenti fil-prinċipji tiegħu. Mexxejja u politiċi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista wettqu l-ġid għaliex kienu iggwidati minn prinċipji. Għall-Partit Nazzjonalista li tkun fuq in-naħa tas- sewwa hi dover li ma teħtieġx diskussjoni. Għalhekk għall-Partit Nazzjonalista l-għażla mhix bejn is-sewwa u l-ħażin, imma kif is- sewwa jista' jkun aħjar. Dak li qed nisimgħu bħalissa dwar il-qtil faħxi ta' Daphne Caruana Galizia u l-każijiet ta' koruzzjoni li jiżdiedu kuljum b'fatti oħra juru kif ir-rotta ta' elementi b'saħħithom fil-Partit Laburista hi differenti – jagħżlu l-ħażin, iwettqu l-ħażin u jagħmlu minn kollox biex jostruh. Il-PL għamel ħsara kbira lill- politika Il-Partit Laburista għamel ħsara kbira lill-politika u lill-politiċi. Mhux biss żera d-dubju, imma daħħal ukoll qtiegħ il-qalb, għerra l-fiduċja inkluż fl-istituzzjonijiet li għandhom jipproteġu liċ-ċittadin. Qatt daqs dawn iż-żminijiet ma saret ħsara daqstant kbira lill- politika. Minkejja dan jien irrid li ntenni l-appell biex min jista' jagħti kontribut għandu jersaq 'il quddiem. Il-Partit Nazzjonalista jrid jisimgħek. Qed jagħtik spazju. L-idea tiegħek, il-kontribut tiegħek jaf jagħmel differenza kbira fil-ħajja tan-nies. Kull proposta politika, tibda minn idea ta' persuna. Jaf tkun l-idea tiegħek, li mhux biss tkun ta' ġid għalik u għal dawk għeżież għalik imma tkun ta' ġid għal ħafna oħra. Tkun ta' ġid għal pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista hu miuħ għal ideat ġodda. Għal nies li qatt ma kienu jikkonsidraw li jimpjenjaw irwieħhom fil-politika. L-episodji koroh, ħżiena, korrotti li ġraw mill-gvern laburista m'għandhomx ikunu r-raġuni għaliex persuni onesti jibqgħu 'l barra mill-politika. Tista' tagħti kontribut mhux bilfors billi toħroġ għall-elezzjoni imma anki billi ssemma leħnek, billi tagħtina ċ-ċans li nisimgħuk, billi nibdew nitkellmu u imbagħad nisimgħu flimkien anki lil ħaddieħor. Fil-Kunsill Ġenerali semmejt il-ħtieġa li d-Dar Centrali tkun mifuħa għan-nies, iżda fuq kollox irridu nkunu aħna wkoll li ndaħħlu n-nies. B'hekk inkunu qed nagħtu wkoll ħajja lill-emendi li ġew approvati. Fuq statut li serva tajjeb fis-snin li għaddew, il-Partit Nazzjonalista ġeddu biex ikun aħjar. Kompla tejbu biex jinvolvi aktar nies, biex iressaq aktar nies lejn il-Partit Nazzjonalista u fuq kollox jersaq lejn aktar nies. B'hekk il-Partit Nazzjonalista bi storja ta' 140 sena jibqa' Partit b'enerġija żgħażugħa bi storja kbira li jwettaq il-ġid għall-poplu Malti u Għawdxi u għal pajjizna. Joseph Muscat kien biddel l-istatut biex membru parlamentari jkun jista' jsir deputat mexxej – l-intenzjoni kienet ċara: ried akkost ta' kollox lil Konrad Mizzi