Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266185

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 SENA TA' MANIFATTURA: 2003 QAWWA TAL-MAGNA U TIP TA FJUWIL: 3600CC – PETROL KULUR: ISWED QARI TAL-ODOMETRU: 123780KM KUNDIZZJONI TAL-KAROZZA: MHUX F`KUNDIZZJONI LI TINSTAQ TAXXA TA' REGISTRAZZJONI: €3,270 (TRID TITĦALLAS MIX-XERREJ) IL-PREZZ JIBDA MINN: €1,800 BMW 735I 4dr Auto Vetturi għal Bejgħ Offerti ssiġillati għal xiri ta' immobbli tale kwale, u ġarr u tneħħija tal-imsemmija vetturi, jintlaqgħu mid-Direttorat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni ġewwa l-Berġa ta' Kastilja, il-Belt mit-Tnejn 13 sal-Ġimgħa 17 ta' Lulju 2020 bejn is-07:30 u 13:30. Il-vetturi se jkunu għal wiri tal-pubbliku nhar is-Sibt, 11 ta' Lulju 2020 bejn id-09:00 u s-3:00 ġewwa Garaxx 1, Triq Sant'Andrija, il-Belt. Il-formuli tal-offerti jistgħu jinġabru dakinhar stess. UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU IL-BERĠA TA' KASTILJA, BELT VALLETTA Min jeħtieġ iktar informazzjoni jċempel fuq in-numri tat-telefown 22001097/8, mit-Tnejn, 6 sal-Ġimgħa, 17 ta' Lulju 2020, bejn is-07:30 u 13:30. SENA TA' MANIFATTURA: 2004 QAWWA TAL-MAGNA U TIP TA' FJUWIL: 1999CC - PETROL KULUR: ABJAD QARI TAL-ODOMETRU: 160873KM KUNDIZZJONI TAL-KAROZZA: MHUX F`KUNDIZZJONI LI TINSTAQ TAXXA TA' REGISTRAZZJONI: €810 (TRID TITĦALLAS MIX-XERREJ) IL-PREZZ JIBDA MINN: €2,300 SENA TA' MANIFATTURA: 1988 QAWWA TAL-MAGNA U TIP TA' FJUWIL: 100CC - PETROL KULUR: BLU QARI TAL-ODOMETRU: 9826KM KUNDIZZJONI TAL-MUTUR: MHUX F`KUNDIZZJONI LI JINSTAQ TAXXA TA' REGISTRAZZJONI: N/A IL-PREZZ JIBDA MINN: €100 Mazda 6 Saloon Suzuki 100 'Jekk titħabbar elezzjoni ġenerali se jkollna niddejnu biex nagħmlu kampanja' Sorsi differenti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista jispjegaw kif kieku l-Prim Ministru kellu jsejjaħ elezzjoni ġenerali sa nofs is- sena d-dieħla, il-PN se jispiċċa dahru mal-ħajt għax ma hemmx saħħa ta' flus biex tiġi organizzata kampanja elettorali TKOMPLI MINN PAĠNA 1 Kien għalhekk li l-gazzetta ILLUM tkellmet ma' diversi sorsi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li insistew li anke jekk qed tissemma' din il-possibbilità u għalkemm, internament dejjem jingħad li l-PN irid jibda jħejji lilu nnifsu, jibqa' qatt ma jsir xejn fil-konkret. "Il-problema hi li ma hemmx saħħa ta' flus," insista wieħed mis- sorsi u dan minkejja li l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall- Affarijiet tal-Partit, Robert Arrigo saħaq li l-PN għamel profitt u issa għandu "stabbilità finanzjarja." Madanakollu, is-sorsi saħqu li kull ċenteżmu li qed jidħol qed jintefaq biex il-Partit Nazzjonalista jkun jista' jkampa minn jum għall- ieħor, fosthom għall-ħlas tal-pagi u spejjeż oħra. "Ma hemmx flus biżżejjed biex il-Partit ifaddal," insista wieħed mis-sorsi. Kompla jisħaq li f 'każ li tfeġġ kampanja elettorali, il-Partit se jkollu jew jiddejjen jew inkella jiġbor kemm jista' mill-maratoni. L-aħħar elezzjoni ġenerali, jiġifieri dak tal-2017, swiet lill- Partit Nazzjonalista €1.3 miljun li jinkludu r-reklamar, l-attivitajiet politiċi u anke l-inizjattivi fuq il- midja soċjali. Dan l-ammont ma kienx jinkludi l-ħlas tal-ħaddiema, li fi żmien kampanja elettorali jridu jaħdmu għal ħinijiet twal. Fl-2017, il-Partit Nazzjonalista kien ġabar dawn il-€1.3 miljun mid-donazzjonijiet u sa it xhur wara l-Partit kien ħallas kollox u ma ħalla l-ebda dejn fuq il-kampanja elettorali. "L-aħħar kampanja elettorali salvajniha biċ-ċedoli. Din id- darba s-sitwazjoni hija differenti. Min ta, mhux se jerġa' jagħti," insista Deputat. Sorsi oħra fil-Partit Nazzjonalista saħqu li tant kemm ma hemmx saħħa ta' flus, li l-attivisti tal-Partit Nazzjonalista qed ikunu mħeġġa minn ġewwa biex ma joqogħdux isemmu u jħeġġu biex issir elezzjoni ġenerali bikrija. "Id-dikjarazzjoni tal-PM li mhux se jsejjaħ elezzjoni qabel l-2022 tatna it tan-nifs," insista sors ieħor fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. X'qal Robert Arrigo dwar is- sitwazzjoni finanzjarja tal-Partit? Fuq Facebook, nhar is-7 ta' Ġunju, il-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo saħaq kif minkejja li fl-aħħar 30 xahar il-Partit Nazzjonalista kellu jħassar żewġ maratoni ta' ġbir ta' fondi, waħda minħabba sitwazzjoni interna u l-oħra minħabba l-COVID-19, il-kontijiet awditjati juru li l-PN għamel profitt. Apparti minn hekk, Robert Arrigo insista li l-Partit Nazzjonalista għandu €36 miljun f 'assi. "Irristrutturajna kemm finanzjarjament u anke l-ħaddiema tagħna. L-impjegati għamlu s-sagrifiċċji. Issa għandna pjan ... Kburin li għandna stabbilità finanzjarja li tippermetti li nħarsu 'l quddiem u ninvestu," insista Arrigo. Skont Arrigo, kull sena, il-midja tal-Partit Nazzjonalista kienet qed titlef €1 miljun, l-istess kif kienet żvelat il-gazzetta ILLUM fi Frar li għadda. Fi kliemu, sas-sena d-dieħla, din mhux se tagħmel aktar telf u dan mingħajr ma tbigħ l-assi tagħha jew iżżid il-piż fuq il- Partit. "Flus il-poplu ġew investiti tajjeb. Is-sistema taċ-ċedoli kienet suċċess u issa laħqet il-500 kuntratt," saħaq il-Viċi Kap. Sal-2018, fl-aħħar rapport finanzjarju ppubblikat mill-Uffiċċju Elettorali, il-Partit Nazzjonalista ddikjara li kellu deficit ta' kważi €706,000. X'kienet żvelat il-gazzetta ILLUM? Fit-23 ta' Frar li għadda, il-gazzetta I L - LUM k i e n e t żvelat kif il-Partit Nazzjonalis- ta għandu mat-€12-il miljun fi djun ma' entitajiet tal-Gvern biss. L-akbar porzjon minn dan id-de- jn huwa ta' madwar €10 miljuni f 'taxxa tad-dħul u bolla tal-ħaddie- ma tal-Partit Nazzjonalista li għad- hom ma tħallsux. Madwar €1.5 miljun oħra huma dejn tal-Partit Nazzjonalista mal- ARMS u allura f 'kontijiet tad-dawl u l-ilma. Il-gazzetta oħt MaltaToday kienet żvelat ukoll kif il-Partit Nazzjon- alista għandu, b'kollox €34 miljun f 'dejn. Il-Partit Nazzjonalista kien ċaħad li d-dejn tela' daqahekk għalkemm fl-ebda mument ma qal kemm fil- fatt hu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020